Jista' il-Ministru jgħid meta bdiet l-operazzjoni tagħha l-kumpannija ICT resource facilities Malta limited? Kemm kienet qed timpjega nies? Meta tterminat l-operazzjoni tagħha? Jista' ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim bejn l-ME u l-ICT dwar x'benefiċċji u inċentivi ngħataw?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li għall-parti l-kbira tad-domandi nitlob li l-Onor. Interpellant jagħmilhom lill-Ministru konċernat, ninfurmah li l-uniku relazzjoni li ICT Resources kellha mal-Malta Enterprise kienet li tal-ewwel talbet 'soft loan' li effettivament ma tħallsitx (għalkemm kienet approvata) peress illi l-investiment previst minn naħa tal-imprenditur ma sarx.
Jista' il-Ministru ġentilment jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' familja ta' tnejn min-nies li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ġie għoli ħafna madwar Lm160?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 11703 u 12137 u jgħidilna kemm kienet l-ispiża għax-xiri ta' heavy fuel oil u gasoil rispettivament għal użu fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara għall-perijodi 2002/2003 u 2003/2004? X'differenza għamlet f'termini ta' spiża l-introduzzjoni ta' low-sulphur fuels għal użu fil-power stations?
Jista' il-Ministru jgħid jekk b'riferenza għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa: i) inħariġx il-full development permit mill-MEPA? 2) min hu l-kuntrattur li ngħata x-xogħol? 3) kemm hu stmat dan il-proġett? 4) meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sit u kemm se jdum biex jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Il-Full Development Permit tal-MEPA għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ fil-Mellieħa mistenni li jinħareġ għal ħabta ta' Awwissu din is-sena.
2. Ix-xogħol ingħata lil joint venture bejn iż-żewġ kumpaniji, I.B.I Idrobioimpianti Spa u Polidano Group.
3. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 8.55 miljun EURO.
4. Ix-xogħol mistenni jinbeda għas-sajf li ġej u jitlesta sa l-aħħar tas-sena 2006.
Jista' il-Ministru jgħid jekk , b'riferenza għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex: 1) inħariġx il-full development permit mill-MEPA? 2) min hu l-kuntrattur li ngħata x-xogħol? 3) kemm hu stmat dan il-proġett? 4) meta se jinbeda x-xogħol fuq is-sit u kemm se jdum biex jitlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
1. Il-Full Development Permit tal-MEPA għall-impjant tat-trattament tad-drenaġġ f'Għawdex mistenni li jinħareġ għal ħabta ta' Lulju din is-sena.
2. Ix-xogħol ingħata lil joint venture bejn żewġ kumpaniji, Degremont Spa u C & F Building Contractors Ltd.
3. Il-proġett huwa stmat li ser jiswa madwar 6.52 miljun EURO.
4. Ix-xogħol mistenni jinbeda appena jinħareġ il-permess mill-MEPA u jitlesta għall-aħħar tas-sena 2006.
Peress li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, qed tbati minn inkonvenjent ta' wires ta' l-Enemalta għaddejjin minn fuq il-proprjeta' tagħha u qegħdin fil-baxx, peress li dawn il-wires huma ta' periklu kbir u peress li ilhom snin twal isiru ilmenti minn din il-persuna dwar dan il-periklu iżda inutilment, jista' il-Ministru jindirizza dan il-periklu għal din il-familja?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-wires imsemmija huma mgħoddija skond kif titlob is-sengħa. Dawn ikunu jistgħu jitneħħew meta joħorġu l-permessi meħtieġa għall-iżvilupp li hemm fl-inħawi .
Minħabba li sar magħruf li se jinħadem film fil-post fejn kien in-No 1 dock, jista' il-Ministru jgħid jekk hux possibbli li t-turbine rooms tal-pompi tan-No 1 dock jiġu magħluqa b'aktar sigurta' sepċjalment billi l-area tan-No 1 dock m'għandha l-ebda sigurta' u hi aċċessibbli mill-baħar u ħafna mill-imħażen jinsabu miftuħin, u peress ukoll li dan il-post fih apparat u materjal uniku ta' industrial heritage marbut ma' l-istorja tat-tarzna f'Malta li l-valur tiegħu huwa imprezzabbli għall-istroja navali u industrijali ta' pajjiżna?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid għaliex wara diversi rapporti mill-kunsill lokali għadha ma ssewwitx il-leakage ta' l-ilma fi Triq Stagno, Ħal Qormi? Dettalji ta' l-indirizz qed jintbagħtu separatament
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ħsara msemmija issewwiet fis-17 ta' Mejju. Din damet aktar minn normal biex issewwiet għax ma kienx faċli biex tinstab minn fejn kienet eżatt il-problema.
Fil-fatt kellhom isiru xi detection exercises qabel ma din instabet. Il-ħsara kienet f'house service connection.
Jista' il-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li ssir il-connection tad-drenaġġ bejn id-djar privati u s-servizz tal-gvern ta' drenaġġ fi Triq il-Ftieħ (qabel G. Mamo) Birkirkara? Jaf li hemm diversi familji u koppji li ma jistgħux jidħlu fir-residenza tagħhom, u dan peress li l-gvern għadu ma pprovdiex is-servizz? X'inhu jżomm lill-gvern milli jipprovdi dan is-servizz meta residenzi li nbnew mill-awtorita' tad-djar fl-istess triq ingħataw dan is-servizz? Pjanta qed tintbagħat separatament.
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li l-estensjoni tal-main tad-drenaġġ imsemmi trid tgħaddi minn propjeta' privata u fin-nuqqas ta' permess tas-sidien, dan ix-xogħol ma jistax isir qabel isiru l-proċeduri biex ikun stabbilit is-servitu' li hemm bżonn.
Id-drenaġġ tal-postijiet mibnija mill-Awtorita' tad-Djar tqabbad mal-mejn li hemm fil-Bypass filwaqt li l-oħrajn iridu jitqabbdu f'livell aktar l-isfel, u għalhekk il-bżonn ta' dan is-servitu'.
Jista' il-Ministru jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, baqa' jiġi għoli ħafna wara li l-istess familja biddlet il-meter tad-dawl u ħadet il-passi neċessarji meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhuma l-pjani tal-gvern dwar il-kumpannija Air supplies limited? X'ser jiġri mill-ħaddiema konċernati?
Response (GATT, AUSTIN)
L-Air Malta ser tbigħ sittin fil-mija tal-ishma tagħha fil-Kumpanija Air Supplies & Catering Co. Ltd. Il-proċess miexi skond kif ippjanat u t-transazzjoni hija ippjanata li tkun magħluqa sa Ġunju li ġej. Ir-relazzjoni bejn l-impjegati u l-kumpanija tibqa' miexja skond il-ftehim eżistenti.
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'din il-parti ta' Triq Hal Qormi, Luqa - faċċata tal-Ġibjun, pjanta qed tintbagħat separatament - hemmx main tad-drenaġġ, minħabba li hemm residenti li se japplikaw għal connection u ġew informati li main m'hemmx?
Jekk dan il-main ma jezistix, jista' jgħid jekk hux se jsir bħala parti mix-xogħol ġdid fuq it-triq li qed isir bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi fit-triq imsemmija ma hemmx mejn tad-drenaġġ u n-numru ta' djar li m'għandhomx dan is-servizz huwa ftit ħafna paragunat ma' l-ispiża tax-xogħol involut biex ikun estiż id-drenaġġ.
Għalhekk din l-estensjoni m'hix kunsidrata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala prijorita' u mhux il-każ li dan ix-xogħol isir bħala parti mix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista' il-Ministru jgħid jekk f'din il-parti ta' Triq Hal Qormi, Luqa - faċċata tal-Ġibjun, pjanta qed tintbagħat separatament - hemmx main tad-drenaġġ, minħabba li hemm residenti li se japplikaw għal connection u ġew informati li main m'hemmx?
Jekk dan il-main ma jezistix, jista' jgħid jekk hux se jsir bħala parti mix-xogħol ġdid fuq it-triq li qed isir bħalissa?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat illi fit-triq imsemmija ma hemmx mejn tad-drenaġġ u n-numru ta' djar li m'għandhomx dan is-servizz huwa ftit ħafna paragunat ma' l-ispiża tax-xogħol involut biex ikun estiż id-drenaġġ.
Għalhekk din l-estensjoni m'hix kunsidrata mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma bħala prijorita' u mhux il-każ li dan ix-xogħol isir bħala parti mix-xogħol fit-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-kontijiet tat-telefon li ħarġu għal Diċembru/Jannar kemm tħallsu fiż-żmien stipulat? Sar xi tnaqqis għalihom fil-kont li għadu kemm ħareġ f’dawn il-ġranet għall-perjodu Frar/Marzu? Kemm kien jammonta dan it-tnaqqis?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru.1130.
Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-linji ta’ l-ajru magħrufa bhala low cost li wrew interess li joperaw lejn u minn Malta? Qed jagħmlu xi kondizzjoniet biex jibdew joperaw?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx konsultazzjoni ma’ l-Air Malta dwar l-impatt li jista’ ikollhom linji ta’ l-ajru low cost fuq l-operat tal-linja nazzjonali tagħna? X’kienet ir-reazzjoni ta’ l-Air Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Fil-waqt li ninforma lill-Onor. Interpellant li l-liċenzjar biex linji ta' l-ajru joperaw f'Malta hija r-responsabbilta' ta' Ministeru ieħor, nikkonferma li saru konsultazzjonijiet mal-Air Malta li talbet li jkollha l-istess kundizzjonijiet u trattament bħal kwalunkwe linja ta' l-ajru oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema ġodda
Question
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12164 u cioe'jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda fid-dipartimenti, aġenziji u entitajiet pubbliċi li jaqgħu taħtu tul is-sena 2004 sal-lum? Minn fejn ġew impjegati, x'kien il-grad u kif saret is-sejħa għall-impjieg?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Ħal Qormi — Triq is-Sajf k/m Triq id-Deheb Fin - irwejjaħ ta' drenaġġ
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex mit-tappieri li jinsabu fi Triq is-Sajf k/m Triq id-Deheb fin, Ħal Qormi kultant żmien joħorġu ntejjen qawwija ta' drenaġġ li qed jikkawżaw inkonvenjent kbir lir-residenti tal-viċin?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ser isir tindif tal-main tad-drenaġġ fit-toroq imsemmija fil-ġranet li ġejjin biex jittaffa l-inkonvenjent imsemmi u se jiġu ssiġillati t-tappieri.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12303, jista' il-Ministru jgħid jekk hemm xi pjani maħsuba biex iżur Iżrael?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Ministeru għandu l-intenzjoni li jiftaħ id-diskussjonijiet mal-Gvern ta' Iżrael fuq qafas ta' kollaborazzjoni fil-qasam ta' l-ICT. Dan jista' possibilment jinkludi żjarat tiegħi f'Iżrael.