Legislature:
Category:
Reset
Active:

Qrati — Ġurijiet pendenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hawn ġurijiet pendenti llum u x'inhu l-allegat reat?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi hemm 25 ġuri pendenti quddiem il-Qorti Kriminali. L'akkużi huma s-segwenti: Attentat ta' omiċidju 5 Omiċidju 4 Sekwestu ta' persuna/ħarba mill-ħabs 1 Droga - importazzjoni, pussess u traffikar 11 Serq/pussess ta' arma 1 Korruzzjoni ta' minorenni 1 Uffiċjali pubbliċi li rċevew xi rigali jew vantaġġi 2

Pulizija — Bormla

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'Awissu li għadda sarx xi rapport jew rapporti fl-għassa ta' Bormla dwar persuna jew persuni li qed jivvalenaw il-qtates fil-lokal? Jekk iva, meta sar u x'passi ħadet jew qed tieħu l-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi nhar it-18 ta' Awissu ta' din is-sena kien sar rapport fl-Għassa tal-Pulizija ta' Bormla illi xi jiem qabel xi qtates li kienu jħufu fl-inħawi tal-Birgu kienu ġew avvelenati. Minn indaġini li għamlet il-Pulizija s'issa, għad mhux magħruf min kien responsabbli għal dan l-allegat avvelenament.

Pulizija — Rabat - Għawdex

Question

Peress li fl-uffiċini tal-pulizija fir-Rabat, Għawdex hemm nuqqas ta' computers u ħafna xogħol isir manwalment, jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jiġu pprovduti computers?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-upgrading tal-kompjuters fil-Korp tal-Pulizija hija xi ħaġa kontinwa. Kemm l-uffiċini kif ukoll l-Għassa tal-Pulizija fir-Rabat Għawdex huma parti mill-upgrading li jmiss, li l-apparat għalih ser jinxtara permezz ta' tender kif ippublikat fil-Gazzetta tal-Gvern ta' l-4 ta' Ottubru ta' din is-sena.

Għawdex — Tipjip kontra l-liġi fi stabilimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu nies il-qorti li nqabdu jpejpu kontra l-liġi ġo stabilimenti f'Għawdex minn meta daħlu fis-seħħ ir-regolamenti l-ġodda dwar it-tipjip s'issa u jindika s-sess u l-eta' ta' dawk li tressqu? Jista' jgħid kemm minnhom instabu ħatja u kemm ġew immultati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, il-Pulizija sabet 16-il persuna bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti dwar Għawdex. Dawn kienu 4 nisa u 12 irġiel, u l-eta' tagħhom kienet tvarja bejn is-sbatax u tletin sena. Tlettax instabu ħatja. Għaxra ġew immultati Lm100, wieħed Lm125 u tnejn Lm10.

Ġustizzja u Intern — Ikliet/riċevimenti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tħallsu flus f'hospitality f'ristoranti/lukandi bejn Jannar 2004 u Settembru 2005? Kemm minn dawn kienu jaqbżu l-Lm150? Min kienu l-persuni li għalihom tħallsu dawn l-ikliet/riċevimenti, u x'kienet ir-raġuni?

Response (BORG, TONIO)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar ikliet/riċevimenti bejn Jannar 2004 u Settembru 2005.

Reġistru Pubbliku — Żwieġijiet ċivili

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru żwieġijiet ċivili din is-sena f'pajjiżna minn ċittadini barranin? Minn liema pajjiżi ġejjin? Kemm minnhom iżżewġu Maltin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn l-1 ta' Jannar sal-15 ta' Settembru ta' din is-sena saru 429 żwieġ ċivili, minn ċittadini barranin fir-Reġistru Pubbliku ta' Malta. Iċ-ċittadini barranin li żżewġu f'pajjiżna din is-sena kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Albania, Algeria, Australia, Austria, Bahamas, Belarus, Bosnia Herzegovina, Bulgaria, Canada, Czech Republic, China, Colombia, England, Eritrea, Estonia, Ethiopia, Finland, France, Germany, Holland, Hungary, India, Ireland, Isle of Man, Isle of Wight, Israel, Italy, Japan, Jordan, Kazakstan, Kenya, Latvia, Libya, Lithuania, Macedonia, Malaysia, Morocco, Netherlands, New Zealand, Nigeria, North Ireland, Norway, Peru, Philippines, Romania, Russia, Sicily, Sierra Leone, Scotland, Serbia, Singapore, Slovakia, South Africa, Sweden, Switzerland, Syria, Thailand, Tunisia, Turkey, Ukraine, U.S.A., Wales, Yugoslavia. Minn dawn 131 iżżewġu Maltin. Fl-istess perijodu f'Għawdex saru 29 żwieġ ċivili u ċ-ċittadini barranin kienu ġejjin minn dawn il-pajjiżi: Australia, China, England, Germany, Holland, Ireland, India, Italy, Lithuania, Russia, Scotland, Serbia, Ukraine, Wales. Minn dawn 6 iżżewġu Maltin.

Postijiet ta' divertiment — Tfal taħt l-eta'

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu tfal ġo postijiet ta' divertiment din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, il-Pulizija bdiet proċeduri quddiem il-Qorti kontra 17-il persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment, wara li kienu nstabu 37 persuna taħt is-sittax-il sena fl-istabbilimenti tagħhom.

Bejgħ ta' alkaħol/sigaretti lil minorenni

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti din is-sena fuq bejgħ ta' alkaħol jew sigaretti lil minorenni din is-sena u x'weħlu f'kull każ?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, kien hemm żewġ sidien ta' stabbilimenti li nqabdu mill-Pulizija li biegħu xorb alkoħoliku lill-persuni taħt l-eta'. Il-każ tagħhom għadu pendenti. Dwar bejgħ ta' sigaretti ma kien hemm ebda każ.

Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta z-zona - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - mistennija toħroġ għall-bejgħ għar-residenti li bnew id-dar tagħhom?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi r-residenti tal-lokalita' li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant ikunu jistgħu jersqu għal iffirmar tal-kuntratt tar-residenza tagħhom meta isir il-ħlas tal-kumpens dovut lis-sidien tal-art mid-Dipartiment tal-Artijiet.

Pulizija — Vetturi "For sale"

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk l-ipparkjar ta' vetturi "For sale" f'toroq arterjali hux permessibbli? Jekk dan l-aġir huwa abbużiv, x'azzjoni qiegħda tieħu l-pulizija biex tikkontrollah?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mhux permess li autodealers jesponu għall-bejgħ karozzi fit-toroq. F'dan ir-rigward isiru spezzjonijiet mill-Pulizija u matul din is-sena inħarġu 46 ċitazzjoni dwar dan l-abbuż.

Immigrazzjoni llegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13930 li oriġinarjament saret lill-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u li issa ġiet riferuta lilu, jisa' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta saret il-laqgħa teknika dwar l-immigrazzjoni illegali f'Malta li għaliha attendew rappreżentanti ta' pajjiżi ta' l-Unjoni Ewropea u l-Libja, liema kienu dawk il-pajjiżi ta' l-Unjoni li ma attendewx? Send To: Notify: View: MFA PQ Section

Response (BORG, TONIO)

Fl-20 ta' Lulju 2005 saret laqgħa teknika f'Malta dwar l-immigrazzjoni illegali bit-tema speċifika kif jiġu salvati persuni mill-għarqa fil-Mediterran. Minkejja li din il-laqgħa ġiet imsejħa f'ħin qasir ħafna, mill-25 membru ta' l-Unjoni Ewropea m'attendewx biss 10 li huma: Awstrija, Estonia, Ungerija, Lussemburgu, Slovenja, Finlandja, Polonja, Latvja, Portugal u Slovakkja.

Qrati — prostituti

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu prostituti l-qorti din is-sena? Kemm instabu ħatja, x'weħlu individwalment f'kull kas u kemm minnhom ittellgħu l-qorti fuq l-istess reat u għal kemm-il darba?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 69 persuna li bejniethom tressqu l-Qorti 264 darba fuq akkużi ta' tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni. 26 każ ġie deċiż u l-pieni mogħtija kienu każ sentenza sospiża, ħamsa probation, tmienja multa u tnax twiddib. Kien hemm ukoll tlett kazi li kienu dikjarati estiniti peress li l-akkużat miet, 10 każi fejn l-akkużati kienu liberati, filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti.

Qrati — Persuni mħarrka fuq littering

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu persuni l-qorti fuq littering u x'weħlu f'kull kas?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 40 persuna bi ksur tal-Att dwar Żibel u Skart (Kap. 206). Erba` ġew immultati, wieħed ġie mogħti twissija w amonizzjoni, tnejn ġew liberati, filwaqt li l-oħrajn għadhom pendenti.

Kontravenzjonijiet tat-traffiku

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ingħataw ċitazzjonijiet mill-wardens u mill-pulizija din is-sena u għaliex?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ingħataw 31,221 ċitazzjoni mill-Pulizija dwar ksur tar-regolamenti tat-traffiku. Għal dak li jikkonċerna l-għoti ta' ċitazzjonijiet mill-wardens, ninsab infurmat illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Joint office — Iffirmar ta' kuntratt

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta il-joint office se jibgħat għall-familja li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, biex jiffirmaw il-kuntratt tax-xiri taċ-ċens tal-proprjeta' tagħhom wara li dawn ilhom mill-2003 li applikaw u suppost li l-applikazzjoni diġa' ġiet ipproċessata?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-proċess sabiex jiġi finalizzat il-kuntratt ma' l-Uffiċċju Konġunt wasal fi stat avvanzat.

Pulizija — Sejba ta' videos u cassettes foloz

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jghid kemm inqabdu DVD's, videos u cassettes foloz mill-Pulizija matul dawn l-aħħar ħames snin sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza, sena b'sena?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi bejn Jannar 2001 u l-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena, il-Pulizija qabdet 168,413 bejn DVD's, audio CD's, video films, game CD's, audio cassettes u VCD's mhux oriġinali.