Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #13870 Sitting 241 2000-02-15 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Farms

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il sid ta' farm fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ ġie mtella' l-qorti fis-snin 1998 u 1999? Għal-liema raġunijiet ġie mħarrek kull wieħed (individwalment)? Kemm ħarġu sidien liberati mill-akkużi u kemm kien in-numru ta' dawk li nstabu ħatja u fuq liema akkuża kienet il-piena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dwar mistoqsija parlamentari Nru. 13870 nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-1998 u l-1999 ma ttieħdet l-ebda azzjoni legali kontra sidien bl-irziezet fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ.
Leg 9 PQ #12900 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjoni tal-hip replacement

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fuq il-waiting list biex issirlhom operazzjoni ta' hip replacement u knee replacement u kemm ilhom jistennew?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Persuni li qed jistennew biex issirilhom operazzjoni ta' hip replacement hemm 172. Persuni li qed jistennew biex issirilhom l-operazzjoni ta' knee replacement hemm 843. L-aktar persuna li ilha fuq il-waiting list ilha tistenna madwar 20 xaar.
Leg 9 PQ #12901 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' infectious diseases

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' infectious diseases matul is-sena 1999 u x'tip ta' marda kienet f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-numru ta' infectious diseases rappurtati matul l-1999 kien ta' 1169. Dawn jinqassmu kif ġej: Notifiable Disease Total ________________________________________ Acute Flaccid Paralysis 5 Acute Viral Encephalitis 2 AIDS 5 Chickenpox 267 Shingles, Herpes zoster 20 Herpes Simplex 1 Erysipelas 3 Food Poisoning, Campylobacter 11 Food Poisoning, E. Coli 1 Food Poisoning, Salmonella 318 Food Poisoning, Shigella 1 Food Poisoning, Toxic 5 Food Poisoning, Unspecified 203 Hepatitis A 5 Hepatitis B 4 Hepatitis C 2 Legionnaire's Disease 3 Leishmaniasis , Cutaneous 14 Leishmaniasis, Visceral 8 Malaria (exogenous) 1 Measles 1 Meningitis, (Other bacterial) 14 Meningitis, Meningococcal 4 Septicaemia, Meningococcal 19 Mumps 98 Rubella 8 Scarlet Fever 2 Tubercolosis, Non-Pulmonary 3 Tubercolosis, Pulmonary 20 Typhus, Murine 44 Typhus, Tick-borne 17 Whooping Cough 60 ___________________________________________
Leg 9 PQ #12902 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Każi ta' suwiċidji

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' suwiċidji u/jew attempted suicide matul is-sena 1999? Kemm kienu nisa u rġiel u x'eta' kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mir-rekords tad-Diviżjoni tas-Saħħa kien hemm 25 każ ta' suwiċidju fl-1999. Minn dawn kien hemm 3 nisa u 22 rġiel. L-etajiet kienu kif ġej:- Rġiel Nisa ____________________________________________ __ 30 sena jew taħt 5 0 31 sa 40 sena 6 0 41 sa 50 sena 7 1 51 sa 60 sena 1 0 61 sena 'l fuq 3 2 _______________________________________________ TOTAL 22 3 (ii) Attempted Suicide It-terminu `attempted suicide' mhuwiex preċiż fis-sens illi mhux kull min jagħmel ħsara lilu nnifsu għal tapposta jkun qed jipprova jikkommetti suwiċidju. Għaldaqstant jintużaw it-termini `deliberate self harm' jew `parasuicide', termini aktar preċiżi. Matul l-1999 kien hemm 21 każ ta' deliberate self harm li ġew ammessi fl-isptarijiet tagħna. Kien hemm 9 nisa u 12-il raġel. L-etajiet kienu kif ġej:- Rġiel Nisa ____________________________________________ ____ taħt 30 sena 0 4 31 sa 60 sena 10 5 61 sena 'l fuq 2 0 _______________________________________________ _ TOTAL 12 9 (iii) Ta' min iżid illi kien hemm ukoll 205 każ ta' overdose li ddaħħlu fl-isptarijiet u li dwarhom saret konsulta psikjatra bħala parti mill-assessment. Dawn kienu mqassma f'86 raġel u 119-il mara.
Leg 9 PQ #13619 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Out-patients

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew invistati nies fid-dipartiment ta' l-out-patients ta' l-Isptar San Luqa, sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Pazjenti li ġew invistati fid-dipartiment ta' l-Out Patients fl-Isptar San Luqa sena b'sena matul dawn l-aħħar għaxar snin hi hekk: Sena New Cases Follow Ups ___________________________________ 1990 90,586 230,300 1991 81,316 219,562 1992 79,076 226,369 1993 78,404 230,095 1994 79,224 235,870 1995 80,539 234,103 1996 77,790 241,744 1997 75,493 244,956 1998 75,059 249,293 1999 71,140 233,692 ___________________________________
Leg 9 PQ #13778 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Emergency Lab - Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il test isiru kull 24 siegħa fl-Emergency Lab ta' l-iSptar San Luqa? Jista' l-Ministru jgħid kemm bejn wieħed u ieħor joħorġu kuljum ambulanzi mill-Isptar San Luqa? Kemm minnhom ikollhom porter? Kemm imutu nies kull sena fl-iSptar San Luqa? Kemm jiġu admitted nies ġos-swali mill-Casualty Department?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Fil-Laboratorju ta' l-Emerġenza jsiru madwar 1900 test kull 24 siegħa. 2. Ikun hemm madwar 133 servizz ta' ambulanza kuljum. Ma' kull ambulanza jkun hemm porter. 3. Matul l-1998 mietu 1518-il persuna fl-Isptar San Luqa. Il-figura proviżorja għall-1999 hija ta' 1506. 4. In-numru ta' admissions fis-swali mid-Dipartiment ta' l-Emerġenza għas-sena 1999 kienu:- Kirurġija 8,053 Mediċina 11,894 Pedjatrija 1,523
Leg 9 PQ #13788 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Security officers - Parkeġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-security officers fl-isptarijiet jistgħux jintużaw ħalli jassiguraw l-ordni fil-parking tal-vetturi peress li bħalissa teżisti anarkija sħiħa b'mod partikolari fl-iSptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-Security Guards fl-Isptarijiet jieħdu ħsieb li l-parking tal-vetturi jsir bl-ordni. Ma jirriżultax li hemm xi tip ta' ``anarkija'' kif qiegħed jallega l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #13804 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Serq ta' siment/luminati

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13307, jista'l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija in konnessjoni mar-rapport li deher fil-ħarġa ta' l-"KullĦadd" tad-9 ta' Frar, 2000 li diġa' rċieva kopja tagħha?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nerġa' niġbed l-attenzjoni ta' l-Onor. Interpellant li l-Kullħadd ma ħarġitx fid- 9 ta' Frar 2000.
Leg 9 PQ #13806 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jintervjeni fil-każ ta' persuna anzjana li l-partikolaritajiet tal-każ qed jintbagħtu separatament u li għandha bżonn operazzjoni u għad m'għandhiex appuntament u tinsab miġugħha ħafna?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif diġa għidt f'risposti preċidenti, dan l-aħħar inġibditli l-attenzjoni mill-Legal Advisor biex informazzjoni tingħata biss, jekk il-persuna li dwarha qed issir id-domanda, tagħti l-kunsens espress tagħha bil-miktub. Il-kunsens irid jispeċifika liema nformazzjoni għandha tingħata. Tali kunsens għandu jiġi mgħoddi mad-domanda.
Leg 9 PQ #13812 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Principal Radiographer

Question

Billi f'Ottubru ta' l-1999 saru interviews għal post ta' principal radiographer u għaddew ħamsa u billi s'issa saru biss tnejn, jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li t-tlieta l-oħra li għaddew isiru kif qed jitolbu l-UĦH u l-GWU u d-direttur ġenerali? Billi jidher li hemm post u vacancies għalihom, hemm il-ħsieb li dawn isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Skond il-Manpower Plan tad-Diviżjoni tas-Saħħa, inħatru żewġ Principal Radiographers. Bħalissa m'hemmx vakanzi aktar f'dan il-grad. Qed isiru diskussjonijiet mal-Unions kkonċernati biex jintlaħaq ftehim dwar xi żieda ta' postijiet fil-gradi paramediċi, nkluż dak ta' Principal Radiographer.
Leg 9 PQ #13815 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Konsulenti

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13128 li hija ta' importanza biex jintwera kif u b'liema serjeta' qed jitmexxew is-servizzi tas-saħħa llum? Jista' jirrispondi l-mistoqsija kollha billi nħoss li hija ta' interess għal membri tal-Kamra u tal-poplu kollu? Jista' jara li ħadd ma jevadi l-konsegwenzi ta' din il-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

M'għandi xejn x'inżid mat-tweġiba tiegħi għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13479.
Leg 9 PQ #13868 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tas-Saħħa

Żebbuġ — Farms - Inspections

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il spezzjoni saret fil-farms fl-area ta' Ħaż-Żebbuġ mill-health inspectors tal-lokal? F'liema dati saru matul is-snin 1998 u 1999 u Jannar 2000? X'inhuma l-irregolaritajiet li nstabu f'kull spezzjoni ta' dawn il-farms?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li matul iż-żmien indikat saru b'kollox 26 spezzjoni f'diversi rziezet wara xi lment. Minn dawn 11 saru fl-1998, 12 saru fl-1999 u 3 saru f'Jannar 2000. Il-parti l-kbira ta' dawn l-ilmenti kienu jirrigwardjaw problemi tad-drenaġġ. Ħafna minn dawn l-ilmenti ma kienux ġustifikati waqt li f'każi oħra sar ix-xogħol biex jitneħħa l-inkonvenjent. L-areas ta' Wied Qirda, Wied il-Baqqiegħa u Wied il-Kandlora, fejn jinstabu l-akbar numru ta' rziezet jiġu spezzjonati regolarment bħala rutina u partikolarment minħabba xi żbroff ta' drenaġġ mill-fosos ta' dawn l-irziezet. Spetturi tas-Saħħa jagħmlu spezzjonijiet ta' rutina fl-irziezet tal-bhejjem tal-ħalib billi dawn jiġu liċenzjati mid-Dipartiment tas-Saħħa. Rigward l-irziezet tal-majjali dawn huma liċenzjati mid-Dipartiment tal-Agrikoltura, u għaldaqstant spezzjonijiet isiru minn Uffiċjali ta' dan id-Dipartiment.
Leg 9 PQ #12414 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — OPU

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi kollha meħtieġa biex l-OPU ta' l-Isptar San Luqa jkun aktar adegwat għall-pazjenti li jattendu fih u apparti minn hekk ikun aktar organizzat fil-ħidma tiegħu peress li meta jiġi l-ispeċjalista minn barra minn Malta jkun hemm kju kbir ta' pazjenti jistennew għal ħinjiet twal u dan b'detriment għall-istess pazjenti li fl-istat li jinsabu fih żgur mhux sew li jitħallew jistennew għal ħinjiet twal?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Konsulent barrani jiġi Malta darba kull tmien ġimgħat u jagħmel biss jumejn. F'dawn il-jumejn ikollu lista ta' pazjenti twila x'jara. Minħabba n-natura tal-problemi fiżiċi tal-pazjenti meta wieħed jibgħat għall-appuntamenti ikun diffiċli wieħed jikkalkula kemm jalloka ħin għal kull pazjent u din hija r-raġuni prinċipali għaliex il-pazjenti jsofru ċertu dewmien. Barra minn hekk ċertu qisien iridu jittieħdu kemm jista' jkun malajr għaliex dawn jittieħdu taħt forom tal-ġibs liema ġibs irid ikun niexef sewwa biex jiġi trasportat. Għalhekk l-ewwel jittieħdu l-qisien ta' kulħadd imbagħad sussegwentament isiru l-visti fuq il-pazjenti. Minħabba li l-konsulent jagħmel żjara qasira ħafna ġieli jiġri li f'ġurnata waħda l-pazjenti jaqbżu l-ħamsa u tletin.
Leg 9 PQ #12483 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Boffa — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Isptar Boffa? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 2 trasferimenti lill-ħaddiema tal-isptar Boffa. Dawn intalbu mill-impjegati stess.
Leg 9 PQ #12772 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — In-patients barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni barranin li kienu in-patients għal xi żmien ġewwa sptarijiet tagħna matul is-sena 1999? Minn liema pajjiżi kienu? Kemm kienet is-somma ta' flus li ntalbu jħallsu dawn il-persuni u kemm fil-fatt tħallsu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant dwar pazjenti barranin hija kif ġej:- Sptar Nru. ta' pazjenti Somma li Somma li ntalbu jħallsu thallset (Lm) (Lm) ____________________________________________ _____________________ San Luqa 1419 308,690 111,655 Monte Karmeli 45 4,930 85 Boffa 9 4,800 2,313 ___________________________________________ ______________________ Il-pazjenti kienu minn dawn il-pajjiżi:- Renju Unit, Malasja, Svezja, Portugal, Awstrija, Palestina, Tuneżija, Kanada, Stati Uniti, Ġermanja, Libya, Filippini, Somalia, Alġerija, Danimarka, Eġittu, Libanu, Marokk, Slovakkja, Italja, Ġappun, Olanda, Norveġja, Turkija, Irlanda, Svizzera, Spanja, Franza, Belġju, Ċina, Russja, Iraq u Niġerja. Dwar pazjenti fl-Isptar Monte Karmeli, ta' min jirrimarka illi persuni li jiddaħħlu kontra r-rieda tagħhom huma eżenti mill-ħlas.
Leg 9 PQ #13162 Sitting 238 2000-02-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tas-Saħħa matul l-1998 u l-1999 huwa 353 u 4 rispettivament. Dwar it-tieni parti tad-domanda, nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta tal-mistoqsija Nru 13170 mill-Prim Ministru.
Leg 9 PQ #13153 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Pazjenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' pazjenti li s-sena l-oħra użaw l-emerġenza fl-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda 13581.
Leg 9 PQ #13154 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Operazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' tfal li daħħlu għal kura medika jew għall-operazzjonijiet fl-Isptar San Luqa matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qegħda tinġabar u risposta tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #13155 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

ITU — Pazjenti

Question

Jistsa' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-ITU matul l-1999? Kemm minnhom kienu taħt il-35 sena?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul is-sena 1999 daħlu fl-ITU 988 pazjent. Minn dan in-numru 188 kienu taħt il-35 sena.
Leg 9 PQ #13156 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Interim From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Overdose/xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa b'overdose u kawża ta' xorb eċċessiv matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'seduta oħra.