Jista' l-Ministru jgħid kemm-il ITC jutilizzaw nominee companies? Jista' l-Ministru jispjega kif l-awtoritajiet jassiguraw li l-actual shareholders huma fil-fatt il-beneficiary owners jew le, peress illi qabel, meta kien għad hemm l-Offshore Companies, din kienet responsabbilta' tan-nominee companies?
Response (DALLI, JOHN)
Fil-maġġoranza kbira tagħhom, l-International Trading Companies jutilizzaw nominee companies; fil-fatt, in-numru ta` ITC`s li ma jutilizzawx nominee companies huwa insinifikanti.
Bħalma kien jiġri fi żmien ta` meta kienu jiġu reġistrati l-offshore companies, l-istess għadu jiġri llum; jiġifieri in-nominee companies għandhom l-obbligu bil-liġi (MFSC Act sec. 51A(2)(e)) li jkollhom sistemi sabiex jgħinuhom jistabbilixxu l-identita` tal-klijenti tagħhom. Barra minn hekk, qabel ma kumpannija tiġi reġistrata u liċenzjata bħala nominee company miċ-Ċentru għas-Servizzi Finanzjarji, trid tiddikjara u tobbliga ruħha, bil-miktub, li ma taċċetta ebda klijent qabel ma tkun tafu tajjeb wara li tkun għamlet dawk l-indaġini neċessarji kif jirriżulta mill-kopja ta` `Declaration \ Undertaking by a Licensed Nominee Company` li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji kienu tardivi li jaġġornaw ruħhom (complying) mar-rekwiżiti tal-Companies Act? Jista' l-Ministru jgħid kemm kumpanniji għażlu li ma jaderux ruħhom u għalhekk ġew imneħħija mir-Reġistru? Jista' l-Ministru jgħid ukoll x'kien l-introjtu mill-impożizzjoni ta' multi minħabba f'dawk il-kumpanniji li aderaw ruħhom tard?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` kumpanniji li bejn l-1 ta` Marzu, 1998 u l-aħħar t`Ottubru 1998 kienu tardivi biex jaġġornaw ruħhom mad-dispożizzjonijiet ta` l-Att ta` l-1995 dwar il-kumpanniji kien ta` 125. S`issa, 990 kumpannija m`aderietx ruħha. Dawn għadhom ma ġewx imneħħija minn fuq ir-Reġistru peress li skond id-dispożizzjonijiet ta` l-Att Nru. XXX ta` l-1997 dawn jistgħu jiġu hekk imneħħija meta l-Ministru b`ordni fil-Gazetta jistabbilixxi data, li tkun data wara l-31 ta` Diċembru 1998. Il-multi miġburin minn kumpanniji li s`issa aderew ruħhom tard kienu jammontaw għal Lm23,307.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il Offshore Company iddeċidiet li ma ġġedditx il-liċenzja tagħha wara l-introduzzjoni tal-Malta Financial Services Centre Act?
Response (DALLI, JOHN)
In-numru ta` kumpanniji `offshore` li ma ġeddewx il-liċenzja tagħhom mill-introduzzjoni tal-Malta Financial Services Centre Act sal-31 t`Ottubru 1998 kien ta` 956.
Jista' l-Ministru jgħid liema bordijiet li jaqgħu taħt ir-responsabilitajiet tiegħu ġew rikostitwiti jew imġedda mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn? In kwantu għal dawk rikostitwiti, jista' l-Ministru jagħti lista tal-persuni u għal kull persuna jgħid x'inhuma l-karigi tagħhom li kellhom fuq dawn il-bordijiet, minn meta ilhom maħtura fuq dawn il-bordijiet u x'inhuma r-raġunijiet għat-tneħħija tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
L-ebda Bord ma kien rikostitwit jew imġedded mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali `l hawn.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il safra diġa' siefer mill-5 ta' Settembru, 1998 s'issa?
Liema bliet żar u x'kienet ir-raġuni?
Min akkumpanjah għal kull safra?
Kemm swiet kull safra?
Ma' min tkellem u fuq xiex tkellem?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-5 ta` Settembru s`issa l-Ministru tal-Finanzi siefer darba. Il-Ministru mar Washington għall-laqgħa tal-International Monetary Fund u l-World Bank. Il-Ministru kien ikkumpanjat mis-Sur J. Portelli, Segretarju Permanenti fil-Ministeru. L-ispiża tas-safra għada ma ġietx iffinalizzata.
Din is-safra kienet ippjanata mill-Ministru ta` qabel li kien ippjana li jmur ukoll Ottawa għall-laqgħa tal-Ministri tal-Finanzi tal-Commonwealth.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 mal-Malta Financial Services Centre? Jista' jgħid fl-imsemmi post tax-xogħol, meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr ma' ħarġu applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?
Response (DALLI, JOHN)
Ma kien impjegat ebda ħaddiem ġdid mal-Malta Financial Services Centre mis-6 ta` Settembru sat-28 ta` Ottubru 1998.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi follow-up action min-naħa tal-gvern dwar l-istudju li kien tlesta minn kummissjoni li jiena kont ħtart biex tissuġġerixxi metodi kif jista' jitqajjem l-interess tax-xiri tal-proprjeta' mill-barranin wara t-tnaqqis radikali ta' bejgħ li kien hemm mill-1993 'il quddiem?
Response (DALLI, JOHN)
Nirreferi lill-Onor Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Nru. 326 u nżid ngħid li għadu kmieni wisq biex ikun hemm riżultati.
Dipartimenti/entitajiet finanzjarji — Information sharing
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'hemm differenti bejn in-networking elettroniku li l-gvern beħsiebu jdaħħal bejn diversi dipartimenti finanzjarji u entitajiet finanzjarji u data li kellu maħsub Gvern Laburista dwar information sharing f'dan ir-rigward, kif rifless fl-abbozz ta' liġi li kien ġie mgħoddi lil allura Oppożizzjoni Nazzjonalista għall-konsultazzjoni?
Response (DALLI, JOHN)
In-networking elettroniku li qed naħsbu li s-sistema ta` kommunikazzjoni li biha accounts tal-Gvern jista` jgħaddi bejn dipartimenti u għal post ċentrali bħat-Teżor b`mod elettroniku.
M`għandu xejn x`jaqsam ma dak li kien rifless fl-abbozz ta` liġi li qed jirreferi għaliha l-Onor Interpellant.
L-opinjoni tiegħi dwar l-abbozz imsemmi għadhom validi sal-lum.
Disa' Parlament — Diskors mill-E.T. il-President ta' Malta
Question
Billi fid-diskors mill-E.T. il-President ta' Malta fl-okkażjoni tal-ftuħ tad-Disa' Parlament intqal li "irid jitfassal ukoll mudell ġdid ta' Ftehim Kollettiv", jista' l-Ministru jispjega x'inhu dan il-mudull ġdid ta' ftehim kollettiv?
Response (DALLI, JOHN)
Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Taxxa fuq id-dħul — Manteniment f'każ ta' separazzjoni
Question
Għall-finijiet ta' ħlas ta' taxxa fuq id-dħul, jista' l-Ministru jgħid jekk jiġix imnaqqas il-manteniment f'każ ta' separazzjoni b'digriet tal-Qorti? Jitnaqqas ukoll il-manteniment f'każ ta' separazzjoni bonarja?
Response (DALLI, JOHN)
Skond l-Artikolu 14A ta`l-Att dwar it-Taxxa fuq l-Income (Kap. 123) mis-sena bazi 1996, meta individwu jagħmel ħlas għall-manteniment kif stabbilit mill-Qrati ta` Malta lill-parti miżżewġa lilu li ma tkunx baqgħet tgħix miegħu, dan jingħata tnaqqis kontra l-income tiegħu ekwivalenti għall-ammont attwalment imħallas skond l-ordni tal-Qorti.
Ma jingħata l-ebda tnaqqis għall-manteniment f`każ ta` separazzjoni bonarja.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 216, ċioe' jista' jgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-Gvern Nazzjonalista dwar il-cash registers b'memorja fil-qasam tal-kummerċ?
Response (DALLI, JOHN)
Ser nibqgħu mixjin bl-istess politika li mexa biha l-Gvern ta` qabel sa ftit gimgħat ilu.
Infakkar lill-Onor Interpellant li aħna qatt ma tajna x`jifhem lill-ħadd li se jitneħħew il-cash registers.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jkun hemm nisa mpjegati fid-Dipartiment tal-Customs & Excise? Jista' jgħid ukoll xi jsir meta jkun hemm bżonn ta'personal searches fuq nisa li jkunu għadhom kemm waslu fl-ajruport jew fis-sea port minn barra l-pajjiż? Jekk dawn is-searches isiru, jista' l-Ministru jgħid min jagħmilhom?
Response (DALLI, JOHN)
Kull meta kien hemm eżami għall-fizjali fis-sezzjoni tal-Customs Class dawn kienu miftuħin kemm għan-nisa kif ukoll għall-irġiel. Minkejja dan qatt ma` daħlu nisa fizzjali. Bħal issa qed isir studju dwar il-possibilita ta` kif jistgħu jiġu mpjegati nisa f`din is-sezzjoni.
Meta jkun hemm il-bżonn li jsir tfittxija fuq xi mara jissejħu il-Pulizija nisa.
Taxxi Interni — Suspected under-declarations of income
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni mill-elezzjoni 'il hawn sabiex jinvestiga każi ta' suspected under-declarations of income, fejn jirriżulta li d-dipartiment għandu data f'idejh dwar sidien ta' karozzi b'ċilindratura għolja kif ukoll dwar sidien reġistrati ta' yachts?
Response (DALLI, JOHN)
Id-Dipartiment għadu għaddej bl-istess programm ta` stħarriġ bħalma kien qabel l-elezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri tat-Task Force li qed taħdem fuq l-għażliet dwar tassazzjoni ġdida indiretta? Hemm fosthom nies mis-settur privat? Jekk iva, min huma?
Response (DALLI, JOHN)
Hemm numru ta` uffiċċjali pubbliċi għolja megħjuna minn numru iżgħar ta` konsulenti mis-settur privat li qed jagħtu pariri dwar l-introduzzjoni ta` sistema tassazzjoni indiretta ġdida.
L-Uffiċċjali Pubbliċi huma:
Is-Sur Joseph Portelli Permanent Secretary Ministry of Finance
Is-Sur Edwin Muscat Director General Ministry of Finance
Is-Sur Joseph Portelli Director General Customs and
Excise Tax Department
Is-Sur Paul Barbara Senior Principal Officer Customs and
Excise Tax Department
Is-Sur James Farrugia Senior Principal Officer Customs and
Excise Tax Department
Is-Sur Alfred Pace Director Customs Department
Is-Sur John Mifsud Senior Principal Officer Customs Department
Is-Sur Paul Zahra A\Head Economic Planning
Is-Sur Frans Attard Senior Principal Officer Ministry of Finance
(Segretarju)
Il-Konsulenti huma:
Profs. Maurice Mullard Consultant Ministry of Finance
Profs. Edward Scicluna Chairman Malta Financial
Services Centre
Dr Antoine Fiott Legal Adviser
Is-Sur Joe Galea Accountant
Is-Sur Andre` Zarb Accountant
Is-Sur Simon Camilleri Executive MITTS
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru transfers minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni 'il hawn? F'liema karigi kienu?
Response (DALLI, JOHN)
It-transfers li saru, minn u lejn id-Dipartiment tat-Teżor mill-elezzjoni `l hawn kienu kif jidher hawn taħt:
Grad Minn Lejn
1. General Hand Teżor Ministeru tal-Politika
Soċjali
2. Uffiċjal Principali
Anzjan Ministeru tal-Finanzi Teżor
3. Uffiċjal fi Grad 5 Ministeru tal-Finanzi Teżor
4. Skrivan Teżor Istitut għall-Istudji
Turistiċi
5. Uffiċjal Prinċipali
Anzjan Teżor Ministeru għas-Servizzi
Ekonomiċi
6. Uffiċjal Principali
Anzjan Teżor Dipartimenti tat-Taxxi
Interni
7. Uffiċjal Prinċipali
Anzjan Teżor Ministeru tat-Trasport u
Telekomunikazzjoni
8. Uffiċjal Prinċipali
Anzjan Teżor Ministeru tat-Turiżmu
9. Skrivan Dipartiment tad-Dwana
u Sisa Teżor
10. Skrivana Dipartiment tal-
Kuntratti Teżor
Ir-raġuni għal biċċa l-kbira ta` dawn it-transfers ingħatat fit-tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 282.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inħatru diretturi fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 'l hawn?
Min huma?
Xi kwalifiki għandhom?
Fuq liema kriterji ngħataw il-ħatra?
Response (DALLI, JOHN)
Mill-5 ta` Settembru `l hawn ma nħatar ebda Direttur fid-dikasteru tiegħi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' transfers li saru fid-dekasteru u entitajiet li jaqgħu taħtu mis-6/9/98 sa l-24/10/98?
Response (DALLI, JOHN)
It-transfers li saru fid-dikasteru mis-6 ta` Settembru, 1998 sal-24 ta` Ottubru, 1998 huma kif ġej:
Dipartiment Lejn id- Mid-
Dipartiment Dipartament
Segretarjat Privat tal-Ministeru 6 17 (1)
It-Teżor 3 8 (2)
Taxxi Interni 6 3
Dwana 4 3
Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa 1 2
(1) Dawn it-transfers kienu organiżżati mill-amministrazzjoni l-oħra ftit qabel l-aħħar elezzjoni.
(2) 2 minn dawn it-transfers seħħew qabel is-6 ta` Settembru 1998 u kienu jagħmlu parti mill-eżerċizzju tat-trasferiment għal Għawdex tas-Short Term Benefits Section tad-Dipartiment tas-Sigurta Soċjali. Il-bqija telqu jew fuq talba tagħhom jew għax intagħżlu biex iservu f`xi Ministeru.
Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li jiffurmaw l-istaff tas-segretarjat privat tiegħi?
X'inhu r-rwol ta' kull impjegat?
Liema huma dawk il-persuni ngaġġati b'kuntratt?
X'inhuma l-kondizzjonijiet tax-xogħol inkluż paga, allowances u benefiċċji oħra ta' kull impjegat?
Response (DALLI, JOHN)
Ninsab infurmat li l-ebda kuntratt jew ftehim ma għadu ġie ffirmat ma` l-individwi konċernati u nkun f`qagħda li nwieġeb għall-mistoqsijiet magħmula f`xi seduta oħra wara li dawn jiġu ngaġġati formalment.
Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru b`risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 81.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-ħsieb tal-gvern dwar tibdil li kien qed jaħdem fuqu gvern preċedenti Laburista dwar tibdil fil-liġi u regolamenti li joħorġu minnha ta' akkwist ta' proprjeta' minn persuni mhux residenti f'Malta 1974, u li dwarha kien tlesta rapport estensiv u komprensiv?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Membru li l-konklużjonijiet fir-rapport imsemmi jittieħdu in konsiderazzjoni fid-deċiżjonijiet li se jsiru.