Tista' il-Ministru tikkunsidra li persuna (ġuvintur/xebbiet) bla xogħol, li pero' baqgħu jgħixu mal-ġenituri tagħhom, jingħataw xi tip ta' benefiċċju, dejjem jekk u meta jkun ippruvat li l-individwu konċernat ma jistax isib impjieg?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jekk l-Onor. Interpellant b'benefiċċju qed jirreferi għall-Għajnuna/Assistenza Soċjali mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali, ninfurmah li dawn jiġu kkunsidrati fil-kuntest ta' "household" u mhux fuq bażi ndividwali. Fil-fatt, skond il-provedimenti ta' l-istess Att, fit-test tal-mezzi biex persuna tikkwalifika għal dawn il-benefiċċji, jittieħed in konsiderezzjoni d-dħul tal-persuni kollha li jifformaw parti mill-familja (household) minn fejn tkun qed issir it-talba.
Mhux il-ħsieb li jkun hemm tibdil f'dan ir-rigward.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Post alternattiv
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li persuna b' 123 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali tieħu post alternattiv - dettalji qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimikien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-applikazzjoni għas-sussidju fuq is-servizz tat-telefon tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ilha tiġi pproċessata minn Settembru li għadda?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li l-familja tal-persuna, dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet mgħarrfa li trid xahrejn sakemm it-talba tagħha biex jinfetaħ housing file tiġi pproċessata? Jekk din l-informazzjoni mhijiex korretta, tista' tindika l-housing file number tal-każ konċernat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Sigurta' Soċjali — Pilloli permezz tal-kartuna s-safra
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx xi policy li l-gvern ma japprovax pilloli ġodda fuq il-kartuna safra skeda V jew roża li qabel qatt ma kien iġibhom il-gvern?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għall-fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jinġabar u Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Spezzjoni f'appartament tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid meta mistenni jmur housing inspector tad-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali fil-fond li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi l-ispezzjoni tal-post ġa saret.
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikanta li għandha 275 punt quddiem id-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tieħu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Akkomodazjoni alternattiva
Question
Tista' il-Ministru tgħid fejn waslet it-talba ta' anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix f'dar bla dawl u li ilha bosta snin tistenna post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn proprjeta' li għad għandhom requisition order? X'inhi l-proċedura sabiex post jiġi de-requisitioned?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li d-Dipartiment għandu 9010 proprjeta' li għadha rekwiżizzjonata. Id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali qiegħed jagħmel eżercizzju, lokalita b'lokalita, biex dawk l-Ordnijiet ta' Rekwiżizzjoni li m'għadx hemm lok li jibqgħu fis-seħħ, dawn jiġu mneħħiha.
Tista' il-Ministru tara li jsir xi ħaġa fir-rigward tal-kera li qed tintalab tħallas il-familja - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li l-kap tal-familja tagħha ma jaħdimx minħabba kondizzjoni fiżika?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Awtorita' tad-Djar — Manutenzjoni ta' djar f'Bormla
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk sarx xi progress sabiex jiġu rranġati żewġ postijiet li sofrew ħsarat kbar f'Marzu 2003, li jinsabu f"Misraħ Bonnici, Bormla?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-ħsarat li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant huma tant kbar li mhux vijabbli li jsiru tiswijiet. Għal din ir-raġuni qed tiġi kkunsidrata l-possibilita' li s-sit jiġi żviluppat mill-ġdid.
Tista' il-Ministru tgħid fejn ittieħdu l-karozzi ta' l-awtorita' tad-djar meta kellhom xi ħsarat fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn is-snin 2000 - 2002 l-Awtorita' tad-Djar kienet issewwi l-karozzi tagħha għand mechanic J. Azzopardi. Mis-sena 2003 s'issa, l-Awtorita' qed issewwi l-karozzi tagħha għand l-aġenti rispettivi.
Tista' il-Ministru tara li d-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali jieħu l-passi neċessarji biex persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - u li għandha diżabilita' u bil-marda tal-kanċer tieħu post alternattiv?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tinvestiga fiex waslet it-talba li għamlu l-persuni - id-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - biex jibbenefikaw mis-servizz ta' care & repair ta' l-awtorita' tad-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li fis-16 ta' Frar 2005, l-Awtorita' tad-Djar mistennija tagħmel spezzjoni fir-residenzi ndikati biex jiġi stabbilit ix-xogħol li hemm bżonn isir fl-istess residenzi.
Dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali — Talba għal post tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li xebba omm b'żewġt itfal - dettalji qed jintbagħtu separatament - tieħu post tal-gvern mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali? Fejn waslet it-talba tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-applikazzjoni tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Jekk din il-persuna tixtieq aktar informazzjoni tista' tavviċina t-taqsima tal-Customer Care fi ħdan id-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali.
Dipartiment tal-kostruzzjoni u tiswija ta' djar — Tiswija ta' gallarija
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'passi se jieħu d-dipartiment tal-housing construction & maintenance tal-gvern biex tiġi rranġata l-gallarija tal-fond tal-gvern - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali — Birkirkara
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'possibbilta' hemm li applikanta armla - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li tgħix ma' nies ir-raġel tagħha f'Birkirkara tieħu post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tispjega lil persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għaliex qed tintalab tħallas arretrati li qed jinqatgħu mill-pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li d-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali nforma bil-miktub lill-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.