Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13666 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal-Luqa mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li parti sostanzjali ta' din l-iskola twaqqgħet u nbniet mill-ġdid, u fl-istess ħin inżammu l-karatteristiċi tal-bini antik.
Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 1,000,000.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern fis-Siġġiewi mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħaż-Żebbuġ mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista’ il-Ministru jgħid min qed jieħu ħsieb imexxi d-dmirijiet li qabel kienu jaqgħu taħt id-dipartiment taż-
żgħażagħ u sports fi-rigward taż-żgħażagħ?
Liema huma r-responsabbiltajiet li nżammu u dawk li ma nżammux? Jista’ jgħid ukoll x’inhu l-futur tas-sezzjoni taż-żgħażagħ?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li s-Sezzjoni Żgħażagħ taqa' taħt ir-responsabbilta' tad-Direttur għas-Servizzi Korporattivi u Implimentazzjoni ta' Programmi. Is-Sezzjoni hija responsabbli minn programmi u inizjattivi fi ħdan l-implimentazzjoni tal-Politika Nazzjonali taż-Żgħażagħ. Il-futur tas-Sezzjoni Żgħażagħ huwa li tibqa' l-organu governattiv li timplimenta l-Politika Nazzjonali.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhuma l-ħsebijiet tal-gvern għall-gradwati fil-youth studies mill-fakulta` ta’ l-edukazzjoni u li m’għandhomx opportunitajiet f’dan il-qasam? Huwa l-ħsieb tal-gvern li minkejja dan ser jibqa’ jgħaddi finanzi għal dan il-kors? Minħabba li matul din is-sena fetaħ il-kors ta’ l-MA, jista’ jgħid jekk hemmx pjani sabiex dawn il-youth workers jiġu offruti mpjieg full-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Gvern jemmen li l-Universita' għandha kemm jista' jkun toffri korsijiet ta' studju u riċerka ta' l-ogħla livell possibli fl-oqsma li għalihom ikun hemm talba mill-istudenti. Il-Gvern ma jemminx li l-Universita' għandha timxi bil-prinċipju li toffri korsijiet biss fl-oqsma fejn is-suq tax-xogħol ikollu domanda kif timplika l-Mistosija. Il-Gvern iħalli l-individwi jidħlu għal opportunitajiet ta' studju u riċerka skond il-kwalifiki meħtieġa u l-inklinazzjoni tagħhom.
Barra minn hekk, informat li numru ta' studenti li ggradwaw fil-youth studies mill-Fakulta ta' l-Edukazzjoni qegħdin jagħtu servizz f'diversi oqsma bħall-ċentri taż-żgħażagħ, oqsma volontarji u empowerment centres. Bħalissa għandna 7 empowerment centres. Hemm ukoll gradwati li qed jifformaw kooperativi li joffru s-servizz tagħhom lil diversi entitajiet. Wieħed jifhem ukoll li ħafna minn dawk li jsegwu dan il-kors diġa jkollhom xogħol full-time u student jista' jagħżel li jsegwi kors għall-iżvilupp personali tiegħu mhux biss għall-impjieg.
Minħabba li s-seba’ youth empowerment centres huma ffinanzjati mill-gvern, jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li l-youth workers mhumiex impjegati part-time mid-dipartiment jew mill-kunsill lokali konċernat?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Youth Centres huma inizjattiva bejn il-Gvern u l-Kunsilli Lokali. Dawn joperaw fuq bażi ta' kuntratt għal perjodu ta' sentejn li mhux neċessarjament jista' jiġi mġedded. Il-Youth Workers jagħtu servizz lil Kunsill u mhux lid-Dipartiment, u għalhekk jitħaddmu part-time mid-Dipatiment.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk kienx hemm, jew hemmx il-ħsieb, li jiġu mpjegati youth workers fl-iskejjel sabiex jgħinu lill-guidance & counselling teachers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li għalissa ma hemmx ħsieb li jiġu mpjegati youth workers fl-iskejjel sabiex jgħinu lill-guidance & counselling teachers.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12475, jikkonferma l-Ministru li xi persuni tal-fondazzjoni għall-iskejjel ta' għada marru fl-iskola primarja ta' Bormla u staqsew sabiex jaraw il-lift li fl-opinjoni tagħhom kien diġa' imwaħħal?
Response (GALEA, LOUIS)
Ma jirriżultax dak li qed jimplika l-Onor. Membru fil-Mistoqsija.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dak li jissejjaħ catchment area għall-iskejjel sekondarji u l-junior lyceums ta' l-iskejjel tal-gvern?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li dan hu xogħol li jsir matul dan iż-żmien. Peress li l-catchment areas għadhom qed jinħadmu dawn il-listi ma jistgħux jingħataw. Il-catchment areas ikunu lesti f'Settembru.
Jista' il-Ministru jara meta se jingħata l-fabbrika li ġiet approvata lil persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li jinsab fi bżonn urġenti minħabba li se jiskadi l-kuntratt tal-post fejn qed jaħdem?
Response (GALEA, LOUIS)
Kwestjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma' għoti ta' fabbriki hija responsabbli għalihom il-Malta Enterprise li taqa' fid-Dekasteru tal-Ministeru ta' l-Investiment u t-Teknoloġija ta' l-Informazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-problema sabiex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, tibda tattendi l-iskola speċjali San Miguel ġewwa Pembroke?
Skola San Miguel — Studenti bi bżonnijiet speċjali
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx aktar spazju fejn jidħlu studenti b'diżabilita' sabiex ikomplu bl-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel speċjali, b'mod partikolari fl-iskola San Miguel ta' Pembroke? Jekk fin-negattiv, x'inhi r-raġuni għal dan u x'qed isir biex dan l-ispazju jinħoloq għal dawn l-istudenti bi bżonnijiet speċjali?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-Gvern qed iħaddem il-politika ta' edukazzjoni inklussiva li titlob li kemm jista' jkun it-tfal bi bżonnijiet speċjali jieħdu l-edukazzjoni tagħhom fl-iskejjel normali.
Jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-rata ta' assenteiżmu fl-iskejjel primarji A u B ta' Sta Venera, sena b'sena mill-2000 'il hawn? Ittieħdet azzjoni legali skond l-att dwar l-edukazzjoni kontra ġenituri li ma bagħtux lil uliedhom l-iskola, jew kien hemm każi li ġew mistħarrġa minn social workers?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jagħti statistika ta' kemm kien hemm persuni (nisa u rġiel) li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq Part I u Part II tar-reġistru fl-aħħar ta' Ġunju, 2005 f'dawn il-lokalitajiet: Ħamrun, Sta Venera, Valletta, Floriana, Marsa, Pieta'/G'Mangia, Qormi, Luqa u Kirkop?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub ma laħaqx wasal tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Universita' ta' Malta — Sentenza mill-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk l-Universita' ta' Malta hijiex tistudja l-implikazzjonijiet għaliha tas-sentenza fil-bidu ta' Lulju tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja li ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea jingħataw trattament ugwali għad-dħul f'kull universita' ta' kull Stat membru, sentenza li wasslet lill-Universita' ta' Vjenna biex tissospendi l-applikazzjonijiet għas-sena akkademika li jmiss minħabba invażjoni ta' studenti Ġermaniżi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Universita' hi konxja tar-regolamenti ta' l-Unjoni li ċittadini ta' l-Unjoni Ewropea għandhom jingħataw trattament ugwali għad-dħul fl-Universita' ta' Malta, jiġifieri li huma għandhom id-dritt li jkunu ammessi taħt l-istess kondizzjonijiet jekk huma jissodisfaw l-istess rekwiżiti mitluba minn studenti Maltin.
Jista' il-Ministru jikkonferma li l-persuni li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, huma lecturers fid-dipartiment tal-matematika, xjenza u edukazzjoni teknika fil-fakulta' ta' l-edukazzjoni fl-Universita' ta' Malta? Jekk iva, dawn huma full-time, part-time jew visiting lecturers? Jekk fl-affermattiv, jista' jindika meta bdew jgħallmu f'din il-fakulta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuni li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament huma Part-Time Visiting Lecturers mad-Dipartiment tal-Matematika, Xjenza u Edukazzjoni Teknika u bdew jgħallmu mis-sena akkademika 2003/4.