Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #21358 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Station — Delimara

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm swew lill-Enemalta l-ħsarat fil-Power Station ta' Delimara matul 1999 u din is-sena? Kemm swew lill-Enemalta l-ħsarat fil-Power Station tal-Marsa matul l-istess perijodu? Jista' jagħti din l-informazzjoni separatament?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jingħad li t-terminu "ħsarat" huwa wiesgħa ħafna u jkun aħjar li wieħed jgħid "nefqa fuq manutenzjoni ta' l-impjant". Din in-nefqa tikkomprendi overhauls programmati, manutenzjoni preventiva u naturalment manutenzjoni ordinarja li tkun meħtieġa ta' kuljum f'impjant ta' dan il-kobor. L-ispejjeż konnessi ma' "nefqa fuq manutenzjoni", li jinkludu l-pagi tal-ħaddiema tal-Maintenance Workshop fiż-Zewġ Power Stations kienu kif ġej: Sena finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1998 sat-30 ta' Settembru 1999 - Power Station tal-Marsa Lm2,995,513 Power Station ta' Delimara Lm1,112,679 Sena Finanzjarja mill-1 ta' Ottubru 1999 sal-31 ta' Awissu 2000 - Power Station tal-Marsa Lm1,883,676 Power Station ta' Delimara Lm1,215,613
Leg 9 PQ #21362 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Qammieħ, Mellieħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każijiet irrapportati lill-WSC li l-ispieri tal-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ l-Mellieħa qed ikollhom ilma tad-drenaġġ matul din is-sena? X'passi ttieħdu u x'inhija l-pożizzjoni ta' dawn il-bdiewa u tal-kwalita' tal-ilma ta' l-ispieri fl-inħawi tal-Qammieħ, il-Mellieħa?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma m'għandhiex rapporti ta' spieri ta' l-ilma tal-bdiewa fl-inħawi tal-Qammieħ li qed ikollhom ilma tad-drenaġġ. Dawn l-ispieri huma proprjeta' privata u għaldaqstant il-Korporazzjoni mhix f'pożizzjoni li tieħu passi dwar il-kwalita' ta' l-ilma fl-imsemmija spieri.
Leg 9 PQ #21363 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Spieri llegali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' rapporti dwar spieri llegali li saru lill-WSC matul l-1999 u din is-sena? X'passi ttieħdu u kemm ġew magħluqa boreholes ta' l-ilma matul l-istess perijodu fuq ordni tal-WSC?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba, li tkopri spieri kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex, hija kif ġej: Bejn Jannar u Diċembru 1999 kien hemm rapporti dwar 32 spiera illegali. Ittieħdet azzjoni legali dwar 7 każi li rriżultaw li verament kien hemm tħaffir illegali. Ingħalqu 6 spieri illegali. Bejn Jannar u Ottubru ta' din is-sena saru rapporti dwar 19-il spiera illegali. Wara li rriżulta li kien hemm tħaffir illegali, ittieħdet azzjoni legali f'4 każi. Ingħalqu 5 spieri illegali.
Leg 9 PQ #21665 Sitting 442 2000-12-01 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC

Question

Wara li l-MDC telqet minn House of Catalunya fl-1992 u minn dak iż-żmien marret f'diversi uffiċini u ntnefqu ħafna flus f'kull post li kienet, jista' l-Ministru jgħid kemm intnefqu flus u fiex? Jista' jgħid x'kellha kera f'kull każ sal-preżent?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra

Toroq — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tiġi nstallata lampa fil-kantuniera ta' Triq iċ-Ċawsli ma' Triq l-Imdina li hija l-aktar area diżabilitata fl-akwata u nieqsa mid-dawl?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet riferuta lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tiġi kkunsidrata flimkien ma' talbiet simili oħra.
Leg 9 PQ #21596 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Power Stations

Question

Jikkonferma l-Ministru li matul il-lejl - wara s-6.00 p.m. - ma jkunx hemm ħaddiema tal-maintenance għassa fuq il-post fil-power stations ta' Delimara u tal-Marsa? Huwa minnu li din is-sitwazzjoni ddum 12-il siegħa? Għaliex ittieħdet din id-deċiżjoni?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat matul it-tnax-il siegħa wara s-sitta ta' filgħaxija ma jkunx hemm ħaddiema tas-Sezzjoni tal-Manutenzjoni preżenti fil-power stations tal-Marsa u ta' Delimara. Fil-fatt matul dawk is-siegħat ikun hemm "complement" sħiħ tas-Sezzjoni ta' l-Operazzjoni kif ukoll żewġ "gangs" b'ħaddiema għal ħsarat fuq id-distribuzzjoni. Ma kien hemm ebda deċiżjoni dwar dan billi fil-passat qatt ma kien hemm ħaddiema tal-manutenzjoni matul il-lejl.

"The Count of Monte Cristo"

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar il-film "The Count of Monte Cristo" fis-sens ta' kemm inġabu nies tas-sengħa minn barra minn Malta u nħarġilhom il-work permit biex jaħdmu fih? U kemm kien hemm Maltin fl-istess kategorija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant tkun aktar speċifika dwar it-terminu "nies tas-sengħa".
Leg 9 PQ #21661 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati nies f'kull korporazzjoni li taqa' taħt ir-responsabbilta' tiegħu minn Settembru 1998 'il hawn?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 20375 waqt is-Seduta numru 405.
Leg 9 PQ #21676 Sitting 441 2000-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarznara — Apprendistat

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi kkunsidrat bis-serjeta' li fit-tarznara terġa' tibda skema ta' apprendistat biex jidħol demm ġdid meħtieġ f'dan il-qasam meta tqis li l-eta' medja llum hija ta' 43 sena u hemm perikolu li l-pajjiż jitlef nies tas-snajja' meta jirtiraw mit-tarzna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Qabel ma' wieħed jikkunsidra l-introduzzjoni ta' skema ta' apprentistat fit-tarznari tagħna, tajjeb li jiġi stabbilit jekk ir-riżorsi umani attwali li għandhom l-istess tarznari mhumiex qed jiġu utilizzati bl-aħjar mod. Filfatt it-Tarzna qed taħdem biex isir l-aħjar użu mir-riżorsi umani li jippossjedu t-tarznari tagħna.
Leg 9 PQ #21220 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li ressqu l-Meat Sellers Association nhar il-21 ta' Settembru lil Mr Mark Xerri, rappreżentant tas-segretarju parlamentari li jaqa' taħt id-dekasteru tal-Ministeru tiegħu, dwar kif ikun imnaddaf il-majjal? X'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21229 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu lill-Ministru fil-21 ta' Settembru, 2000 mill-Meat Sellers Association dwar il-grad u piż tal-majjal li għandu jiġi mniżżel bi professjonalita' fuq tabella sabiex ma jkun hemm ebda abbużi? X'passi ttieħdu u x'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21230 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu mill-Ministeru dwar l-ilmenti li ressqu l-Meat Sellers Association sabiex isiru bins għall-biċċiet tal-laħam li jintremew ma' l-art minn xi individwi u jikkawżaw nuqqas ta' iġene fil-biċċerija?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21231 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilmenti li tressqu mill-Meat Sellers Association fil-21 ta' Settembru, 2000 dwar l-użien tar-robbu tal-majjal u partijiet oħra? X'inhija s-sitwazzjoni llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21521 Sitting 439 2000-11-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda matul is-sena 2000 ma' organizzazzjonijiet jew entitajiet parastatali li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu? Xi gradi qegħdin jokkupaw dawn il-ħaddiema? X'salarji/benefiċċji qed jieħdu l-imsemmija ħaddiema?

Response (BONNICI, JOSEF)

Peress li l-informazzjoni mitluba tinvolvi aktar minn sebgħa u għoxrin entita' bejn korporazzjonijiet u azjendi li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħi, ma narax għaliex għandha tinġabar tali informazzjoni daqshekk dettaljata sakemm ma ningħatax raġuni valida għaliex qed tintalab.
Leg 9 PQ #21152 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani bil-follow up li saret mill-Ministeru b'referenza għall-ittra ta' 21.09.2000 tal-Meat Sellers Association li tittratta l-ilment tal-bejjiegħa tal-laħam lokali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Kif diġa' għidt fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436 tat-Tnejn filgħaxija, wara li ġie stabbilit li l-ilmenti kollha li hemm fl-ittra li qed issir riferenza għaliha jirreferu speċifikament għall-operat tal-biċċerija, kopja ta' l-istess ittra ġiet mgħoddija lill-Ministeru ta' l-Agrikoltura. Ninsab infurmat li l-punti kollha elenkati fl-imsemmija ittra qed jiġu investigati.
Leg 9 PQ #21156 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Kontijiet Żballjati

Question

Jista' l-Ministru jara li jiġi rimedjat l-iżball tal-kont ta' l-Enemalta li qed jintbagħat separatament? Jista' l-Ministru jinfurmani jekk jogħġbu meta se jiġi rimedjati?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-konsumatur kien qed jirċievi żewġ kontijiet separati, wieħed ta' l-ilma u l-ieħor tad-dawl. Meta l-kont tad-dawl ġie magħqud ma' ta' l-ilma, irriżulta li għalkemm fil-kont l-antik il-konsum kien jidher, fil-fatt il-konsumatur kien qiegħed jirċievi biss il-kont bil-kera ta' l-arloġġ li kien ikopri l-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998. Wara konsultazzjoni mal-Korporazzjoni Enemalta, il-kontijiet għall-perjodu bejn il-15 ta' Mejju 1998 u l-20 ta' Awissu 1998 u l-perjodu bejn l-20 ta' Awissu 1998 u t-28 ta' Jannar 2000 ġew riveduti u fil-fatt il-konsumatur ingħata kreditu ta' Lm16.85.
Leg 9 PQ #21210 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu wara l-ilmenti li saru mill-Meat Sellers Association b'riferenza għall-istat ta' iġene li jkun hemm waqt il-ħin tax-xiri tal-majjal, kif imsemmija fl-ittra li l-assoċjazzjoni bagħtet lil Mark Xerri fil-21 ta' Settembru, 2000 li huwa rappreżentant fil-Ministeru tiegħek? X'inhija l-pożizzjoni llum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tatġtweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21214 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Meat Sellers Association

Question

Jista' l-Ministru jinfurmana x'passi ttieħdu dwar l-ilma fil-ħawt fid-dħul mill-bieb tal-biċċerija peress li jista' jxerred il-mard kif intqal fl-ilment tal-Meat Sellers Association li tressaq nhar il-21 ta' Settembru., 2000 lill-Ministeru? X'inhija l-pożizzjoni llum dwar dan l-ilment?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għall-aħħar parti tat-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21134 waqt is-Seduta numru 436.
Leg 9 PQ #21581 Sitting 438 2000-11-28 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

WSC — Main ta' l-ilma

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-persuna li qed insemmi separatament għad m'għandhiex il-komunikazzjoni mal-main ta' l-ilma meta plot 'il bogħod qed jingħata servizz temporanju?

Response (BONNICI, JOSEF)

L-ilment ta' l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni neċessarja.