Ċentri ta' Matul il-Jum — Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali - lista
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 19041, jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ Assistant Psychologists li qed jaħdmu regolarment fiċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum u fiex jikkonsisti x-xogħol tagħhom f’dawn iċ-Ċentri?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li hemm 4 Assistant Psychologists li qed joffru interventi ġewwa iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum. L-Assistant Psychologists joffru sessjonijet kemm fi gruppi u kemm individwalment. L-imsemmija Assistant Psychologists jorganizzaw attivitajiet sabiex jgħinu lil-pazjenti kemm psikologikament, soċjalment u emozzjonalment. Dawn l-attivitajiet jiġu ppjanati b'mod inter-dixxiplinarju mal-OT's u mal-infermieri li jaħdmu f'dawn iċ-ċentri u jindirrizzaw fost oħrajn assertive training, time management u self-awareness.
Jista’ l-Ministru jgħid meta bdew jitqassmu l-mediċini fid-djar? Jista’ jippubblika l-istudju li kellu jsir u li ftiehem mal-ispiżjara li se jippubblika qabel ma jibda dan it-tqassim fid-djar? Jista’ jgħid f’liema lokalitajiet beda dan it-tqassim?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Servizz tat-tqassim tal-mediċini fid-djar beda bi prova aktar kmieni din is-sena. Il-proġett pilota beda’ minn numru ta’ spiżeriji; f’Raħal Ġdid u r-Rabat. Fil-ġimghat li ġejjin dan il-proġett se jiġi estiż għal lokalitajiet oħra.
B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet saru fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Santa Luċija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġewwa l-berġa ta’ Santa Luċija sar xogħol ta' manutenzjoni u tisbieħ. Sar ukoll xoghol infrastrutturali fejn saħansitra nbiddlu s-soqfa, tibdil ta’ bibien, aluminju u aperturi, sistema tal-ventilazzjoni, għamara u tagħmir mediku ġdid.
B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 25349 datata 5 ta’ Mejju 2016, fejn ġejt infurmat li l-każ qiegħed jiġi segwit, jista' l-Ministru jinfurmani xi żviluppi kien hemm dwar il-każ ta' kumpens li dan l-individwu kellu meta kien jaħdem mad-Dipartiment tas-Saħħa, peress li għadu mingħajr risposta?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit u l-imsemmija persuna ngħatat risposta mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il mediċina hemm out of stock illum u jekk hemm, kemm ilha out of stock? Jista’ jagħti rendikont ta’ kemm kien hemm mediċini out of stock tul dawn l-aħħar sentejn?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fit-tieni parti tas-sena 2014 kien hemm ġimgħa waħda mingħajr mediċini out of stock. Matul l-2014 kien hemm massimu ta’ 10 mediċini out of stock għal ġimgħa biss.
Fl-2015 kien hemm 26 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini
out of stock
. Massimu ta’ 9 mediċini kienu
out of stock
għal ġimgħa waħda biss.
Minn Jannar sa Settembru 2016 kien hemm 29 ġimgħa mingħajr ma jkun hemm mediċini
out of stock
.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni ta’ kemm-il sala jew klinika ġdida nbniet/infetħet fl-Isptar Mater Dei tul din il-leġiżlatura u għaliex jintużaw?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul din il-leġiżlatura nfetħu 4 swali ġodda, u 27 klinika ġdida. L-4 swali msemmija jintużaw għall-pazjenti tal-mediċina. Is-27 klinika ġdida jintużaw għall-skopijiet vari skont l-esiġenzi tas-servizz.
Fost dawn il-kliniki l-ġodda nsemmi l-14-il klinika ġdida ġewwa
Pre Operative Assessment Clinic,
3 kliniċi għat-trattament tal-
IVF
, Laboratorju u
Out-Patient Unit
għal
Gait Analysis
, 2
Minor Care Clinics
, 4 kliniki speċjalizzati fl-Emerġenza tat-tfal, klinika li toffra sapport lill-pazjenti fl-Onkoloġija u klinika oħra fejn toffri servizz ta’
midwife u infermiera
sabiex jgħinu l-pazjenti jmorru lura fil-komunità wara li jkunu għamlu xi operazzjoni jew ħadu trattament fl-Isptar Mater Dei.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ servizzi tas-saħħa ġodda li bdew jingħataw f’din l-aħħar sena u f’liema entità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bdew jinghataw diversi servizzi u trattamenti godda fl-entitajiet fi hdan id-Dipartiment tas-Sahha fost dawn insemmi:
Servizzi Godda fl-Isptar Mater Dei:
Gait Analysis
Klassijiet ta’ ezercizzji ghal pazjenti tfal fic-Centru tal-Onkologija.
Cardiac MRI,sabiex pazjenti maltin tkun tista issirilhom djanjosi hawn Malta minflok imorru f’pajjizi barra minn xtutna
Cerebral arteries artherectomies
Ftuh ta’ Emergenza tat-tfal fejn hemm zewg konsulenti specjalizzati f’dan is-settur.
Zieda fil-hin tal-ftuh tal-ispizerija ta’ Mater Dei .
Pre-Operative Assesment Clinic
CT Scanner gdida
Angiosuite gdida
Servizzi Godda fil-kura ghas-Sahha Mentali
Twaqqaf id-Dipartimet tal-“Podiatry Services” fl-isptar Monte Karmeli biex ikun jista’ jingħata servizz sħiħ lill-klijenti tagħna.
Il-“Liaison Psychiatric Team” li huwa bbażat fl-Isptar Mater Dei, estenda s-servizzi tiegħu billi qed joffri s-servizzi tiegħu fid-Dipartiment tal-Emerġenza kif ukoll fiċ-Centru tal-Oncoloġija Sir Anthony Mamo (SAMOC).
“Group Sessions” qed jiġu offruti fis-swali minn professjonisti f’oqsma multidixxiplinari. Dawn is-sessjonijiet li qed jiġu pprovduti fuq bażi regolari lill-pazjenti fl-isptar Monte Carmeli.Taħriġ fuq formazzjoni u sessjonijiet oħra terapewtiċi jingħataw minn diversi Psikologi; attivitajiet fiżiċi jiġu koordinati mid-Dipartiment tal-Fiżjoterapija, filwaqt li attivitajiet f’ħiliet ewlenin li huma bżonnjużi fil-ħajja ta’ kuljum u ħtiġiet oħra f’dak li għandu x’jaqsam ma’ iġjene personali huma uħud mis-servizzi li jingħataw mid-Dipartimet tal-“Occupational Therapy”.
Servizzi oħra li għandhom x’jaqsmu ma’ saħħa mentali qed jingħataw wkoll f'Dar Kenn Għal Saħħtek. Dawn jinkludu sessjonijiet li qed jiġu offruti lill-persuni li qed jagħmlu użu minn dan is-servizz u lill-familji tagħhom. Dawn jiġu pprovduti kemm fuq bażi individwali kif ukoll fi gruppi.
o Sessjonijiet oħra dwar l-għarfien tas-Saħħa Mentali qed jiġu offruti wkoll lill-istudenti b'kollaborazzjoni mad-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Dawn l-oqsma joffru wkoll “Reflective Practice Sessions” għall-Għalliema.
Sessjonijiet ta’ taħriġ qed jingħataw mill-“Practice Development Unit” fl-Isptar Monte Carmeli lill-professjonijisti kollha fil-qasam tas-Saħħa Mentali. Dawn is-sessjonijiet ta’taħriġ jinkludu fost oħrajn, “De-escalation Techniques”, “Basic Life Support”, “Basic Fire Awareness and Prevention”, “Smoking Cessation Clinics” u taħriġ kontinwu kemm għall-infermiera ġodda kif ukoll dawk stabbiliti. “Team Building Sessions” u “Clinical Supervision”qegħdin jiġu offruti wkoll għall-ħaddiema f’diversi swali tal-isptar. Dan id-Dipartiment joffri wkoll sessjonijiet ta’ taħriġ speċjalizzat għal dawn l-impjegati bil-għan li jtejjeb il-kwalita’ ta’ servizz u jinzamm livell għoli f’dan il-qasam.
Hostel ġdida għall-residenti nisa ser tkun inawgurata f’Ottubru 2016
Servizzi Godda fil-Kura Primarja
Chronic Kidney Disease Protection clinic (CKDPC)
Anti Coagulant Clinic -Point of Care clinic (ACC-POC)
Chronic Disease Management Clinic (CDMC)
Lifestyle clinics
Sports and Exercise Medicine Clinic
Ambulance Service
Tobba tal-Familja jistghu japplikaw ghall-medicini kontra d-dyslipidaemia(kolesterol gholi)ghall-pazjenti taht skeda V
Scoliosis screening
Port-a-Cath flushing
Servizzi Ġodda fl--Isptar Generali ta’ Ghawdex
Matul din l-ahhar sena fid-Dipartiment tal Imaging tal-Isptar Generali ta’ Ghawdex beda jinghata s-servizz ta’ Dental Imaging digitali.
Fid-Day Care Unit beda jigi amministrat Monoclonal Antibodies fuq pazjenti li jsofru minn kundizzjoni severa ta’ gastro-enterology u min ibati minn reazzjonijiet akuti ta’ allergiji.
Qed isir l-iscreening tal-musrana u servizzi minn konsulent specjalizzat. Fl-Out Patients ukoll zdiedu Neurology clinics u ghandna aktar servizzi minn specjalisti godda fis-sezzjoni tal-Medicina.
Barra minn hekk id-Dipartiment tal-Fizjoterapija qed izomm regolarment klassijiet ghal pazjenti li jbatu minn Neurological Conditions bhal stroke jew Parkinson’s Disease kif ukoll klassijiet ghall-pazjenti b’ugigh fid-dahar u klassijiet ghall-nisa li jkunu qed jistennew tarbija.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ħadet servizz mil-Lifestyle Clinic? Jista’ jgħid minn fejn wieħed jista’ jingħata dan is-servizz?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz tal-Lifestyle Clinic jingħata fi 17-il berġa/ċentru tas-saħħa differenti ġewwa Malta u Għawdex li huma: San Ġwann, L-Imsida, Kerċem, L-Għarb, il-Gudja, Ħal Tarxien, iż-Żurrieq, il-Mosta, ir-Rabat-Malta, il-Mellieħa, Ħaż-Żabbar, Ħal Għaxaq, is-Siġġiewi, Santa Luċija, Birkirkara u anki ġewwa il-kunsill lokali tal-Mosta. Mill-ftuħ ta’ dawn il-clinics sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 1,268 persuni li użaw dan is-servizz.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il pazjent ingħata kura miċ-Ċentru tal-Onkoloġija, Sir Anthony Mamo minn meta beda jopera dan l-isptar, s’issa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tabella ta’ hawn taħt:
Activity at Sir Anthony Mamo Oncology Centre
Attendances January to August 2016
Number of Registered Admissions
2,789
Number of Registered Attendances at Day Care Unit
1,0202
Number of Outpatient Attendances
2,5003
Number of Ward Attenders
2,207
Number of Radiotherapy sessions
14,022
Total:
54,223
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il operazzjoni u x’tip ta operazzjonijiet saru fl-isptarijiet privati iżda mħallsa mill-gvern tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mill-ahhar tal-2015 meta bdew isiru l-operazzjonijiet fi sptarijiet privati sas-6 ta’ Ottubru tal-2016 saru 526 operazzjoni. Dawn l-operazzjonijiet jinkludu endoskopija, operazzjonijiet tal-ortopedija, tal-ENT, vaskulari u generali.
Dipartiment tas-Saħħa — Environmental Health Officers
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk jeżistux vakanzi għall-grad ta' Environmental Health Officers fid-Dipartiment tas-Saħħa? Jekk fl-affermattiv, kemm hemm vakanzi? Meta hemm il-ħsieb li tinħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet biex dawn il-vakanzi jiġu mimlija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi ghat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 26686.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il azzjoni industrijali hemm fis-settur tas-saħħa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija? F’liema dipartimenti u/jew setturi hija din l-azzjoni u x’inhuma r-raġunijiet wara din l-azzjoni?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni qed tingabar.
Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dettaljata fuq kif se tingħata l-konċessjoni ta’ 15-il sena għat-tmexxija taċ-ċimiterju tal-Addolorata? Dan se jkun forma ta’ Public Private Partnership jew tmexxija privata? Din il-konċessjoni se tinkludi r-restawr u t-tisbiħ taċ-ċimiterju? Din il-konċessjoni se tinkludi krematorju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi bhalissa ghaddejjin diskussjonijiet mad-dipartiment tal-kuntratti sabiex jigu ffinalizzati d-dettalji tas-sejha pubblika.
Ilmenti mingħand qraba fuq arranġamenti għall-funerali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk daħlux ilmenti mingħand qraba (ta’ pazjenti li jkunu mietu) wara li ġew avviċinati biex jagħmlu arranġamenti għall-funerali waqt li kienu l-isptar? Jekk iva, kemm kien hemm ilmenti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ahhar sena kien hemm zewg ilmenti li gew irrappurtati fejn qraba lmentaw li terzi persuni avvicinawhom biex jiehdu hsieb l-arrangamenti tal-funerali wara mewt ta’ familjari. Fiz-zewg kazijiet l-allegat avvicinament gara barra mill-isptar Mater Dei. Wara li ftit tal-granet ilu ghamilt sejha sabiex qraba li jgarbu din l-esperjenza jitkellmu, wasal rapport ta' incident simili li kien gara 8 snin ilu.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-istudenti tal-ewwel sena fin-nursing hux se jitħallsu għat-300 siegħa li għandhom obbligu li jaħdmu bħala parti mit-taħriġ tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant sabiex tirreferi il-mistoqsija taghha lill-Ministru kkoncernat
Dipartiment tas-Saħħa – infermiera fil-kura tas-saħħa mentali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel id-Dipartiment tas-Saħħa biex jinkoraġġixxi aktar infermiera jispeċjalizzaw fil-kura tas-saħħa mentali?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi matul is-sena jsiru diversi taħdidiet biex iħajru l-istudenti tal-aħħar sena fi skola sekondarja biex isiru infermiera u dan jinkludi wkoll studji fl-infermistika psikjatrika. Barra minn hekk isiru marketing campaigns fl-ewwel nofs ta’ kull sena. Dan jinkludi materjal pubbliċitarju li jkopri anke l-qasam tas-saħħa mentali. Il-Ministeru tas-Saħħa ħa sehem ukoll fl-event ‘I choose’ li organizza l-Ministeru tal-Edukazzjoni fil-bidu tas-sajf biex iħajru żgħazagħ jikkunsidraw din il-karriera. Il-Fakultà tax-Xjenza tas-Saħħa fl-Università ta’ Malta ser jiġi offrut kors ta’ Masters fis-Saħħa Mentali għall-infermiera biex jispeċjalizzaw.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 572, jista’ l-Ministru jagħti risposta dwar is-Servizz tal-Crisis Intervention li huwa tant importanti għall-persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali u l-carers tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Dipartiment tal-Psikjatrija joffri 'Psychiatric Emergency Support Service' fid-Dipartiment tal-Emergenza fl-isptar Mater Dei. Dan is-servizz jikkonsisti f'support ta' 24 siegha kuljum.Kull emergenza tigi evalwata mit-tabib ta' l-emergenza u jekk ikun hemm bzonn ta’ intervent psikjatriku jigu msejha tobba mid-Dipartiment tal-Psikjatrija.
Fl-ahhar gimghat dan is servizz kompla jissahhah billi matul il-gurnata team iehor specjalizzat partikularment fl-emergenzi tat- tfal u z-zghazagh, bi psikjatri specjalizzati immexxi minn Dr Joseph Cassar, qed joffri ukoll-is-servizzi tieghu. Dan it-team jopera fuq l-istess linji bhat-team ta' l-adulti.
Ta' min isemmi ukoll li d-Dipartiment tal-Psikjatrija ghandu l-'Outreach Team' li huwa team multi dixxiplinarju li jsegwi lill-pazjenti fil-kommunita’ go djarhom.
San Pawl il-Baħar – Sirens waterpolo pitch — għawm
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux qed jirriżulta li ma jistax isir għawm fl-inħawi tas-sirens waterpolo pitch f'San Pawl il-Baħar, minħabba xi materjal li deher fuq wiċċ l-ilma? X'qed jirriżulta li hu dan il-materjal?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi saret investigazzjoni ftit jiem ilu, fl-akkwati tas-Sirens Waterpolo Pitch f’San Pawl il-Baħar minn ufficjali tal-Environmental Health Unit (EHU) rigward materjal li deher f’wiċċ l-ilma kif ġie rrappurtat. Minn din l-investigazzjoni rriżulta li ma kien għad baqa’ xejn minn dan il-materjal tul il-kosta u għalhekk ma kien hemm ebda lok li jittieħdu xi passi ulterjuri biex il-pubbliku jiġi avżat li m’għandux isir għawm f’dawn l-akkwati. Sadanittant peress illi minn ritratti li rat l-EHU jista’ jkun li kien materjal (bħal xaħam) li seta’ iddaħħal tul il-kosta mill-kurrenti mill-fish farms li hemm ftit l’barra fil-area ta’ San Pawl il-Baħar, is-sezzjoni tal-Monitoring and Compliance Unit fi ħdan l-Awtorita’ għall-Ambjent u Riżorsi ġew infurmati biex ikunu jistgħu jagħmlu l-investigazzjoni neċessarja min-naħa tagħhom.