Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #18964 Sitting 301 2015-10-14 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Childcare centres bla ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li b’kollox ġiet iffrankata taxxa?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni ma tistax tingħata għalissa peress li għadhom qed jiġu pproċessati il-formoli tat-Taxxa għas-sena 2014. Id-Dipartiment ikun jista’ jagħti din l-informazzjoni għal bidu ta’ Novembru, 2015.
Leg 12 PQ #19666 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

News Release fuq International Trade– Kapitli 88 u 89

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk iż-żewġ kapitli 88 u 89 li jinsabu f’tabella 4 tan-News Release fuq International Trade – August 2015, ippublikat mill-NSO humiex inklużi taħt il-Capital Goods and Others li jinsab f’tabella 1a tal-istess News Release?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi parti sostanzjali mill-valur tal-oġġetti li jaqgħu taħt il-kapitli 88 u 89 hija inklu¿a taħt “Capital Goods and Others” li tinsab fit-Tabella 1a tan-News Release.
Leg 12 PQ #19667 Sitting 299 2015-10-12 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

News Release fuq International Trade – August 15 – Kapitli 88 u 89

Question

Jista’ l-Ministru jispjega x’ikkawża ż-żieda qawwija fl-importazzjoni fl-ewwel tmien xhur tal-2015 tal- kapitli 88 u 89 li jinsabu f’tabella 4 tan-News Release fuq International Trade – August 2015 ippublikat mill-NSO??

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-ewwel tmien xhur tas-sena, kien hemm importazzjoni ta’ ajruplani u vapuri li jaqgħu taħt il-kapitli 88 u 89 rispettivament. Dawn huma meqjusin bħala “specific goods and movements”, u jkunu kklassifikati bħala importazzjoni meta jkunu akkwistati minn xi entità li hija kkunsidrata li għandha “economic ownership” tal-oġġetti impurtati. Ta’ min jgħid ukoll li oġġetti bħal dawn mhux bilfors jirriflettu movement fiziku minn pajjiz għal ieħor. Qed nagħmlu referenza għall-liġi Ewropea f’dan ir-rigward: Commission Regulation (EU) No. 113/2010 Intra- and extra-EU trade in vessels and aircraft, considered as specific goods and movements, does not reflect the physical cross-border movement of these goods – standard rule for recording goods in ITGS (International Trade in Goods Statistics) – but the change of economic ownership.
Leg 12 PQ #19345 Sitting 298 2015-10-07 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

ċensiment — Djar vojta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid skont l-aħħar ċensiment kemm kien hemm djar li ma jirrisjedi ħadd fihom u li huma vojta fil-Belt Valletta, il-Furjana, il-Ħamrun, il-Marsa, Tal-Pietà, Gwardamangia u Santa Venera, lokalità b’lokalità?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba hi skond it-tabella mehmuża hawn taħt: LokalitaNumru ta djar vojta Valletta1,363 Floriana388 Ħamrun1,030 Marsa609 Pieta` (tinkludi li Gwardamangia)589 Santa Venera649 Nota: Peress li Gwardamangia jifforma parti mill-kunsill lokali tal-Pieta ċ-ċifri ta dawn il-lokalitajiet ma jistgħux jiġu mogħtija separatament.
Leg 12 PQ #19346 Sitting 298 2015-10-07 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – servizz ta’ kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru, inkluż id-dipartmenti u l-entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, għamlux użu u/jew qegħdin jagħmlu użu mis-servizzi tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mid-9 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija parlamentari? Jekk iva, jista’ jgħid jekk dan is-servizz ingħatax b’tender, b’direct order jew b’kwotazzjoni? Jista’ jgħid kemm-il quote jew direct order inħarġu f’dan il-perjodu u jgħid kemm kien il-valur ta’ kull quote jew direct order inkluż liema dipartiment jew entità talbet dawn il-quotes jew ħarġet dawn id-direct orders? Jista’ jgħid kemm huwa l-ammont komplessiv li tħallas s’issa u kemm għad fadal biex jitħallas?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi ma ngħata ebda xogħol lill-kumpanija kkonċernata mill-Ministeru għall-Finanzi u d-dekasteru tiegħu.
Leg 12 PQ #17748 Sitting 297 2015-10-06 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-konsulenti (individwi jew kumpaniji) li qed jagħtu servizz lill-Ministeru, Segretarjat Parlamentari jew entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu fl-aħħar 12-il xahar? Għal-liema skop qed tingħata din il-konsulenza? Kemm tħallsu għal din il-konsulenza xahar b’xahar fl-aħħar 12-il xahar? Dan is-servizz ingħata wara sejħa għall-offerti jew b’direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista bid-dettalji mitluba dwar konsulenzi li qed jingħataw lill-Ministeru tal-Finanzi.
Leg 12 PQ #378 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għat-Turiżmu – nefqa għall-irranġar u għamara fil-bini tal-Ministeru

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus fl-irranġar, tkomplija u għamara fil-bini li llum jospita l-Ministeru għat-Turiżmu minn Marzu 2013 ‘l hawn?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #379 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għat-Turiżmu – xogħol ta’ tlestija — kuntratturi, suppliers u designers

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar min kienu l-kuntratturi, suppliers u designers fix-xogħol ta’ tlestija u rranġar tal-bini li llum jospita l-Ministeru għat-Turiżmu minn Marzu 2013 ‘l hawn u jgħid jekk dawn sarux b’tender, quotation jew direct order?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #383 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fid-dħul minn grants u sisa

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa fil-31 ta' Lulju mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika intitolata Government Finance Data: January-June 2015, jista’ l-Ministru jagħti break down u spjegazzjoni għaż-żieda straordinarja fid-dħul minn Grants (€56 miljun) u taxxa mis-sisa (€43 miljun)?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żieda netta ta’ €56 miljun qed tiġi spjegata hawn taħt: Structural Funds (2007 – 2013): +€50.8 miljuni Cohesion Funds (2007 – 2013): -€1.6 miljuni Agricultural Fund for Rural Development: -€1.9 miljuni EAGF Guarantee Fund 2007 - 2013: -€5.7 miljuni EEA / Norwegian Financial Mechanism 2009 - 2014: -€2.6 miljuni Agriculture Guarantee Fund 2014 - 2020: +€4.2 miljuni Structural Funds 2014 - 2020: +€9.6 miljuni; Cohesion Fund 2014 - 2020: +€4.1 miljuni; Oħrajn: -€0.9 miljuni Filkaż tal-fondi għall-programm ta’ finanzjament ta’ bejn l-2007 u l-2013, l-ammonti involuti jirriflettu id-dħul li jvarja minn sena għal sena, hekk kif parti mill-infiq li jkun sar fi snin ta’ qabel jigi rimborżat mill-Unjoni Ewropeja fis-sena ta’ wara. Dan jiddependi mill-volum ta’ pagamenti u rimburżi li jkunu ġew ipproċessati mis-sistema. Filkaż tal-fondi għall-programm ta’ finanzjament ta’ bejn l-2014 u l-2020, l-ammont irċevut jinkludi ukoll fondi avvanzati bil-quddiem mill-Unjoni Ewropeja fil-bidu tal-programm, skond il-proċeduri stabbiliti. It-tieni parti tal-mistoqsija hi mogħtija fil-Mistoqsija Parlamentari W384.
Leg 12 PQ #384 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fis-sisa

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa fil-31 ta’ Lulju 2015 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika intitolata Government Finance: January - June 2015, jista’ l-Ministru jagħti break down u jispjega x'wassal biex ikun hemm żieda straordinarja fis-sisa, żieda li tlaħħaq €43 miljun jew 62% fuq id-dħul mis-sisa u dwana fuq is-sena preċedenti? Jista’ jgħid jekk din iż-żieda hijiex one-off?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi ż-żieda ta’ €43-il miljun dħul f’terminu ta’ cash flow mis-sisa fl-ewwel sitt xhur tas-sena meta pparagunat ma’ l-ewwel sitt xhur tal-2014, irriżultat primarjament minħabba li l-ġbir mid-dħul tas-sisa fuq il-fjuwil din is-sena qiegħed jgħaddi għand il-Gvern fil-ħin mistenni, filwaqt li fil-perjodu komparattiv għas-sena 2014 dan ma kienx il-każ. Dan hu dovut li l-Enemed hi f’qagħda tajba meta mkejla ma’ dik tal-Enemalta fl-ewwel sitt xhur tas-sena l-oħra.
Leg 12 PQ #385 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fid-dħul mill-grants

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa fil-31 ta’ Lulju 2015 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika intitolata Government Finance: January - June 2015, jista’ l-Ministru jagħti break down u jispjega x'wassal biex ikun hemm żieda straordinarja fid-dħul mill-grants, żieda li tlaħħaq €56 miljun jew 56% fuq id-dħul mill-grants fuq is-sena preċedenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed tingħata permezz tar-risposta għall-mistoqsija Nr W383.
Leg 12 PQ #386 Sitting 296 2015-10-05 Written · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Żidiet fid-dħul mis-sisa,dwana u dħul mill-grants

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa fil-31 ta’ Lulju 2015 mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika intitolata Government Finance: January - June 2015, jista’ l-Ministru jgħid hux preokkupat bil-fatt li kieku ma kenux għaż-żidiet straordinarji fid-dħul mis-sisa u dwana u dħul mill-grants kieku l-iżbilanċ fl-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena kien ikun fl-istess livell għoli tal-ewwel sitt xhur tas-sena preċedenti, jiġifieri żbilanċ ta' aktar minn €257 miljun?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-mistoqsija hija waħda spekulattiva.
Leg 12 PQ #18801 Sitting 296 2015-10-05 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

NSO – Gainfully Occupied Statistical Release – apprentisti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-numru ta’ apprentistati li jkunu nklużi man-numru tal-gainfully occupied fl-iStatistical Release tal-NSO dwar il-Gainfully Occupied? Jista’ jagħti l-informazzjoni għal dawn l-aħħar ħames snin fuq frekwenza ta’ sena b’sena, u maqsuma bl-istess NACE categories tal-istess press release?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Uffiċċju tal-NSO għandu biss informazzjoni fuq it-total ta’ apprentisti u tinsab fit-tabella mehmuża. L-informazzjoni maqsuma skond l-attivita’ ekonomika mhux disponibli. Nissuġġerixxu li tiġi ikkuntatjata l-ETC għal din l-informazzjoni addizzjonali. 2010 2011 2012 2013 2014 April 2015 Numru ta’ apprentisti 627 658 604 558 505 418
Leg 12 PQ #17192 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Fond għall-Kawżi Ġusti

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 16095 u jelenka l-benefiċjarji u l-ammonti rispettivi li kull wieħed gawda mill-Fond għall-Kawżi Ġusti fl-aħħar sentejn, sena b’sena, sal-llum?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Niġbded l-attenzjoni illi dawk il-pagamenti li kienu ġew imwegħda qabel it-8 ta’ Marzu 2013 huma indikati b’linka skura fit-tabelli mehmuża.
Leg 12 PQ #17727 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk hu jew xi membri fis-Segretarjat tiegħu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi li nħarġu f’ismu jew f’isem xi ħadd fis-Segretarjat tiegħu? Jekk fl-affermattiv min huma dawk awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards għal kull credit card minn Marzu 2013 u jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17728 Sitting 294 2015-07-20 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – entitajiet — użu ta’ credit cards pubbliċi

Question

Jista’ l-Ministru jinforma jekk l-entitajiet li jaqgħu taħtu jagħmlux użu minn credit cards pubbliċi? Jekk fl-affermattiv min huma dawk l-entitajiet li huma awtorizzati li jużaw dawn il-credit cards? Għal liema skop jintużaw dawn il-credit cards? Kemm kienet in-nefqa minn dawn il-credit cards pubbliċi għal kull entità minn Marzu 2013 u jista’ jelenka separatament l-iskop wara kull nefqa? Jista’ jgħid ukoll minn min saru dawn il-pagamenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
Leg 12 PQ #17935 Sitting 293 2015-07-17 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) – approvazzjoni ta’ kirja

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-sena 2010 il-Ministeru tiegħu kellux talba mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku (PSC) għall-approvazzjoni ta’ kirja ta’ xi fond ġdid jew alternattiv bħala uffiċini tagħha? Jekk iva, jista’ jagħti d-dettalji ta’ din il-binja, , inkluż l-indirzz tagħha fejn kien? Il-Ministeru tiegħu kien approva tali kirja annwali? Wara l-2010 (u qabel l-2013) l-Ministeru tiegħu kien ta l-approvazzjoni tiegħu biex il-PSC tkun akkomodata f’binja fi Strada Rjali fil-Belt Valletta liema binja l-Gvern kien akkwistaha u li allura għaliha l-PSC ma kenitx se tħallas kera?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li fl-2010 kienet saret talba lill-Ministeru tal-Finanzi mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, sabiex jitkompla l-proċess li kellu iwassal għall-akkwist ta’ propjeta fi’ 52/53/54 Triq Melita, Valletta, biex isservi bħala uffiċini ghall-ammont ta’ kiri ta’ €100,000 fis-sena. Għalkemm il-Ministeru tal-Finanzi kien ħareġ l-approvazzjoni sabiex jitkompla l-proċess, jirriżulta li l-propjeta ma ġietx mikrija mill-Kummissjoni. Minn wara l-2010 sa qabel l-2013, il-Ministeru tal-Finanzi ma hariġx approvazzjoni li permezz tagħha l-PSC tkun akkomodata f’xi binja oħra.
Leg 12 PQ #17702 Sitting 290 2015-07-15 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – ħlas ta’ impjegati fis-Segretarjat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk għandux nies jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu iżda jitħallsu minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbiltà tiegħu? Kemm huwa n-numru ta’ impjegati li qed jaħdmu b’din il-kundizzjoni? Min huma l-persuni li qed jaħdmu b’dan il-mod? B’kollox kemm huwa l-ammont totali ta’ nies li jaħdmu fis-Segretarjat tiegħu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi m’hemm l-ebda persuna fis-Segretarjat li titħallas minn entità li taqa’ taħt ir-responsabbilità tiegħu. Fil-preżent hemm 14-il impjegat fis-Segretarjat.
Leg 12 PQ #17615 Sitting 289 2015-07-14 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda fl-Emissjonijiet f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 17456 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Iżvilupp Sostennibli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima u li issa ġiet riferuta lilu u ċjoè: Billi l-ġurnal “l-Orizzont” tas-16 ta’ Ġunju 2015 f’paġna 9 irraporta li fl-2014 l-emissjonijiet f’Malta żdiedu bi 2.5% meta mqabbel mal-2013, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’jista’ jkun li wassal għal din iż-żieda?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #16629 Sitting 288 2015-07-13 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji – Direttur Ġenerali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’remunerazzjoni, inklużi l-perkaċċi kollha, għandha l-persuna li tokkupa l-kariga ta’ Direttur Ġenerali tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji? Jista’ jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratt għar-rigward tal-istess persuna?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. lnterpellant illi l-persuna Ii tokkupa l-kariga ta' Direttur Ġenerali,daħlet fl-ewwel tarġa ta’ din l-iskala b’remunerazzjoni ta’ Eur 85,000. Din l-iskala hija applikabbli ghal Direttur Ġenerali fl-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji. Il-persuna li kien jokkupa din il-kariga qabel spiċċa mill-impjieg fil-massimu tal-iskala ta’ Eur 95,000. Benefiċċju Ii japplika ghal kull grad ta' Direttur, hu l-użu ta' karozza.