Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – xiri ta’ biljetti minn kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm inxtraw biljetti mill-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament mill-Ministeru tiegħu mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum u kemm kien il-valur tal-istess biljetti? Barra biljetti, inxtraw xi servizzi oħra mingħand l-istess aġenzija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm tnejn u għoxrin (22) okkażjoni fejn inxtraw biljett tal-ajru mill-aġenzija msemmija. Ma kienx hemm każijiet fejn inxtara servizz ieħor mingħand din l-aġenzija, li ma kienx biljetti tal-ajru. Kull darba li nxtraw dawn il-biljetti intalbu kwotazzjonijiet skont ir-regolamenti finanzjarji tal-gvern. Minbarra l-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament, kien hemm seba’ (7) agenziji oħra tal-ivvjaġġar li inxtraw minn għandhom biljetti tal-ajru.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — reklamar fuq media
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq b’mod totali l-Ministeru u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu separatament f'reklamar għal kull sena bejn l-2004 u l-2012 f'dawn il-media differenti: televiżjoni, internet, radju, ġurnali/gazzetti u pubblikazzjonijiet oħra? Jista’ fl-istess ħin, jaqsam din l-ispiza skont fuq liema stazzjon tat-televizjoni, stazzjon tar-radju, ġurnal/gazzetta, pubblikazzjoni oħra jew newsportal deheru jew ixxandaru r-riklami?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
B'referenza ghall-mistoqsija parlamentari 11340, jista' l-Ministru jgħid meta tneħħa s-soffitt li kellu kontenut ta' asbestos, li kien hemm fil-kuriduri tal-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista' jgħid min kien il-kuntrattur li kien inkarigat biex jiddisponi minn dan il-material?
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — żjarat uffiċjali
Question
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista taż-żjarat uffiċjali li għamel minn Marzu 2013 'il hawn, f'liema pajjiżi, għal-liema raġuni u kemm damet kull waħda minn dawn iż-żjarat?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — kuntratti ta' konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ kuntratti ta’ konsulenza li ngħataw mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu u jgħid f’kull każ xi proċedura ntużat biex jinħatru dawn il-konsulenti?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Bini tal-Powerstation il-ġdida – sejħa għall-offerti
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-dokumenti kollha li ppubblika l-Gvern u li kienu jiffurmaw parti mis-sejħa għall-offerti għall-kumpaniji interessati biex jibnu l-power station il-ġdida?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi d-dokument ippublikat mill-Gvern diġa’ tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, kif inhi l-prassi f’tenders pubbliċi, il-kumpaniji li wrew interess biex jibnu l-powerstation il-ġdida, ġewx mitluba biex jippruvaw li huma finanzjarjament stabbli u li mhumiex f’riskju ta’ falliment? Jista’ jgħid x’dokumenti ntalbu għal dan il-għan?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Konsorzju intagħżel wara stadji ta’ evalwazzjoni rigoruża li fihom kien assigurat li l-kwalifiċi tal-bidders jilħqu l-kriterji mitluba. Fil-proċess ta’ evalwazzjoni ġew evalwati il-kapaċitajiet tekniċi tal-konsorzju inkluż il-qagħda finanzjarja tagħhom, kif ukoll informazzjoni dwar il-vijabbilta’ tal-proġett.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux infurmat li l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, li għandha 30% tal-ishma tal-konsorzju li rebaħ it-tender biex jibni l-powerstation il-ġdida, hija insolvent, jiġiferi m’għandhiex flus jew assi biex tkopri l-obbligi tagħha, u dan kif joħroġ mill-audited accounts tal-2014 tal-istess kumpanija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għall-istqarrija maħruġa mill-Konsorzju Electrogas Malta, li kopja tagħha qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Minħabba li l-protokoll u l-linji gwida maħruġa mill-Embryo Protection Authority ma jistipulawx kriterji ċari, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra x’kienu l-kriterji użati biex jintgħażlu l-koppji?
Response (MIZZI, KONRAD)
Qiegħed nislet il-parti konċernanti miċ-Ċirkulari DH386/2014:
While any couple with fertility problems can avail itself of the services offered by the ART clinic, the IVF procedure, within the Public Health Service, is available
only
to
prospective parents
(1) where the woman is aged between
25 and 42
years and the couple has
either one
of the following:
a) Identified causes of infertility amenable to treatment by IVF e.g. bilateral tubal occlusion, azoospermia.
b) Unexplained infertility for 2 years. This includes mild endometriosis or mild male factor infertility2. In all cases where investigations show there is no chance of pregnancy with expectant management and where IVF is the only effective treatment, the couple is to be referred directly for IVF without having to wait for the 2 year period.
The maximum age limit of 42 years means that all procedures (egg retrieval, IVF/ICSI and embryo transfer) have to be fully carried out before the woman reaches her 43rd birthday. No IVF/ICSI or embryo transfer can be carried out if the woman has reached her 43rd birthday even if the eggs were retrieved before this date.
1 The Embryo Protection Act (2012) defines prospective parents as ‘either of two persons of the opposite sex who are united in marriage, or who have attained the age of maturity and are in a stable relationship with each other’.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw koppji għas-servizz tal-IVF sal-lum? Minn dawn il-koppji kemm intgħażlu biex jingħataw is-servizz u kemm kien hemm applikazzjonijiet li ġew miċħuda?
Response (MIZZI, KONRAD)
Minn mindu beda s-servizz sal-lum daħlu tliet mija u tlieta u tletin (333)-il applikazzjoni sa issa. Għaxar (10) applikazzjonijiet ġew irrifjutati mill-ART Prioritisation Committee.
Mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-koppji, jista’ l-Ministru jagħti r-raġunijiet (każ b’każ) għaliex ma ntgħażlitx kull koppja (minn dawk li applikaw) biex tieħu s-servizz tal-IVF?
Response (MIZZI, KONRAD)
Sebgħa (7) koppji ġew irrifjutati fuq bażi li l-età tal-mara kienet iktar minn tnejn u erbgħin (42) sena;
koppja ġiet irrifjutata fuq bażi li l-età tal-mara kienet inqas minn ħamsa u għoxrin (25) sena;
zewġ (2) applikazzjonijiet saru minn persuni
single
;
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin u għal kull wieħed/waħda jgħid x’inhuma s-salarju u benefiċċji oħra li għandhom bħala parti mill-impjieg tagħhom:
a.
CEO
– Sptar Mater Dei;
b.
Deputy CEO
– Sptar Mater Dei;
c.
Director of HR
– Sptar Mater Dei;
d.
Clinical Director
– Sptar Mater Dei; u
e.
CIO
– Sptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru jgħid min mil-lista tal-persuni li qed jokkupaw il-karigi li ġejjin qed jokkkupa kariga/xogħol ieħor f’xi istituzzjoni entità, bord jew organizzazzjoni oħra tal-Gvern? Għal kull każ, jista’ jagħti d-dettalji tal-kariga/xogħol l-ieħor;
a. CEO – Sptar Mater Dei
b.
Deputy CEO
– Sptar Mater Dei;
c.
Director of HR
– Sptar Mater Dei;
d.
Clinical Director
– Sptar Mater Dei; u
e.
CIO
– Sptar Mater Dei?
Jista’ l-Ministru x’investiment sar fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn jirrigwarda refurbishment u titjib ieħor relatat ma’ servizzi, biex l-Għawdxin ikollhom sptar li tassew jixirqilhom?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab mgħarraf li fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex twaqqfu Day Care Unit, Chemotherapy Lounge, Paediatrics Ward, Detox Unit u Resuscitation Room at A&E/Casualty ġodda kif ukoll Changing Rooms ġodda għall-istaff. Sar rinnovar fis-sezzjoni amministrattiva ta’ Ibragg Wing, fil-Mental Health Wing, Mortwarja u fis-CSSD, b’tal-aħħar tinkludi tgħamir ġdid.
Sar investiment f’tgħamir ġdid fl-Operating Theatres, Elderly Wards, flimkien ma’ għamara ġdida fil-Laboratorji. Qed isir ristrutturar tat-tagħmir tal-Maintenance Division. Twaħħlu għadd ta’ airconditioners fl-Isptar kollu, waterproofing tas-soqfa u tal-binja tal-Isptar, filwaqt li sar titjieb fuq l-Electrical Distribution Panel. Sar ristrutturar taż-żewġ kappelli u tlestew ix-xogħlijiet fil-kuriduri.
Kien hemm titjib ieħor estensiv relatat ma’ servizzi ġodda fosthom tal-Kimpoterapija, fid-Day Care, fl-Endoscopy Suite fl-Operating Theatres li issa qed jiffunzjona kuljum, sessjonijiet waranofsinhar fl-Operating Theatres u fl-Outpatients, Twilight Service fir-Renal Unit sabiex jaqdi l-ħtiġijiet tal-pazjenti fuq djaliżi, Colorectal Cancer Screening u estensjoni tas-servizzi ta’ endoskopija; dawk marduta mal-Virtual colonoscopy, Pain Clinic, Rheumatology Outpatients.
Saret estensjoni tas-servizzi tal-Kardjoloġija (tant li spiċċat il-waiting list) u dik tal-ortopedija, servizz ta’ ECG erbgħa u għoxrin (24) siegħa. Ġie introdott is-servizz ta’ Phlebotomy u ¿ieda fil-faxxa u numru ta’ consulenti fl-Isptar flimkien ma’ Discharge Liaison Service. Qed isir outsourcing tal-catering services għall-istaff u għall-pazjenti ta’ livell to a Grade A.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – proġett ta’ mmodernizzar
Question
B’referenza għall-proġett ta’ mmodernizzar tal-kuriduri tal-Isptar Ġenerali t’Għawdex u għall-mistoqisja parlamentari 11341, f’liema mistoqsija l-Ministru kien mitlub jgħid għal liema xogħol kien qed jirreferi meta kien qed iwieġeb mistoqsija parlamentari oħra bin-numru 10974, fejn it-tweġiba kienet tgħid li “il-ftit xogħol li kien twettaq lejliet l-elezzjoni ġenerali tal-2013 kien xogħol kożmetiku u mhux ta’ kwalità” u t-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 11341 kienet li “x-xogħol kożmetiku li rrefera għalih il-Ministru kien it-tibjid tal-kuriduri”, jista’ l-Ministru jgħid kif wasal għall-konklużjoni li jgħid li kien sar biss xogħol ta’ tibjid meta dokumenti uffiċjali jrui bil-provi li kien sar ħafna katar xogħol barra t-tibjid, fost oħrajn hemm ir-rapport annwali 2012 maħruġ mill-Ministeru għal Għawdex, fejn meta d-Direttur tal-Customer Care irreferiet għal dan il-proġett tgħid “This project involved the activities and components detailed hereunder, and is in an advanced state of competion:
a.
Lightning system;
b.
Fire alarm and detection system;
c.
Public address and background music;
d.
CCTV system;
e.
Water services – cold water mains, hot water main, chilled water mains, heating mains and fire fighting mains and new pump room;
f.
Corridor heating system;
g.
Tiling works, plastering, painting and related finishing works;
h.
Aluminium apertures;
i.
Timber door;
j.
Marble sills;
k.
False ceiling;
u
l.
Bumper railing
?
Response (MIZZI, KONRAD)
Infakkar lill-Onor. Interpellant li fil-mistoqsija parlamentari tiegħu qed jirreferi għas-sena 2012 filwaqt li l-elezzjoni ġenerali seħħet is-sena ta’ wara, f’Marzu 2013.
San Pawl il-Baħar — ħruġ ta' drenaġġ ħdejn l-Iskola Primarja
Question
Jista' l-Ministru jinvestiga l-ħruġ tad-drenaġġ minn ħdejn l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar, liema ħruġ, llum hu t-tielet wieħed mill-bidu ta' Ottubru 2014? X'passi ħadet il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-ILma biex dan il-fawran jitwaqqaf darba għal dejjem kemm fis-sajf kif ukoll fix-xitwa?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi f’każijiet bħal dawn il-Korporazjzoni għas-Servizzi tal-Ilma tibgħat minnufih il-bowżer sabiex ibattal is-sistema tad-drenaġġ, u wara ssir spezzjoni sabiex tiġi identifikata l-problema u jsiru t-tiswijiet. L-infrastruttura hija waħda antika ħafna u qed jiġu kkunsidrati l-alterazzjonijiet meħtieġa sabiex titjieb il-prestazzjoni waqt kundizzjonijiet ta’ xita u għargħar.
Jista' l-Ministru jgħid jekk għadx hemm il-ħsieb li ċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat Għawdex jiġi rilokat f'post ieħor? Jekk fl-affermattiv jista' l-Ministru jgħid jekk sarx xi xogħol relatat ma' din ir-relokazzjoni?
Response (MIZZI, KONRAD)
Nikkonferma l-ħsieb li f’Għawdex ikun hemm Ċentru tas-Saħħa kif jixraq, mgħammar bis-servizzi kollha marbuta mal-kura primarja, kif hemm f’Ċentri tas-Saħħa f’Malta.