Jista' il-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw passiġġieri mal-vapuri tal-Gozo channel bil-pass ta' residenti Għawdxin? Kemm ivvjaġġaw passiġġieri Maltin u turisti? Kemm ivvjaġġaw vetturi ma' l-istess vapuri? Jista' jagħti l-figuri għal April 2004 u April 2005?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-Kumpannija tista' tidentifika x'tip ta' passiġġieri qed jaqsmu bejn l-Imġarr u ċ-Cirkewwa biss skond in-nol li jitħallas, jiġifieri kemm qasmu billi ħallsu n-noll sussidjat u kemm ħallsu n-noll mhux sussidjat (li japplika għal dawk li l-Karta ta' l-Identita' tagħhom turi indirizz fuq Għawdex). Għalhekk, m'għandhiex informazzjoni kemm qasmu turisti, imma kemm qasmu passiġġieri li ħallsu in-noll mhux sussidjat, u dan jinkludi kemm il-Maltin u t-turisti.
Min-naħa l-oħra, billi ma jitħallas ebda noll għall-vjaġġ bejn iċ-Ċirkewwa u l-Imġarr, ma hemm ebda mod biex tiddistingwi it-tip ta' passiġġier li uża s-servizz.
L-istatistika relevanti qed tidħer hawn taħt:
April 2005 April 2004
MĠARR ĊIRKEWWA
Passiġġieri Vetturi Passiġġieri Vetturi
Tariffa normali
81,489 15,390 98,030 18,542
Tariffa sussidjata
50,840 18,296 52,352 18,969
ĊIRKEWWA - MĠARR
133,021 33,987 148,865 38,974
Ta' minn wieħed iġħid li L-Għid din is-sena gie fl-aħħar ġimgħa ta' Marzu, waqt li s-sena l-oħra (2004) , l-Għid kien ġie fil-11 ta'April (fit-tieni gimgħ tax-xahar). Dan iħalli effet qawwi fuq it-traffiku bejn iż-żewġ Gzejjer.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tad-development brief għas-sit tal-ħażna tal-fuel fil-Qajjenza, l/o Birżebbuġa, li ġie approvat mis-sotto-kumitat tal-kabinett dwar proġetti ta' żvilupp urban?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid jekk il-gvern ħallasx xi kumpens lill-familji tal-vittmi fil-każ ta' l-inċident ta' l-Um El Faroud? Jekk le, hemmx xi proposta ta' kumpens pendenti u jekk iva, f'liema ammont?
Kemm-il darba tħallas dan il-kumpens jew f'każ li l-ħlas ta' kumpens għadu biss propost, jista' il-Ministru jispjega x'inhu l-ammont ta' kumpens imħallas jew propost għal kull każ li hemm quddiem il-qorti?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid x'passi ttieħdu mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma biex ma jibqax joskula drenaġġ fil-kwartier ta' Sta. Venera boy scouts u fi djar f'Misraħ Sta. Venera u jekk ittieħdu passi, x'kienu?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li sar tindif fil-mains u manutenzjoni fil-manholes fl-area.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' liċenzji tat-televiżjoni tal-kulur imħallsa sena b'sena mill-2001 'il hawn? Kemm dawn il-liċenzji fil-fatt kienu jkopru settijiet tat-televiżjoni tal-kulur?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f' xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jindaga għalfejn il-ħaddiema ta' Casma Limited qed jiddaħħlu shift work bil-lejl f'daqqa waħda? Hemm xi ċans li dawn il-ħaddiema jingħataw xi early retirement scheme biex jirtiraw kmieni?
Response (GATT, AUSTIN)
Il Casma Ltd mhux kumpanija operażżjonali u ma ħemm ebda ħsieb li tiddaħħal 'early retirement scheme'.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12019, qed ngħaddi d-dettalji tal-fond imsemmi kif ukoll korrispondenza separatament mill-Water services corporation u mill-Enemalta li tindika wkoll li ż-żewġ entitajiet ma jaqblux, għaldaqstant jista' il-Ministru jagħti tweġiba għal din il-mistoqsija?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qiegħda tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma bl-indirizz l-antik tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 12140, jista' il-Ministru jispjega kif is-soċjeta' La Stella għamlet ċitazzjoni lill-Enemalta, ċitazzjoni nru. 89/1998/1, fil-qorti ta' Għawdex minħabba li allegatament għadda cable minn fuq proprjeta' tiegħu bla permess, liema cable wassal għal substation?
Fid-dawl ta' dan kollu, jista' il-Ministru jgħid jekk it-tweġiba li ngħatat tistax tkun qed tiżvijja lill-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Ħaddiema
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Wied il-Għajn — Triq Mintba - vultaġġ baxx ta' dawl
Question
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-investigazzjoni li semma fit-tweġiba għall-mistoqsija 10936?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien nfurmat li minn investigazzjoni li saret jirriżulta li hemm vultaġġ baxx. Ix-xogħol biex tissolva din il-problema għandu jsir flimkien ma' xogħolijiet oħra simili.
Tista' il-Maltacom tara kif se tasal f'arranġament mal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li akkumulalha kont kbir tat-telefonati li saru minn persuna oħra - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - li skond ordni tal-qorti ċivili b'sentenza nhar id-9 ta' Diċembru 1999 joħroġ ċar li l-persuna li qed takkumulalha l-kont hija vittma tal-persuna l-oħra u se jkollha tħallas hi meta l-ħati qed jirnexxielu jaħrab milli jħallas hu?
Jista' il-Ministru jgħid meta se tissewwa r-refrigeration system fil-cafetteria tal-Gaudos, peress li din il-ħsara ilha tippersisti għal xi ġimgħat u issa li dieħel l-istaġun tas-sħana jista' anke jsir ħsara lill-ikel li jiġi servut lill-passiġġieri?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-ħsara li kien hemm fir-'refrigeration' fuq il-vapur MV Gaudos kellha bżonn xi spare parts biex tissewwa.
Dawn ġew ordnati u malli jaslu għand il-Gozo Channel il-ħsara tissewwa minnufih.
Ninsab infurmat ukoll illi l-kumpanija Gozo Channel ħadet ħsieb ukoll sabiex l-ikel u x-xorb jitqiegħed fejn hemm refrigeration, filwaqt li fejn hemm il-ħsara ma ntużax.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw kuntratti fuq mains tad-drenaġġ u ta' l-ilma mill-korporazzjoni għas-servizzi ta' l-ilma matul dawn l-aħħar sentejn? Min kienu l-kuntratturi jew koperattivi li ngħataw dawn il-kuntratti, wieħed wieħed? Kemm kien hemm xogħlijiet minn dawn li ngħataw b'direct order - jekk kien hemm - u għal liema raġuni ma ġewx mogħtija wara li saru sejħiet għal offerti? Fuq liema kriterji stabiliti jimxi d-dipartiment biex jingħataw dawn il-kuntratti? Minn min jiġi ċċekkjat ix-xogħol wara li jitlesta? Jista' jgħid jekk din il-proċedura ta' quality assurance issirx dejjem u fuq xogħol bħala proċedura standard?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-proġetti ta' tqegħid ta' mejnijiet tal-ilma, il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-ilma ma tużax is-sistema ta' sejħa għall-offerti iżda għandha skema approvata mid-Dipartiment tal-Kuntratti, b'rati stabiliti. Il-proġetti jitqassmu lill-Kuntratturi li qegħdin fl-iskema msemmija billi jittellgħu l-ismijiet bix-xorti.
Fil-każi ta' proġetti mnedija mill-Kunsilli Lokali, il-KSI tagħti kuntratt ta' tqegħid ta' mejnijiet u servizzi lill-Kuntrattur magħżul mill-Kunsill konċernat, iżda bir-rati tal-KSI, li huma approvati mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Ix-xogħolijiet ta' mejnijiet ta' l-ilma jiġu ċċekkjati kemm min-nies inkarigati tal-Korporazzjoni, kif ukoll minn Quality Assurance Company indipendenti. Wara li x-xogħol ikun dikjarat għas-sodisfazzjon tal-Korporazzjoni dan jitkejjel mill-Quantity Surveyor tal-KSI. Din hija proċedura standard fuq dawn it-tip ta' proġetti tal-KSI.
Fil-każ ta' kuntratti għal estensjonijiet tal-Drenaġġ, dawn normalment isiru wara sejħa għal offerti (tenders) jew f'każ ta' xogħolijiet zgħar mill-Koperattiva CrossRoads b'rati stabiliti.
L-informazzjoni l-oħra mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jara li s-servizzi tad-dawl, ilma u drenaġġ lejn il-club ta' Cospicua rangers f'Bormla jkunu mħarsa sabiex ma jsofrux xi qtugħ jew tkissir? Jista' jara x'se jsir dwar il-katusi tad-drenaġġ mill-istess lok?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li x-xogħolijiet msemmija mill-Onor. Interpellant qed isiru mill-Awtorita' tad-
Djar li taqa' taħt ir-responsabbilta' tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Pero' ngħarraf lill-Onor. Membru li l-Korporazzjoni għas-servizz ta' l-ilma qegħdha attenta biex kemm jista' jkun is-servizzi tagħhom ma jkunux affettwati u fejn tiġri xi ħsara l-Awtorita' tad-Djar tkun infurmata biex tirranġa l-ħsara minnufih.
Ix-xogħol meħtieġ min-naħa ta' l-Enemalta, u cioe' id-devjazzjoni tal-"cables", tlesta.
Jista' il-Ministru jgħid kif il-kontijiet tad-dawl li jġibu l-ammonti rispettivi ta' Lm119.52, Lm106.66 u Lm233.13 li jkopri l-perijodu tal-31 ta' Diċembru 2004, 22 ta' Frar 2005, 31 ta' Awissu 2004 sal-31 ta' Diċembru 2004 u t-3 ta' Mejju 2004 sal-31 ta' Awissu 2004, meta s-soltu l-kont tagħhom b'mod regolari ma kienx jaqbeż il-Lm100 u dan għal perijodu ta' erbgħa xhur u mhux xahrejn?
Jista' jara li dawn il-kontijiet jiġu nvestigati u l-familja tħallas dak li verament għandha tħallas?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-kontijiet imsemmija fil-mistoqsija parlamentari nru. 12272 huma dovuti kemm għall-konsum tad-dawl kif ukoll għall-konsum ta' l-ilma u mhux dawl biss kif ġie riferut fl-istess mistoqsija parlamentari.
Dawn il-kontijiet huma regolari għaliex minn Lulju 2000 sa Frar 2005 kien hemm diversi drabi li
l-kontijiet qabżu l-ammont imsemmi.
Barra minn hekk, saret spezzjoni mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fis-27 ta' April 2005 li minnha ma rriżultax li kien hemm xi problema teknika. Mill-ispezzjoni li saret fid-9 ta' Novembru 2004, irriżulta wkoll li fil-fond imsemmi hemm installata sistema ta' reverse osmosis domestika. Din is-sistema taħli ħafna ilma biex tiġi mħaddma. Għalhekk jidher li m'hemm l-ebda każ ta' reviżżjoni.
B’riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 1159 u 11454 jista’ il-Ministru jgħid jekk il-propost feeder ġdid għall-provvista ta’ l-elettriku fi Triq Ġdida fi Triq it-Tank, Siġġiewi bdietx issir mill-Enemalta? Meta se titlesta?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li l-permess tat-trinka tal-feeder imsemmi issa ħareġ u għalhekk ix-xogħol għandu jkun fi stadju avvanzat sa l-aħħar ta' Mejju.
Minħabba li f'mistoqsija parlamentari 12236 kien hemm l-indirizz żbaljat, jista' il-Ministru ġentilment jgħid għaliex fil-housing estate f'Ta' Farsina, partikolarment fl-indirizz li qed jintbagħat separatament, ir-residenti qegħdin ibatu minn pressa baxxa ta' l-ilma, minkejja li biddlu l-kanen kollha ta' l-appartamenti minn fuq s'isfel, saħansitra ta' quddiem il-bieb?
Jista' il-Ministru jgħid għaliex din il-problema bdiet isseħħ f'dawn l-aħħar sentejn? Jista' jgħid x'miżuri qed jittieħdu mill-WSC?
Response (GATT, AUSTIN)
Jien infurmat li minn investigazzjoni li għamlet il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma jirriżulta li l-konsumaturi msemmija mill-Onorevoli Interpellant qed isofru minn pressa baxxa tal-ilma kawżata minn problema fis-sistema privata interna tagħhom. L-uffiċjali tal-Korporazzjoni issuġġerew lir-residrnti konċernati x'għandhom jagħmlu biex isolvu l-problema.