Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċittadini Ewropej — Ħruġ ta' work permits

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk f'dawn l-aħħar erba' xhur inbidlux it-tariffi għall-ħruġ tal-work permit liċ-ċittadini Ewropej u dawk mhux Ewropej? Jekk fl-affermattiv, kemm kien il-ħlas għal dawn il-permessi u kemm hu llum?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabbilita' għall-ħruġ ta' liċenzji ta' impjieg (work permits) għaddiet lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ b'effett mill-1 ta' Awissu 2005. Għalhekk huwa mitlub li jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministeru konċernat.

Trasferiment tal-karti ta' l-identita

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jagħti n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-residenza u l-karta ta' l-identita' tagħhom minn Malta għal Għawdex mill-1999 sal-lum?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta' persuni li ttrasferew ir-reġistrazzjoni tar-residenza tagħhom minn Malta għal Għawdex ma' l-Uffiċċju Elettorali, li jamministra l-proċess ta' ħruġ u tibdil tal-Karta ta' l-Identita' u pubblikat fir-Reġistru Elettorali, mill-1999 l'hawn, huwa kif jidher hawn taħt: April 1999106April 2002168 Ottubru 1999143Ottubru 2002235 April 2000116April 2003148 Ottubru 2000143Ottubru 2003332 April 2001124April 2004194 Ottubru 2001188Ottubru 2004245 April 2005139

CCF — Uffiċjali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali li hemm jaħdmu fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm mitejn u disa u tletin uffiċjal li jinkludu:- Gwardjani 214 Spettur tal-pulizija 1 Surġenti 3 Kuntistabbli 21

Pulizija — Uffiċjali

Question

Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' uffiċjali tal-Pulizija li ġew mogħtija midalja għal qadi tas-servizz fl-okkażjoni tal-Police Day 2005?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi kien hemm 340 membru tal-Korp tal-Pulizija li ngħataw il-Long and Efficient Service Medals and Clasps b'seħħ mis-7 ta' Lulju 2005. Tagħrif dettaljat kien pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern numru 17,788 tat-12 ta' Lulju 2005.

Parties

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm saru parties f'postijiet mhux soltu liċenzjati din is-sena u fejn?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi s'issa, matul din is-sena il-Pulizija ħarġet 18-il permess għall-disco, ballu, party jew xi attivita' oħra simili. Dawn kienu f'dawn il-lokalitajiet:- Belt Nadur Qormi Wied il-Għajn Gudja B'Bugia Paradise Bay St Andrews Baħar iċ-Ċagħaq Mellieħa Rabat Marsa Għajnsielem Qawra

CCF — priġunieri

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm persuni l-ħabs illum, għaliex u kemm ilhom hemm?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-popolazzjoni tal-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin fl-4 ta' Ottubru 2005, kienet ta' mitejn u ħamsa u disgħin (295). Dawn qegħdin fil-Faċilita' biex jew jiskontaw sentenza jew taħt arrest preventiv. Bejnithom kollha dawn ġew akkużati jew instabu ħatja ta' ħames mija u għoxrin (520) akkuża. L-akkużi huma kif turi t-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Qed inpoġġi ukoll fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi kemm ilhom miżmuma l-ħabs dawn il-persuni.

Xiri ta' post

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-post Ten.063510 jistax jinbiegħ mill-gvern lill-familja li qed toqgħod fih, li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-post li qed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ma jistax jinbiegħ għaliex l-art li fuqu mibni għadha qed tiġi esproprjata.

Pulizija f'Għawdex

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm pulizija f'Għawdex u jindika r-rank tagħhom? Jista' in oltre jgħid kemm ħarġu pulizija bil-pensjoni f'dawn l-aħħar tliet snin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija skond ir-rank stazzjonati f’Għawdex fil-preżent huwa kif ġej:- Supretendent1 Spettur2 Surġent18 Kuntistabbli74 Infurmat ukoll illi bejn Jannar 2003 u Settembru 2005 kien hemm 213 membru tal-Korp li ħarġu bil-pensjoni.

Bajja ta' San Tumas

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'kienu ċ-ċirkostanzi li wasslu lill-gvern jirrikmanda maħfra konnessa ma' fdalijiet fil-bajja ta' San Tumas li jista' ikun kellhom konnessjoni man-nawfraġju ta' San Pawl? X'irriżulta wara l-maħfra u min gawda minn din?

Response (BORG, TONIO)

L-Uffiċċju tal-Prim Ministru, fuq talba tal-Ministeru tal-Kultura kien irrakomanda din l-amnestija fit-23 ta' Settembru 2002; l-iskop ta' din l-amnestija kien sabiex jiġu ritornati lill-Gvern oġġetti li nstabu fil-baħar; fil-fatt hekk ġara u diversi oġġetti huma esibiti fil-Mużew Marittimu tal-Birgu. Iktar dettalji dwar l-esibiti u n-natura tagħhom tista' tingħata lill-Onor. Interpellant mill-Ministru konċernat.

Qorti ta' Colorado — Avukat Ġenerali

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta u kif l-Avukat Ġenerali kien informat b'kawża fil-qorti tad-distrett ta' Colorado bejn l-ex-ambaxxatriċi Amerikana Kathryn L. Profitt u ċertu Bob Cornuke? Kien involut l-uffiċċju ta' l-Avukat Ġenerali biex il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament tħejji affidavit dwar is-sehem ta' l-armata f'dan il-proġett?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi mill-karti tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jidher li dan l-uffiċċju kien ġie infurmat bil-miktub dwar il-kawżi in kwestjoni b'ittra mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru bid-data tad-19 ta' Mejju 2005. Ma jistax jiġi eskluż li seta' kien hemm kommunikazzjonijiet orali mal-predeċessur tal-Avukat Ġenerali preżenti. Mill-karti ta' l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali lanqas jirriżulta li l-istess Uffiċċju kien involut fit-thejjija ta' xi affidavit mill-persuna li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Proprjeta' tal-gvern

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 37455, seduta nru. 829 (6/12/2002) fejn għidt li l-proprjeta' tal-mappa li kopja tagħha qed tintbagħat separatament, hi proprjeta' tal-gvern, x'passi se jieħu d-dipartiment ta' l-artijiet biex iwaqqaf kumpannija privata li ħarġet biċċa minnha għall-bejgħ? B'liema jedd din il-kumpannija privata qed tbiegħ art pubblika? F'liema data din il-kumpannija privata kisbet din l-art pubblika? B'liema mod?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-art indikata hija proprjeta' tal-Gvern u qatt ma ġiet trasferita lil terzi. Għalkemm id-Dipartiment tal-Artijiet ma għandu l-ebda informazzjoni li xi kumpanija privata qegħdha tbiegħ parti minn din l-art, ser isir dak kollu possibli biex tiġi investigata din l-allegazzjoni.

Postijiet fi stat perikoluż

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara ta' min huma l-postijiet li dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament, liema postijiet jinsabu fi stat perikoluż ħafna tant li anke qed jaqgħu biċċiet tal-ġebel minnhom u jistgħu jkunu ta' periklu għal min jgħaddi minn taħthom minħabba li hemm xi postijiet sfrundati?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-Pulizija qed tieħu l-passi meħtieġa skond il-liġi.

Dipartiment ta' l-Artijiet — Plots tal-HOS fir-Rabat

Question

Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jitħaffu l-proċeduri neċessarji kollha mmedjatament sabiex isiru l-kuntratti tal-plots tal-Home Ownership Scheme tar-residenti f'għar Barka r-Rabat, Malta, liema kuntratti ilhom fuq bażi ta' konvenju għal aktar minn 20 sena?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 995 u Nru. 4779.