Jista' l-Ministru jiċħad jew jikkonferma rapporti li dehru fuq il-ġurnal "KullĦadd" rigward serq ta' siment u luminati mill-Isptar Monte Carmeli? Veru li uffiċjal mill-istess sptar kien jaf b'dan is-serq u żamm kollox mistur? Jekk fl-affermattiv, se jittieħdu passi kontra kulmin kien involut? Veru li ż-żewġ persuni nvoluti ngħataw promotion mill-gvern preżenti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Infurmat li għall-ħabta t`Ottubru 1999 persuna jew persuni mhux magħrufa bdew ixerdu x-xnigħa li mill-isptar insterqu madwar mitt kaxxa minerali.
Mill-investigazzjonijiet li saru mill-Kap tal-Amministrazzjoni fl-isptar ma rriżultax li kien hemm xi kaxxi tal-luminata neqsin u ħadd ma seta`,
jagħti xi ħjiel li saret xi serqa. Lanqas mill-istores ta` Mount Carmel ma rriżulta dan in-nuqqas.
Il-minerali dejjem tqassmu skond kif ġie ndikat mill-uffiċċju tas-Senior Nursing Officers.
Jista' l-Ministru jara kif fil-poliklinika ta' Bormla mara li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li marret tagħmel it-testijiet fit-30/1/00 għal cholesterol, kliewi, thyroid, zokkor, eċċ ħadet ir-riżultati fit-8/2/00 fuq żewġ ismijiet separatament li wkoll qed jintbagħtu separatament?
Jista' l-Ministru jinvestiga kif u għaliex sar dan l-iżball, peress li minħabba d-dewmien din il-mara li tgħix bir-relief spiċċat laħqet marret għand it-tabib u xtrat il-pilloli għal xejn?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Skond ir-records taċ-Ċentru tas-Saħħa ta` Bormla l-pazjenta attendiet il-klinika ta` Bormla fl-31-1-00. Ir-riżultati ingħataw lill-pazjenta fl-8-2-00 li hu perjodu ta` żmien raġonevoli fin-norma ta` żmien li jaslu lura testijiet tad-demm ta` rutina mhux urġenti.
Ġara izda li filwaqt li n-numru tal-karta tal-identita` kien korrett u uniformi fuq il-formoli kollha, l-ewwel isem kien imniżżel ħażin fuq il-formoli tar-riżultat forsi għaliex ma kienx miktub ċar mit-tabib-a li mela-imliet it-talba.
Minħabba illi l-pazjenta daħlet f`dubju għaliex l-ewwel isem kien żbaljat, ġie offrut lilha li jekk trid tirrepeti it-testijiet u fil fatt hekk sar.
Biex jiġu evitati żbalji simili, dalwaqt se jiddaħħlu l-label printers fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jagħti ċ-ċifri ta' twelid li sar fi sptarijiet privati u clinics, wieħed wieħed fl-aħħar ħames snin, sena b'sena? X'kien il-persentaġġ ta' induced births u caesarean section f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant li jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru hysterectomies fl-Isptar San Luqa, fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex, fl-isptarijiet privati, wieħed wieħed, f'dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta` hysterectomies li sar mill-1995 sa l-1999 fl-Ipstar Karin Grech kien kif jiher hawn taħt:
Sena Numru ta` Hysterectomies
--------------------------------------
1995 673
1996 607
1997 636
1998 616
1999 606
Dwar l-Isptar ta` Għawdex nitolbu jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat. Id-Diviżjoni tas-Saħħa ma tirċevix informazzjoni dwar operazzjonijiet li jsiru fl-isptarijiet privati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu persuni l-isptar lejliet il-Milied u fil-Milied li għadda kif ukoll lejliet is-sena il-ġdida u fl-ewwel tas-sena minħabba xorb żejjed u teħid ta' droga?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Data Numru ta' pazjenti Admissions to Discharged at
li daħlu l-isptar wards request
kawża ta' xorb
________________________________________________ ________________
24.12.99 7 - 2
25.12.99 - - -
31.12.99 5 - 1
1.1.00 14 - 4
_______________________________________________ __________________
Data Numru ta'pazjenti Admissions to Discharged at
li daħlu l-isptar wards request
kawża ta' droga
________________________________________________ _________________
24.12.99 - - -
25.12.99 1 M2 -
31.12.99 - - -
1.1.00 - - -
________________________________________________ _________________
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew irrapportati każi ta' kanċer ġodda matul is-sena 1999? X'tip ta' kanċer f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra turi n-numru ta' każijiet ġodda ta' `malignant neoplasms' misjuba fl-1999 u li ġew reġistrati s'issa fir-Reġistru Nazzjonali tal-kanċer. Dawn il-figuri huma strettament proviżorji. Il-każijiet huma mqassmin skond il-parti affettwata mill-kanċer. Il-klassifikazzjoni `International Classification of Diseases for Oncology - Second Edition' (ICD-O-2) intużat għal dan il-għan.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi raġuni li diabetiċi dan l-aħħar bdew jiġu mitluba jieħdu flixkun vojt biex jingħataw surgical spirit, meta marru fl-ispiżerija tal-Gvern fil-Health Centre f'Ħal Qormi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-flixken li fihom jingħata is-surgical spirit lid-dijabetiċi kienu temporanjament out of stock fl-ispiżerija fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Ħal Qormi fl-ewwel ġimgħa ta' Diċembru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar San Luqa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 23 ħaddiema ġodda fl-isptar San Luqa. Minnhom 1 Dental Surgeon, 1 MIdwife, 1 Principal Medical Officer u 1 Senior House Officer ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 4 Housemen ġew impjegati għal perjodu ta' sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt:
Gazzetta tal-Gvern
_______________________
Enrolled Nurse 7 28.09.99
Medical Laboratory Technologist 1 23.07.99
Staff Nurse 7 23.07.99
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Boffa mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fl-isptar Boffa mis-16 ta' Settembru 1999 sa l-4 ta' Jannar 2000.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' każi ta' typhus irrapportati fl-isptarijiet lokali f'Malta u f'Għawdex matul dawn l-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-każijiet ta' typhus irrappurtati fl-isptarijiet kienu kif ġej:-
Sptar San Luqa Sptar Boffa Sptar Monte Karmeli
__________________________________________________ ___
1995 25 0 0
1996 16 0 0
1997 24 1 0
1998 32 0 0
1999 31* 0 0
* Minn l-1 ta' Jannar 1999 sat-30 ta' Novembru 1999
Ninsab infurmat li d-Dipartiment ta' l-Informazzjoni fuq is-Saħħa jirċievi informazzjoni fuq l-Isptar San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Boffa, iżda ma jirċeviex informazzjoni dwar Sptarijiet oħra f'Malta u f'Għawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fiċ-ċentri tas-saħħa mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 5 ħaddiema ġodda fiċ-Ċentri tas-Saħħa. Dawn ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt:
Gazzetta tal-Gvern
____________________
Enrolled Nurse 1 28.09.99
Speech Therapist 4 23.07.99
Jista' l-Ministru jgħid meta se jkun jista' jintuża l-apparat magħruf bħala Digital Fundal Fluorescein Angiogram fid-dipartiment ta' l-oftalmija fl-Isptar San Luqa, liema apparat hu tant meħtieġ għal dijanjosi dejjem iktar aħjar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-apparat mistenni jibda' jintuża fi żmien tlett xhur oħra.
Jista' l-Ministru jgħid min qiegħed jikkordina bħalissa l-ħidma kontra t-tipjip fil-Health Promotion Department?
Xi pjan hemm tul din is-sena biex jitħarrġu iżjed persuni biex imexxu smoking cessation clinics?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Għadha ma ġietx appuntata persuna fid-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa biex jikkordina l-ħidma kontra t-tipjip.
Diġa' tħarrġu iżjed persuni biex imexxu l-kliniċi li jgħinu l-pubbliku jieqaf mill-vizzju tat-tipjip. Fil-fatt ġew imħarrġa tmien persuni fil-bidu ta' din is-sena biex dan is-servizz ikun jista' jlaħħaq mad-domanda meħtieġa. Il-pubbliku huwa mistieden biex japplika għal dawn il-kliniċi fuq formola li tintbagħat id-dar jew permezz ta' l-Internet fuq il-website tad-dipartiment.
Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jiġu offruti servizzi tas-smoking cessation clinics u kemm qed ikunu ffrekwentati mill-pubbliku?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Bħal issa hemm tmien kliniċi għaddejjin biex jgħinu l-applikanti jaqtgħu l-vizzju tat-tipjip. L-applikanti kollha qed jiġu mistiedna għal kors ta' seba' ġimgħat skond kif jidher mit-Tabella li qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra. Fil-fatt hemm total ta' 160 persuna li qed jużaw dan is-servizz li joffri d-dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-mira li 50% tat-tfal ta' l-iskola ma jaqbdux il-vizzju tat-tipjip li saret policy document VISION 2000 hux se tintlaħaq?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ġejt infurmat li d-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa qed jaħdem flimkien mad-Diviżjoni ta` li jħares lejn l-imġieba tat-tfal ta` l-iskola bejn l-etajiet ta` 11 u 16-il sena. Minnu għandu joħroġ kemm hi kbira l-problema tat-tipjip fl-iskejjel. Is-'survey', msejjaħ 'Health Behaviour Survey in School Children' isir mill-pajjiżi membri tal-WHO. Dan se jsir fil-bidu ta`
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-ewwel mira li saret fil-Vision 2000 (p.98) hemmx indikazzjoni li tintlaħaq, jiġifieri li n-numru ta'tfal ta' l-iskola li jibdew ipejpu jonqos b'50%?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Biex inkunu nafu jekk intlaħħqietx din il-mira iridu jsiru xi 'surveys' għal dan il-għan biex inħarsu lejn il-problema tat-tipjip fl-iskejjel.