Jista' l-Ministru jgħid x'aġġustament sar riċentement fuq pensjonijiet mit-Teżor fejn jirrigwarda Hospital Auxiliaries? Kemm żdiedet il-pensjoni fix-xahar u kemm laħqet is-somma globali ta' din il-kategorija?
Response (DALLI, JOHN)
Nixtieq ngħarraf lill-Onor Interpellant illi riċentement ma sar l-ebda aġġustament fuq pensjonijiet mit-Teżor fejn għandhom x`jaqsmu l-Hospital Auxiliaries.
L-aħħar aġġustament li sar kien is-sena l-oħra u dan kien jirrigwarda aġġustament fuq pensjonijiet minħabba r-Riforma ta` l-1991.
Iż-żieda tal-pensjoni minħabba din ir-riforma kienet minn minimu ta` Lm8.50,0 fis-sena sa massimu ta` Lm43.06,7 fis-sena.
Iż-żieda globali laħqet Lm113 fis-sena fil-pensjoni u Lm1,609 fi gratuity.
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi żjarat f'pajjiżna minn delegazzjonijiet ta' istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni 'l hawn? X'kienet in-natura taż-żjara tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
L-unika żjara f`pajjiżna minn delegazzjonijiet ta` istituzzjonijiet finanzjarji barranin ewlenin mill-elezzjoni `l hawn kienet dik ta` delegazzjoni teknika mill-Financial Action Task Force (FATF) għar-rigward ta` liġijiet u proċeduri kontra l-money laundering.
Fuq talba tiegħi, intbagħtu żewġ individwi mill-World Bank u l-IMF biex niddiskuti magħhom is-sitwazzjoni finanzjarja f`pajjiżna u ir-ri-introduzzjoni tal-VAT.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma dawk il-pajjiżi li magħhom bħalissa għaddejjin negozjati dwar ftehim prospettiv dwar ħelsien minn tassazzjoni doppja?
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impurtati settijiet tat-television tal-kulur xahar b'xahar mill-1996 sa Ottubru 1998? Jista' jgħid mil-liema pajjiżi ġew impurtati?
Response (DALLI, JOHN)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tingħata tweġiba f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu jieħu flus il-Gvern mingħand: (1) individwi; (2) kumpanniji f'dak li huwa income tax? Kemm għandu jagħti lura f'tax refunds il-Gvern?
Response (DALLI, JOHN)
Il-bilanċ ta` arretrati ta` Income Tax li jidher dovut lill-Gvern fuq assessments maħruġa sal-11 ta` Novembru 1998 hu ta` Lm166 miljun lira. Din iċ-ċifra tinkludi l-ammont ta` taxxa maħruġa fuq bażi ta` ex officio u l-penalitajiet relattivi. Dawn l-ammonti qegħdin taħt oġġezzjoni u mistennija jonqsu sew meta l-oġġezzjonjiet jiġu likwidati. L-ammont ta` Lm166 miljun jidher dovut hekk:
Lm91 miljun minn Individwi
Lm75 minn Kumpanniji u Assoċjazzjonijiet
Kontra dan il-bilanċ hemm ammont ta` Lm199 miljun f`taxxa li tħallset għal snin li għad ma ħarġux assessments. Din it-taxxa tiġi ikkreditata lit-taxpayer meta jinħareġ l-assessment għas-sena ta` stima relattiva. Ir-riżultat jista` jkun bilanċ dovut lill-Gvern jew bilanċ dovut lit-taxpayer.
L-ammont ta` tax refund hu ta` Lm17 il-miljun.
Jiena tajt struzzjonijiet biex dawn il-bilanċi fl-aħħar jiġu eżaminati biex inkunu nafu kemm fil-fatt il-gvern għandu jieħu u għandu jagħti.
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni rigward kemm inġabru flus permezz tat-taxxa tas-CET? Kemm għad fadal x'jingħataw flus bħala refunds mis-sistema tal-VAT qabel daħlet is-CET?
Response (DALLI, JOHN)
Ngħarraf lill-Onor Interpellant illi fis-16 il-xahar li ilha taħdem mis-sistema tas-CET inġabru Lm81,653,487 netti mqassma kif ġej:
Lulju sa Diċembru 1997 - Lm26,149,630
Jannar sa Ottubru 1998 - Lm55,503,857
Dawn l-ammonti ma jinkludux Lm11,132,140 li nġabru bħala refużjonijiet fuq ħażniet.
Ngħarraf ukoll lill-Onor Interpellant li mis-sistema tal-Vat għad fadal Lm4,607,035 x`jingħataw bħala refużjonijiet tat-taxxa tal-VAT li minnhom Lm715,087 ser jingħataw sa l-aħħar ta` din is-sena filwaqt li l-kumplament qed jiġu vverifikati.
Jista' l-Ministru jagħti garanzija li l-bidliet li hemm ippjanati fis-sistemi ta' tassazzjoni f'pajjiżna m'huma se jkolhom ebda effett negattiv fuq ir-rata ta' l-inflazzjoni f'pajjiżna?
Response (DALLI, JOHN)
Meta jiġu ffinalizzati d-dettalji tal-bidliet fit-tassazzjoni jiġi stabbilit ukoll l-impatt fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni f`pajjiżna.
Hi l-intenzjoni tal-Gvern li jaħdem biex ma jkunx hemm effett negattiv fuq ir-rata ta` l-inflazzjoni.
Jidher li dan ma tantx inkwieta l-Onor Interpellant fil-leġislatura li għadha kemm intemmet u li ħolqot sistema ta` tassazzjoni li fissret impatt ta` mill-anqas 21% fuq l-affarijiet impurtati kollha.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-varjetajiet u l-kwantitajiet ta' laħam aħmar u prodotti oħra pproċessati magħmula mil-laħam aħmar li ġew importati f'Settembru u Ottubru 1998?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru tinvolvi ħafna statistika li nġabret mill-computer records tad-Dwana. Dik għax-xahar ta` Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar. Għalhekk qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istatistika miġbura għall-informazzjoni ta` l-Onor. Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhija l-varjeta' u l-kwantita' tal-prodotti tal-ġobon u oħrajn magħmula mill-ħalib frisk li ġew importati f'Settembru u Ottubru 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru tinvolvi ħafna statistka li nġabret mill-computer records tad-Dwana. Dik għax-xahar ta` Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar. Għalhekk qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istatistika miġbura għall-informazzjoni ta` l-Onor Membru.
Jista' l-Ministru jgħid x'varjetajiet u kwantitajiet ta' Poultry products ġew importati f'Settembru u Ottubru 1997 u 1998?
Response (DALLI, JOHN)
L-informazzjoni mitluba mill-Onor Membru tinvolvi ħafna statistika li nġabret mill-computer records tad-Dwana. Dik għax-xahar ta` Ottubru 1998 tkopri sas-26 tax-xahar. Għalhekk qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta` l-istatistika miġbura għall-informazzjoni ta` l-Onor Membru.
Jirriżultalu l-Ministru li f'Ottubru nqabdu jiddaħħlu drumsticks tat-tiġieġ għas-suq lokali? Jekk iva, x'kienu l-kwantitajiet u xi proċeduri qed jittieħdu biex ikun assigurat li prodotti oħra bħal "chicken breasts" li qed jiġu pproċessati lokalment ma jidħlux taħt isem differenti biex jiġu cleared mid-Dwana?
Response (DALLI, JOHN)
Matul Ottubru sar rilaxx ta` drumsticks mid-dwana f`żewġ okkażjonijiet. Il-piż ta` dawn iż-żewġ konsenji kien ta` 11,640 kilo li fuqhom tħallset is-somma ta` Lm15,132 bħala levy bil-Lm1.30 kull kilo.
Naturalment, waqt ir-rilaxx tal-prodotti jsir l-eżami biex ikun żgurat li huma konformi mad-dikjarazzjoni u li t-taxxi dovuti jkunu tħallsu. Fejn u kif ikun meħtieġ jintalab ukoll il-parir ta` min hu aktar intiż fil-materja.
Jista' l-Ministru jgħid, mill-esperjenza ta' dawn l-aħħar sentejn li ilhom jeżistu l-ITCs, bħala medja kemm idum biex jitħallas rebate fuq profitti mqassma lil non-residents?
Response (DALLI, JOHN)
L-Att Dwar l-Amministrazzjoni tat-Taxxa, 1994, jagħti perjodu ta` żmien ta` bejn ġimgħatejn u sitt ġimgħat, jiddependi meta ssir it-talba għar-`refund`, biex jitħallsu `refunds` ta` taxxa mħallsa mill-ITC`s fuq profitti mqassma lil `non-residents`. Mill-esperjenza ta` dawn l-aħħar snin, dawn ir-refunds qed jitħallsu, bħala medja, fi żmien għaxart` ijiem minn meta ssir it-talba għar-`refund`.
Jaqbel il-Ministru li kien jagħmel aktar sens finanzjarjament li kieku żammejna s-sistema antika ta' l-Offshore sakemm almenu Malta ssir parti mill-Unjoni Ewropea?
Response (DALLI, JOHN)
Iċ-ċentri `offshore` huma l-mira ta` attakki mill-pajjiżi kollha; fosthom wieħed jista` jsemmi l-OECD (Organisation for Economic Co-operation and Development) u l-pajjiżi magħrufa bħala l-G7.
Tant huwa hekk li ħafna miċ-ċentri `offshore` qegħdin ibiddlu l-liġijiet tagħhom sabiex jottemporaw ruħhom mal-ħtiġiet ġodda li wieħed jistenna li jsib f`ġurisdizzjonijiet finanzjarji.
Irrispettivament mill-applikazzjoni ta` Malta biex tissieħeb fl-Unjoni Ewropeja, aħna kburin li ħadna l-passi meħtieġa biex ngħollu l-livell tal-qafas legislattiv u regolatorju tagħna sabiex b`hekk inkabbru r-reputazzjoni tajba li ngawdu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il offshore company ġiet reġistrata Malta fl-aħħar sentejn qabel l-introduzzjoni tal-MFSC?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern f'dak li jirrigwarda renewal fees u taxxa minn dawn is-soċjetajiet offshore?
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm-il ITC (International Trading Company) ġew ifformati u kemm-il offshore company għażlet li tittrasforma l-istatus tagħha f'ITC?
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-introjtu tal-gvern s'issa mill-ITCs f'renewal fees u taxxa?
Response (DALLI, JOHN)
Bejn l-1 ta` Jannar 1993 sat-23 ta` Settembru 1994 ġew reġistrati 811 kumpaniji `offshore`.
L-introjtu f`dak li jirrigwarda `renewal fees` kien ta` Lm1,043,950. L-introjtu minn taxxa minn kumpaniji `offshore` fl-1993 u 1994 kien ta` Lm817,002.
Mit-23 ta` Settembru 1994 sal-31 t`Ottubru 1998 in-numru totali ta` International Trading Companies li ġew reġistrati kien ta 700 li minnhom 106 kienu trasformati minn kumpanniji `offshore`.
Mit-23 ta` Settembru 1994 sal-31 t`Ottubru 1998 l-introjtu tal-gvern mill-International Trading Companies f`taxxa (jiġifieri l-flus li għaddew fil-Public Account wara li tħallsu r-refunds dovuti lill-azzjonisti li huma `non-resident`) kien ta` Lm664,500. L-International Trading Companies ma jħallsux `renewal fees`.
Peress li r-reġistrar ta' kumpanniji lokali kif ukoll ITCs huma f'idejn l-MFSC, jaqbel il-Ministru li jagħmel aktar sens sabiex tiġi evitata burokrazija żejda li l-kwestjonijiet ta' reġistrar ta' soċjetajiet lokali li jkollhom foreign shareholding, tibqa' solament f'idejn l-MFSC u mhux ukoll f'idejn il-Bank Centrali minflok is-sistema kif inhi, fejn hemm l-intervent ukoll tal-Bank Ċentrali flimkien ukoll mal-MFSC?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf tajjeb l-Onor. Membru, biex persuna barranija tissottoskrivi azzjonijiet f`soċjeta Maltija jrid ikollha l-permess tal-Bank Ċentrali taħt il-provvedimenti ta` l-Exchange Control Act 1972.
Nixtieq ngħarraf lill-Onor. Membru li ma teżisti ebda burokrazija fil-ħruġ ta` permessi mid-Diviżżjoni tal-Exchange Control lill-kumpanniji ITC`s.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jsir bħall-pajjiżi oħra (New Zealand) fejn taxpayers jkunu ntitolati għal tnaqqis xieraq biex jikkumpensahom għall-ispejjeż konnessi mal-problema tas-sena 2000, f'dik li hi nefqa fuq diagnosing, correcting or testing of software?
Response (DALLI, JOHN)
Ninforma lill-Onor Interpellant li beħsiebni nkompli miexi fuq il-politika li kien miexi biha hu sa ftit ġimgħat ilu.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Bank Ċentrali għandux xi talbiet pendenti bħalissa għall-ħruġ ta' banking licence minn xi banek barranin?
Response (DALLI, JOHN)
Kif jaf l-Onorevoli Membru, il-Bank Ċentrali ta` Malta perjodikament jeżamina u jevalwa talbiet għal ħruġ ta` `banking licences` li joriġinaw minn banek barranin. L-Onorevoli Membru japprezza wkoll li jkun prematur li jingħataw dettalji fl-istadju ta` negozjar. Il-Bank Ċentrali ta` Malta joħroġ stqarrija għall-istampa hekk kif tkun ingħatat liċenzja taħt l-Att Dwar il-Kummerċ Bankarju ta` l-1994 lil xi bank.
B'riferenza għall-perjodu 10 ta' Settembru, 1998 sal-31 ta' Ottubru, 1998 u għad-dikasteru li għalih hu responsabbli, jista' l-Ministru jagħti lista ta' kuntratti li saru ta' ġarr ta' għamara ta' uffiċini li ngħataw b'direct order u għal kull kuntratt jindika: 1) min kienu l-persuni li għamlu l-award; 2) lil min intalbu quotations; 3) kemm kienet kull quota; 4) min rebaħ il-kuntratt; 5) ingħatawx extensions fuq il-kuntratt oriġinali u jekk fl-affermattiv: 6) fiex kienu jikkonsistu; u 7) kemm kien il-valur totali tagħhom?
Response (DALLI, JOHN)
Ma ngħata l-ebda kuntratt jew Direct Order għal ġarr ta` għamara fid-dikasteru tiegħi fil-perjodu msemmi.
Jista' l-Ministru jgħid x'kien li kkawża s-sospensjoni fl-Istock Exchange dan l-aħħar? Jikkonferma l-Ministru li r-raġuni kienet għaliex is-sistema komputerizzata akkwistata mill-Alberta Stock Exchange kienet antikwata jew inkella li s-sistema m'għandhiex il-kapaċita' tkopri adegwatament id-daily trading?
Response (DALLI, JOHN)
Jien informat li l-kawża tas-sospensjoni waqt it-trading fuq il-Borża li ġrat dan l-aħħar kella x`taqsam mas-software magħruf bħala MQ Series li jmexi il-messaggi mill-AS 400 mill-OS 2 server għat-trading engine, jiġifieri li l-kawża tas-sospensjoni ma kienitx fit-trading software imma fis-software li tmexxi l-componenti li jikkomunikaw bejniethom. Is-sistema komputerizzat li tintuża fuq il-Borża ta` Malta ma ġietx akkwistata mill-Alberta Stock Exchange. L-Alberta Stock Exchange iħaddem sistema simili u hi l-iktar verżjoni moderna li kienet teżisti meta ġiet installata fuq il-Borża ta` Malta.
Is-sistema għandha kapaċita tkopri għall-ġurnata waħda bil-bosta aktar minn kemm wieħed jantiċipa li jsir negozzju fuq il-Borża ta` Malta f`sena.
Jista' l-Ministru jgħid rigward il-compliance rikjesti bil-Companies Act 1995, jista' l-Ministru jgħid kemm-il compliance ġiet pproċessata mill-Malta Financial Services Centre u kemm baqa' pendenti? Jista' l-Ministru jispjega dan id-dewmien? Jaqbel l-Ministru li, tenendo kont ż-żieda ta' responsabbilta' mogħtija lill-Malta Financial Services Centre, li hemm nuqqas ta' personnel, speċjalment kwalifikati?
Response (DALLI, JOHN)
S`issa ġew proċessati 4710 dokumenti ta` compliance u fadal ftit anqas minn 3000 dokument pendenti.
Id-dewmien kien kawżat prinċipalment għal żewġ raġunijiet bażiċi:
L-ewwel raġuni hija li matul iż-żmien transitorju ta` sentejn li fih il-kumpanniji kellhom jattemporaw ruħhom mad-dispożizzjoni ta` l-Att ta` l-1995 dwar il-Kumpanniji għadd kbir minnhom ħallew għall-aħħar mument biex jagħmlu dan. Tant huwa hekk, li l-predeċessur tiegħi kellu jtawwal iż-żmien transitorju, li kellu jagħlaq fil-31 ta` Diċembru, 1997 b`xahrejn.
Filwaqt li matul l-1996, l-ewwel sena taż-żmien transitorju, 63 kumpannija biss bagħtu d-dokumenti ta` compliance, fl-aħħar sitt xhur, bejn l-1 ta` Settembru, 1997 sa` l-aħħar ta` Frar, 1998 in-numru ta` compliance documents li ġew konsenjati għar-reġistrazzjoni kien ta` 7093 minn numru totali kollu ta` 7697 compliance documents.
It-tieni raġuni għad-dewmien huwa dovut għan-numru straordinarju (85% u aktar) ta` dokumenti li jkollhom jintbagħtu lura lill-kumpanniji biex jiġu emendati.
Ma jinħassx li hemm nuqqas ta` personnel fid-diviżjoni tar-Reġistru tal-Kumpanniji. Jekk u meta jinħass li hemm xi nuqqas, iċ-Ċentru tas-Servizzi Finanzjarji ma jonqosx li jimla dan il-vojt fl-iqsar żmien possibbli. Fl-aħħarnett, nassigura lill-Onor. Membru li ma hemmx nuqqas ta` personnel kwalifikati. l-Uffiċjali li ċ-Ċentru mpjega, wara sejħa pubblika, sabiex jaħdmu direttament fuq ir-reġistrazzjoni ta` kumpanniji u dokumenti konessi magħhom, huma kollha gradwati.