Tista' il-Ministru tara fiex waslet it-talba sabiex jiġu stallati l-lifts fil-flats indikati separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Istallazzjoni ta' lifts mill-Awtorita' tad-Djar, fi blokki eżistenti tal-Gvern, taħt Skema V hi suġġetta għall-kundizzjoni li xi ħadd mill-inkwilini jew sidien ikun ibgħati jew tbgħati minn diżabilita' ta' mobilita'.
Ninsab infurmata li skond rapport ta' l-occupational therapist imqabbad mill-Awtorita', ma rriżultax li fil-blokk indikat mill-Onor. Interpellant kien hemm persuni li jsofru minn tali diżabilita' u għalhekk il-Panel tad-Diżabilita' ta' l-Awtorita' ma rrakkomandax li jiġi stallat lift fil-blokk. L-applikanti ġew infurmati b'dan fit-3 ta' Diċembru 2003.
Tista' il-Ministru tispjega għaliex l-anzjan - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ma rċeviex arretrati?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara għaliex il-persuna - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - ħadet flus nieqsa skond id-dettalji annessi mibgħuta separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tara li ssir serratura mal-bieb ta' barra tal-komun ta' flat - id-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - peress li ma hemm l-ebda sigurta' u f'dan il-flatjoqogħdu ħafna anzjani?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpallant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tirrispondi mistoqsija parlamentari 10806 u cioe' tgħid x'inhi r-raġuni li l-familja tal-persuna, dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, ġiet mgħarrfa li trid xahrejn sakemm it-talba tagħha biex jinfetaħ housing file tiġi pproċessata? Jekk din l-informazzjoni mhijiex korretta, tista' tindika l-housing file number tal-każ konċernat?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li meta persuna tagħmel talba mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali, l-file jinfetaħ hekk kif issir it-talba u l-persuna tippreżenta d-dokumentazzjoni meħtieġa.
Jien infurmata wkoll li l-imsemmi Dipartiment ma għandu ebda applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tara li x-xogħol li d-dipartiment tal-manutenzjoni u kostruzzjoni kien avża li se jsir fi Blk B, Binja Harriġiet, Imqabba konsistenti fil-bdil ta' katusa għall-ilma tax-xita issir?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija tad-Djar biex jinvestiga.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu mgħoddija s-servizzi tad-dawl u l-ilma fil-binjiet ta' l-awtorita' tad-djar fi Triq Axtar, Marsaxlokk issa li dawn ġew assenjati u s-sidien ħallsu l-prezz tagħhom fuq il-kuntratti relattivi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni li mid-data ta' mistoqsija parlamentari 4643 tas-sena 2004 il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sal-lum għadha ma ħadet l-ebda risposta?
Tista' tgħid x'inhi r-raġuni li meta l-istess persuna marret tindaga mad-dipartiment dwar dan huwa ġie nformat li jista' jinsihom? Tista' għalhekk il-Ministru tikkonferma li dan hu l-każ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali. Jekk fl-aħħar parti tal-Mistoqsija l-Onor. Interpellant qed jitlobni nikkonferma jekk il-persuna ndikata mhux ser issirilha r-reviżjoni tal-pensjoni a bażi tal-ftehim kollettiv li sar fl-ażjenda fejn kienet taħdem, it-tweġiba hi fin-negattiv.
Sigurta' Soċjali — Pensjonanti tas-servizzi Ingliżi
Question
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi l-pożizzjoni tal-gvern fir-rigward tal-pensjonanti tas-servizzi Ingliżi u cioe' jekk hemmx xi ħsieb li dan ma jibqgħux isofru t-tnaqqis mill-pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-kwistjoni li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant hu s-suġġett ta' kawża fil-Qorti u għalhekk ma jidhirlix li għandi nikkummenta f'dan l-istadju.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet l-ispiża totali f'ċifra ta' flus tal-ministeru, inkluż ta' l-entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru, għall-mobile phone calls u l-kirjiet u/jew xiri tagħhom matul is-sena 2004?
Kemm hi ċ-ċifra ta' flus li diġa' tħallset minn din l-ispiża?
Kemm hu n-numru ta' mobile phones li fil-preżent il-ministeru jew l-entitajiet li jaqgħu taħtu huwa responsabbli għall-pagamenti tagħhom u kemm kien fis-sena 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel użu minnhom matul l-2004? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Tista' tgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Dwar l-ewwel żewġ partijiet tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għal Mistoqsija Parlamentari Nru 7080 f'Seduta Nru 178.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata li m'hemm ebda ħlasijiet pendenti ħlief f'xi każijiet fejn il-kont għadu ma ntbagħtx.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm każi ta' care & repair li xogħol fuqhom għadu ma bediex (għal Kottonera u l-Kalkara)? Tista' tgħid kemm jieħu żmien sabiex jibda x-xogħol, dejjem jekk kollox ikun sew, minn meta uffiċjali ta' l-awtorita' tad-djar iżuru l-post?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għandha dawn il-każijiet pendenti, mill-lokalitajiet indikati, taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair:
5 biex issir l-ewwel spezzjoni;
24 biex issir spezzjoni minn perit;
6 biex jiġu diskussi mill-Panel; u
3 biex jitlestew id-dokumenti għas-sejħa għall-offerti.
Iż-żmien biex jibda x-xogħol jiddependi minn diversi fatturi, fosthom:
mill-volum tax-xogħol meħtieġ;
il-ħtieġa jew le ta' permessi mill-MEPA;
il-bżonn jew le ta' ħruġ ta' sejħa għall-offerti;
jekk ix-xogħol jinvolvix bini perikoluż; u
jekk l-applikant ikunx lest li jsib kuntrattur u jissorvelja x-xogħol hu stess.
Tista' il-Ministru tgħid minn min hu magħmul il-bord ta' l-appelli tas-sigurta' soċjali? Kull meta jiltaqa'? Kemm ilu ma jiltaqa'? Jista' jgħid meta se jinstema l-każ tas-sinjura li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Il-Bord li jittratta appelli minn deċiżjonijiet tad-Direttur tas-Sigurta' Soċjali hu maħtur skond l-Artikolu 107 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali (Kap. 318). Il-Bord ikun kompost minn Arbitru jew Deputat Arbitru u jkun mgħejjun minn panel ta' Assessuri li jirrappreżentaw lill-ħaddiema u lil min iħaddem.
Fil-bidu ta' din is-sena ġie maħtur l-Onor. Imħallef Franco Depasquale bħala Arbitru ġdid iżda l-panel ta' Assessuri għadu ma ġiex maħtur għax id-Dipartiment qed jistenna n-nomini ta' l-Assessuri li jirrappreżentaw lill-ħaddiema biex jiġu maħtura fuq il-panel. Għal din ir-raġuni u peress li d-deċiżjoni ta' meta u kif jinstemgħu l-appelli hu, skond il-liġi, f'idejn l-Arbitru, f'dan l-istadju mhux possibli li ngħati data ta' meta ser jinstema l-każ tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid kemm-il każ ta' separazzjoni kien hemm bejn l-1991 u l-2005 bejn Maltin miżżewġin ma' barranin u kemm minnhom qed jieħdu social benefits?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li ebda dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid meta se jiġu stallati lifts fi blokki 2 u 3 fi Triq Ramija, fis-Siġġiewi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tender għall-istallar tal-lifts li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant qiegħda fil-proċess ta' evalwazzjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li l-familja ta' tmien persuni mill-Birgu - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li jgħixu f'fond wieħed u li għandhom 122 punti u ta' bilfors ikollhom jużaw il-washroom bħall-kamra tas-sodd, jiġu pprovduti b'post tal-gvern mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tgħid x'tama hemm li anzjan ta' 81 sena - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - jiġi pprovdut post alternattiv mid-dipartiment għall-akkomodazzjoni soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali ma għandux applikazzjoni pendenti mingħand il-persuna ndikata.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuna mill-Fgura - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qed tallega li qed tirċievi inqas servizzi soċjali milli suppost?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm ingħataw flus mill-gvern matul is-snin 2000-2004 lill-għaqdiet mhux governattivi? Tista' tagħti rendikont kemm ħadet kull organizzazzjoni sena b'sena bejn l-2000-2004? Il-ministeru jitlob awditjar ta' kif intnefqu dawn il-flus?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li bejn is-sena 2000 u 2004, it-total tal-flus mogħtija lill-NGOs mill-fondi pprovduti apposta għal sapport lil dawn l-NGOs kien Lm3,276,941. Dettalji ta' kif tqassmu dawn il-fondi jidhru fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ninsab infurmata wkoll li l-NGOs li jingħataw għajnuna mill-fond imsemmi, huma obbligati li jagħtu rendikont ta' kif intefqu l-flus. Dan jagħmluh permezz ta' rapport ta' evalwazzjoni darbtejn fis-sena. Dawk l-għaqdiet li jingħataw Lm1,000 jew aktar, huma obbligati wkoll li jibgħatu kopja ta' l-Audited Income and Expenditure Accounts għas-sena relattiva. Dan minbarra li, fejn hemm kuntratt li jirregola x-xiri ta' servizzi mingħand xi NGO, l-NGOs Project Selection Committee, imwaqqaf taħt il-Ministeru tiegħi, għandu wkoll dritt li jitlob evalwazzjoni minn imkejjen oħra jew jibgħat rappreżentant tiegħu biex jara li l-flus ikunu ntefqu kif stipulat fil-kuntratt.
Tista' il-Ministru tgħid x'kienu l-ammonti ta' flus miġbura mill-gvern mill-pensjonijiet u dħul ieħor, bħal kirjiet u dak inkluż fuq valur ta' proprjeta' immobbli (oltre d-dar residenzjali tagħhom) ta' l-anzjani rikoverati fi djar u sptarijiet tal-gvern (speċjalment l-SVPR) xahar b'xahar matul dawn l-aħħar 20 xahar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-kontribuzzjonijiet ta' l-anzjani mnaqqsa mill-pensjonijiet tas-Sigurta' Socjali għall-perijodu indikat huma kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.