Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ħamrun — Skola sekondarja Marria Assunta

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kienet il-popolazzjoni ta’ l-istudenti fis-sena skolastika li għaddiet fl-iskola sekondarja tal-bniet Maria Assunta fil-Ħamrun?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-popolazzjoni ta' l-istudenti fis-sena skolastika li għaddiet fl-iskola sekondarja tal-bniet Maria Assunta fil-Ħamrun kienet 893.

Ħal Kirkop — Kulleġġ San Benedittu

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’ġie deċiż dwar l-iskola ġdida li tinsab fl-inħawi magħrufa bħala tal-Karwija?

Response (GALEA, LOUIS)

L-iskola tinsab f'Ħal Kirkop u mhux fl-inħawi magħrufa bħala tal-Karwija. Din l-iskola ġdida sekondarja subien fetħet għall-ewwel darba illum kif pjanat u laqgħat fiha l-ewwel studenti subien fil-Form 1, Form 2 u Form 3. L-iskola sekondarja subien tifforma parti mill-Kuleġġ San Benedittu.

Għawdex — Skola Ninu Cremona

Question

Jista’ il-Ministru jgħid jekk hux minnu li fl-iskola Ninu Cremona, Għawdex, l-istudenti ta’ l-ewwel sena li kienu jinsabu fl-ewwel u t-tieni klassi ta’ dawk li m’għaddewx mill-eżami tal-Junior Lyceum, kellhom kotba differenti fis-suġġett ta’ l-Ingliż?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Area Secondary hemm sillabi differenti addattati għall-bżonnijiet tat-tfal. Dan jeħtieġ kotba differenti. Fl-Ingliż bħal fil-każ ta' suġġetti oħra, l-kotba tal-Junior Lyceum huma differenti minn dawk tal-kotba ta' l-Area Secondary.

Junior College — Eżami tal-Pure Mathematics

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-pure mathematics? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti mill-kulleġġi tas-sixth form privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). Pure Maths Grad A 41 Grad B 80 Grad C 113 Grad D 69 Grad E 84 Grad F 249 Assenti 20 TOTAL 656

Junior College — Eżami ta' l-accounts

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-accounts? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). ACCOUNTS Grad A 23 Grad B 77 Grad C 158 Grad D 83 Grad E 89 Grad F 141 Assenti 26 TOTAL 597

Junior college — Eżami tal-Franċiż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-Franċiż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). FRANĊIŻ Grad A 7 Grad B 21 Grad C 24 Grad D 22 Grad E 16 Grad F 9 Assenti 1 TOTAL 100

Junior college — Eżami ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-Ingliż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). INGLIŻ Grad A 4 Grad B 15 Grad C 99 Grad D 114 Grad E 256 Grad F 268 Assenti 34 TOTAL 790

Youth support programme

Question

Jista’ il-Ministru jgħid x’tibdil sar fil-youth support programme? Veru li dawn l-applikazzjonijiet din is-sena ma nfetħux u allura bosta għaqdiet ma jistgħux jibbenefikaw minn għotja ta’ flus, żgħira kemm hi żgħira?

Response (GALEA, LOUIS)

L-applikazzjonijiet taħt il-Youth Support Programme fetħu u għalqu u l-Bord qed jikkonsidra u jevalwa dawn l-applikazzjonijiet.

Eżamijiet tal-pure mathematics

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-pure mathematics? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti mill-kulleġġi tas-sixth form privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). Pure Maths Grad A 41 Grad B 80 Grad C 113 Grad D 69 Grad E 84 Grad F 249 Assenti 20 TOTAL 656

Eżamijiet ta' l-accounts

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-accounts? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). ACCOUNTS Grad A 23 Grad B 77 Grad C 158 Grad D 83 Grad E 89 Grad F 141 Assenti 26 TOTAL 597

Eżamijiet tal-Franċiż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata tal-Franċiż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). FRANĊIŻ Grad A 7 Grad B 21 Grad C 24 Grad D 22 Grad E 16 Grad F 9 Assenti 1 TOTAL 100

Eżamijiet ta' l-Ingliż

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm studenti mill-junior college qagħdu għall-eżami tal-matrikola avanzata ta' l-Ingliż? X'kienu r-riżultati tagħhom? Kif jikkomparaw mar-riżultati ta' l-istudenti tas-sixth form mill-kulleġġi privati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-policy tal-Bord tal-MATSEC hija li r-riżultati ta' l-iskejjel individwali ma jkunux ippublikati iżda kull skola jintbagħtulha r-riżulatit ta' l-istudenti tagħha. Fil-livell taċ-Ċertifikat tal-Matrikola, l-Bord jippublika r-riżultati ġenerali biss. Fis-sessjoni ta' Mejju 2005, ir-riżultati tas-suġġett fil-livell avvanzat imsemmi fid-domanda kien kif jidher fit-tabella hawn taħt. Il-figuri juru n-numru ta' studenti li għaddew bi gradi A sa E, li weħlu (grad F) u li kienu assenti mill-eżami. Dawn il-figuri jinkludu l-istudenti li resqu għall-eżami taċ-Ċertifikat tal-Matrikola u għas-suġġett individwali (single subject). INGLIŻ Grad A 4 Grad B 15 Grad C 99 Grad D 114 Grad E 256 Grad F 268 Assenti 34 TOTAL 790

ETC — Spezzjonijiet

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13384 u jgħid kemm saru spezzjonijiet mill-ETC f'postijiet fejn qed isiru proġetti kapitali kbar, bħal ngħidu aħna l-isptar il-ġdid, sabiex taqbad persuni li qed jaħdmu b'mod illegali? Minn dawn l-ispezzjonijiet kemm inqabdu persuni jaħdmu illegalment f'dawn l-aħħar sentejn?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Wied il-Għajn — Skola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13300, jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi differenti li qed jaħdmu fl-iskola primarja ta' Wied il-Għajn? Jista' jagħti wkoll in-numri tat-tenders maħruġa u x'xogħol kien qed jintalab f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Ix-xogħol li qed isir fl-iskola ta' Wied il-Ghajn jikkonsisti fiż-żieda ta' sitt klassijiet, kamra oħra u faċilitajiet sanitarji fit-tielet sular ta' l-iskola. Ix xogħol qed isir minn kuntratturi differenti kif indikat fit-tagħrif li qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Universita'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13487 u jgħid jekk l-universita' għandhiex ħsieb li xi korsijiet ma jiftħux kull sena? Jista' jgħid liema huma dawn il-korsijiet? Jista' jgħid ukoll liema huma l-korsijiet li diġa' mhux qed jiftħu ta' kull sena? B'mod partikolari, jista' jgħid jekk għas-sena akkademika li jmiss u dik ta' wara, il-kors tat-tobba u l-avukati hux se jilqgħu studenti sabiex jibdew l-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull sena l-Universita' toffri madwar disgħin kors, li iżda mhux kollha huma offruti kull sena. Iżda jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-korsijiet tal-Liġi, Mediċina, Dentistrija, Arkitettura, Edukazzjoni, Kummerċ, Arti, Xjenza, Inġinerija u Teoloġija eċċ..dawn kollha qed jiftħu kull sena u ma hemm l-ebda ħsieb li f'xi sena ma jkunux offruti.

ITS — Board of governors

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk il-board of governors ta' l-ITS ġiex nominat? Jekk iva, min huma l-membri tiegħu u meta ġiet fis-seħħ il-ħatra tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Board ta' l-ITS inħatar b'effett mill-5 ta' Settembru u huwa kompost kif ġej:- Is-Sur Reginald Abela -- Chairman Is-Sur Joe Tanti - Membru Is-Sur Edwin Borg - Membru Is Sur Carmel Fsadni - Membru Is-Sur Noel Falzon - Membru Is-Sur Francis Albani - Membru Is-Sinjura Yvonne Pulis - Membru Is-Sur Justin Zammit Tabona - Membru Is-Sur Walter Cassar - Membru Is-Sur Joseph Theuma - Membru

Santa Venera — Xogħlijiet fi skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13663 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Santa Venera mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Sekondarja tas-Subien, Vincenzo Bugeja ta' Sta. Venera sar xogħol ta' tikħil u żebgħa, kemm fuq ġewwa kif ukoll fuq barra. Twaħħal madum u rħam ġdid f'numru ta' klassijiet, laboratorji u kuriduri u sar refurbishment ieħor bħal twieqi u bibien ġodda, kemm ta' l-aluminju u kemm xogħol ta' injam. Inxtraw ukoll white boards għall-klassijiet u sar xogħol ta' tibjid fuq il-faċilitajiet sanitarji kif ukoll sar xogħol ta' titjib fuq is-saqaf ta' l-iskola, u twaħħil ta' roof membrane. Ġie nstallat lift għal persuni bi bżonnijiet speċjali. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 93,000. Dun Xand Cortis Primarja 'A' Saru xogħolijiet ta' upgrading inkluż fis-sala, inbidlu l-aperturi qodma u ġew mibdula b'aperturi ta' aluminju kif ukoll ġie installat lift. Saru wkoll xogħolijiet ta' rħam u ta' roof membrane. Huwa stmat illi l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 25,000. San Franġisk t'Assisi Saru xogħolijiet estensivi li kien hemm ħtieġa kbira għalihom. Saru xogħolijiet strutturali, saru diversi technology workshops armati bil-ħtiġijiet kollha meħtieġa, ġie nstallat lift, inbnew toilets ġodda u ġie upgraded il-blokk il-ġdid ta' l-iskola. Inbnew ukoll numru ta' rampi biex tiżdied l-aċċessibilita'. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 417,000. Patri Manwel Gatt Primarja 'B' Saru diversi xogħolijiet ta' tikħil u ta' żebgħa, kif ukoll oħrajn ta' rħam ġdid u ta' aluminju, u ġie installat lift li qiegħed jintuża wkoll mill-iskola primarja 'A'. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 23,000.

Ħal Qormi — Xogħlijiet fi skejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13664 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal Qormi mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja San Bastjan saru xogħolijiet estensivi li kien hemm ħtieġa kbira għalihom. F'dan il-proġett inbidlu soqfa ta' sitt klassijiet. Ġiet installata sistema ġdida ta' elettriku, twaħħlu aperturi u suffitti ġodda. Sar ukoll rinovament fuq il-faċċata ta' l-iskola. Saru wkoll xogħolijiet oħra ta' aluminium. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 63,000. Ġuże' Galea - Skola Sekondarja tas-Subien Sar rinovament fit-technology workshops u fil-food labs fejn inxtara wkoll apparat ġdid kif ukoll sar xogħol ta' aluminium. Inbnew 2 kmamar u sar xogħol ta' plumbing, elettriku u madum. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' iktar minn Lm 40,000. Ġuże' Cardona - Skola Primarja 'B' Saru xogħolijiet varji ta' kostruzzjoni. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm 1,600. Dun Mikiel Anton Vassalli - Ħandaq Sar xogħol ta' manutenzjoni ġenerali fuq l-iskola inkluż xogħolijiet fuq il-boiler room u wkoll bdil ta' l-aperturi. Sar ukoll chainlink fencing madwar il-playground, xogħol ta' elettriku u żebgħa fil-laboratorji tal-biology u bdil tal-culverts kif ukoll restructuring tat-triq. Intefqu wkoll ammonti sostanzjali biex l-iskola tiġi operabbli f'Settembru ta' l-2003 wara dik il-maltempata ta' ġimgħa qabel l-iskola li għamlet ħafna ħsara. Huwa stmat li l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' madwar Lm 40,000. Wara li nkisbu l-permessi relattivi. Saru t-tħejjijiet meħtieġa għal ħruġ ta' tender għall-bini ta' skola ġdida fuq dan is-sit.

Ħal Kirkop — Xogħlijiet fl-iskejjel ta' l-Istat

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 13665 dwar x'xogħlijiet saru fl-iskejjel tal-gvern f'Ħal Kirkop mill-1994 "il hawn u kemm sewa kull xogħol li sar? X'inhu x-xogħol u kemm huwa stmat li jammonta x-xogħol proġettat li jsir fil-futur qarib?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskola Primarja 'Ċ' ta' Ħal Kirkop saru xogħolijiet ta' skavar u ta' kostruzzjoni biex inbena ġibjun fil-'playground' ta' l-iskola, u 're-surfacing' tal-'playground', kif ukoll xogħol ta' tikħil u żebgħa, u saru diversi xogħolijiet żgħar oħra. Huwa stmat illi l-investiment li sar f'din l-iskola s'issa kien ta' Lm50,000. Inbniet ukoll l-iskola sekondarja għas-subien fil-Kulleġġ San Benedittu. Huwa stmat illi l-investiment f'din l-iskola jilħaq it-Lm3,000,000.