Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29365 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Safar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefaq fuq safar bejn l-1 ta' Jannar 2001 u l-aħħar ta' Settembru 2001 fil-Ministeru li jaqa taħt ir-responsabbilita tiegħek? Kemm min dan l-infieq kien fuq safar relatat mal-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ tal-Unjoni Ewropeja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bejn l-ewwel ta' Jannar, 2001 sa l-aħħar ta' Settembru, 2001 in-nefqa totali fuq safar fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni kienet ta' Lm22,321. Minn din is-somma, Lm12,324 kienu infieq fuq safar relatati ma' l-applikazzjoni ta' Malta biex issir membru sħiħ ta' l-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #29413 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tariffi

Question

Jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żiedet fit-tariffi kemm permezz ta avviżi legali kif wkoll mhux permezz ta' dawn, li l-Gvern introduċa minn Novembru 2000 sal-lum, inklużi xi korporazzjonijiet jew awtoritajiet/instituzzjonijiet li jistgħu jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? F'dawn il-każi tistax tindika kif kienu it-tariffi qabel dik id-data u kif saru illum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-unika żieda fit-tariffi li ġiet intordotta minn Novembru 2000 sal-lum fid-dekasteru tiegħi kienet mill-Universita` ta' Malta. Din iż-żieda saret bl-Avviż Legali Nru. 260 ta' l-2001 li jemenda r-Regolamenti dwar Ħlasijiet li għandhom jitħallsu għall-Matrikola u Ċertifikat ta' Edukazzjoni Sekondarja ta' l-Universita` ta' Malta. Ma dawn il-figuri hemm ukoll it-tariffi ta' qabel li bdew iseħħu fl-1993: 2001 1993 Lm Lm Ħlas għar-Reġistrazzjoni 5.00 3.00 Eżami tal-Matrikola Livell Avvanzat* 9.00 8.00 Eżami Prattiku* 3.00 2.00 Eżami Livell Intermedjarju* 8.00 7.00 Eżami għal Ċertifikat ta' Edukazzjoni Sekondarja 6.00 5.00 Ħlas addizzjonali għal reġistrazzjoni tardiva 20.00 5.00* * għal kull suġġett meħud.
Leg 9 PQ #29480 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Villa Rumana

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti jinforma l-kamra x'xogħolijiet saru u qed isiru in konnessjoni mal-Villa Rumana ġewwa r-Rabat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li din is-sena se jsiru numru ta' interventi ta' manutenzjoni fuq il-bini biex tittejjeb l-istruttura u s-servizzi ta' dan il-Mużew. Dawn qed isiru b'kollaborazzjoni bejn id-Dipartiment tal-Mużewijiet u l-Malta Tourism Authority. Ix-xogħlijiet li ser isiru huma s-segwenti. 1. Faċilitajiet sanitarji ġodda 2. Restawr u manutenzjoni ta' l-aperturi 3. Tibdil ta' twieqi u persjani miksura 4. Installazzjoni ġdida tas-sistema ta' l-elettriku, ta' l-ilma u tad-dranaġġ 5. Tagħmir ta' l-elettriku ġdida 6. Manutenzjoni tar-roof membrane 7. Tikħil u tibjid tal-bini 8. Installazzjoni ta' sistemi ta' sigurta` 9. Xiri ta' vetrini ġodda 10. Installar ta' tabelli ta' tagħrif. 11. Ħolqien ta' Uffiċini
Leg 9 PQ #29487 Sitting 633 2001-11-06 Oral · Final From: CHRIS CARDONA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħaddiema taċ-Ċentru għar-Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li mpjegati/ħaddiema taċ-Ċentru għar-restawr mhux ser jitħallsu l-pagi tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ma jirriżultalix korrett it-tagħrif fil-Mistoqsija.
Leg 9 PQ #29264 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Head Dressing School — Applikazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid billi l-applikanta li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament għall-head dressing school minkejja li ma intgħażlitx ma dawk magħżula irriżulta li kellha għadd tal-punti żbaljati kif ġie ikkonfermat meta uffiċjal tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni għamel recounting tal-punti li hija ġabet, tistgħax tinvestiga l-ilment tagħha li hi ġiet maqbuża mil-lista finali ingustament? Meta issir din l-investigazzjoni ta' dan l-ilment jistgħax jittieħed nota tal-fatt li il-prospectus applikabbli ma kienx dak ta' academic school iżda ta skola oħra ta' taħriġ? Billi il-każ kellu jiġi riferut lill-ombudsman ma taħsibx li il-Ministeru għandu jinvestiga dan il-każ mill-ġdid minn issa ħalli l-applikanta ma titlifx it-turn xieraq tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-uffiċjal responsabbli fid-Dipartiment konċernat, mhux fil-Ministru, ċaħad kategorikament li qatt ikkonferma li kien sar xi żball. L-istess uffiċjal spjega lill-applikanta li l-marki li kienet ingħatat kienu dawk korretti. L-investigazzjoni mitluba mill-Onor. Membru diġa` saret mill-Office of Review tal-Ministeru u rriżulta li l-mod kif inħadmu l-marki kien skond il-kriterji u prattika stabbilita għal numru ta' snin, kif ukoll li l-għadd tal-marki li ingħatat kien korrett. Il-complainant ġiet spjegata dan b'mod l-aktar ċar u ġiet mgħarrfa li hi ma ġietx maqbuża mil-lista finali. Naturalment ma kienx ikun ġust għall-kumplament ta' l-applikanti kieku kellhom jinbidlu l-kriterji issa biex jakkomodaw lill-complainant. Diġa` ttieħdet nota biex fil-prospektus jiġu spjegati b'mod aktar ċar il-kriterji diġa` eżistenti u adottati għall-kors in kwistjoni. Sadattant id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għadha għaddejja bil-każ quddiem l-Ombudsman.
Leg 9 PQ #29274 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se toħroġ l-ismart card tal-istudentessa under seperate cover universitarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenta li għaliha tirreferi din id-domanda għandha aktar minn 30 sena u għalhekk m'hix intitolata għall-istipendju b'mod awtomatiku. L-applikazzjoni tagħha għall-istipendju waslet għand il-Bord fl-20 ta' Ottubru u qed tkun eżaminata flimkien ma' applikazzjonijiet oħra. Deċiżjoni dwar din l-applikazzjoni tittieħed din il-ġimgħa.
Leg 9 PQ #29276 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Segretarju ta' l-Iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel li għandhom il-post ta' segretarju ta' iskola vakanti? X'qed isir biex jimtlew dawn il-postijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa għaddej eżerċizzju biex jimtlew is-sittax-il post vakanti ta' School Secretary. Ir-riżultat tas-Sejħa għall-Applikazzjonijiet ġie ppubblikat fit-18 ta' Ottubru 2001 u hu mistenni li fil-ġranet li ġejjin jiġu assenjati fl-iskejjel dawk il-kandidati appuntati u li għadhom interessati fil-post.
Leg 9 PQ #29277 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Smart Card

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għad fadal studenti post-sekondarji u terżjarji li huma intitolati għall-ismart card iżda għadhom ma ħaduhiex? Meta se jieħduha?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Bord ma għandu ebda listi ta' studenti li huma intitolati għall-ismart card u li għadhom ma ħarġux. Hemm numru ta' studenti li għad ma ħadux il-card tagħhom. Dawn huma każi ta' studenti li l-listi tagħhom għad ma waslux għand il-Bord mill-Fakultajiet rispettivi tagħhom fl-Universita`. Hemm studenti oħra li kienu qed jistennew riżultati ta' 'resits' u issa li għandhom riżultati pożittivi qed jibdlu l-istituzzjoni edukattivi tagħhom jew għadhom qed jistennew jiġu msejħa għal xi kors partikolari.
Leg 9 PQ #29279 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Complement tas-Support Staff

Question

Jista' l-Ministru jgħid f'kull skola statali x'inhu l-complement tas-support staff 1) responsabbli mit-tindif 2) manutensjoni 3) klerikali Kemm hemm neqsin minn dan il-complement f'kull skola?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29286 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST — Studenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' ser jiġri minn dawk l-istudenti li applikaw sabiex jidħlu fl-MCAST u baqgħu barra? Kemm hemm minnhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, it-tagħrif diġa` ġie ppubblikat u poġġut fuq il-Mejda tal-Kamra. F'kull sena dejjem kien hawn studenti li xtaqu jtejjbu l-edukazzjoni tagħhom jew jagħmlu xi kors Post Sekondarju u t-talba tagħhom ma setgħetx tintlaqa`. Bil-miżuri li ħa l-Gvern din is-sena inħolqu opportunitajiet ġodda aktar minn snin oħra.
Leg 9 PQ #29289 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm nefaq l-Ministeru u Dipartimenti li jaqgħu taħtu, fuq hiring, u leasing u xiri ta' vetturi matul s-snin 1999, 2000, 2001 sal-llum?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li mill-1999 sa l-2001, id-Dipartimenti li jaqgħu taħt il-Ministeru ta' l-Edukazzjoni nefqu dan li ġej fuq kiri u xiri ta' vetturi. Sena Kiri Xiri Lm Lm Ministeru u Servizzi 1999 12,263.39 5,020.00 Korporattivi 2000 13,878.90 5,920.00 2001 9,047.51 5,502.00 (sa Settembru) Segretarju Parlamentari 1999 2,687,00 ---- 2000 2,803.00 10,994.00 2001 1,305.00 ---- (sa Awissu) Dipartiment taż-Żgħażagħ 1999 4,941.00 ---- u Sport 2000 5,421.00 ---- 2001 4,411.00 ---- (sa Settembru) Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 1999 13,241.00 ---- 2000 28,036.00 ---- 2001 28,217.00 ---- Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1999 195.00 ---- 2000 1,573.00 4,900.00 2001 406.00 ---- (sal-11 ta' Ottubru) Dipartiment tal-Libreriji 1999 ---- 5,175.00 u Arkivji 2000 ---- 173.00 2001 ---- ---- Dipartiment tal-Mużewijiet 1999 6,181.00 ---- 2000 6,848.00 5,460.00 2001 5,502.00 ---- Dipartiment tal-Kultura 1999 9,844.47 ---- 2000 12,238.45 ---- 2001 8,254.29 ---- (sa Awissu)
Leg 9 PQ #29362 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MBA

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li daħlu għall-kors tal-MBA f' Ottubru 2001? Kemm minnhom ġejjijn mis-settur taċ-ċivil? Fil-każ ta' dawk ġejjijn miċ-ċivil kemm minnhom u min huma dawk l-istudenti li huma sponsorjati direttament jew indirettatament miċ-ċivil jew xi koperativa fis-settur taċ-ċivil?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' kandidati li ġew aċċettati għall-korsijiet li jwasslu għall-MBA huwa 117. Għar-rigward tat-tieni mistoqsija l-Universita` m'għandhiex tagħrif dwar min iħaddem lill-istudenti. L-Universita` għad m'għandhiex informazzjoni dwar studenti li huma sponsorjati diretti jew indiretti miċ-Ċivil.
Leg 9 PQ #29393 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: JOHN VELLA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Curriculum Nazzjonali

Question

Skond il-curriculum nazzjonali t-tagħlim suppost li jkun individwaliżat skond il-bżonnijiet ta' kull tifel u tifla. Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir f'dan ir-rigward f'każi ta' tfal li jbatu minn dyslexia? Se jkollhom faċilitajiet bħal ez. leżjonijiet rekordjati, readers għal comprehension u maths kemm fil-klassi kif wkoll waqt eżamijiet, l-użu tal-computers etc?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-verita` hi li fadal ħafna aktar xi jsir biex tassew inkunu mħejjija ngħinu t-tfal f'dan il-qasam. Informat li fil-każijiet fejn tfal ikollhom problema tad-dyslexia l-għalliema jkunu infurmati biex kemm jista' jkun isiru xi arranġamenti fil-klassi. Informat li lezzjonijiet rekordjati aktar jistgħu jfixklu lit-tfal ta' eta` primarja jew sekondarja. Minkejja dan, xi kultant kien hemm bżonn li jaqrawlhom il-'comprehension' jew 'maths problems'. Meta jkun hemm problema severa tad-dyslexia dan it-tip ta' arranġamenti jsiru anke matul l-eżamijiet. Bħalissa qed nistenna rapport bi proposti konkreti li tlabt xi żmien ilu mid-Dipartiment konċernat għall-iżvilupp ta' dan is-servizz.
Leg 9 PQ #29396 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: DOLORES CRISTINA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mature Students

Question

Jista' l-Ministru jgħid x' inhu n-numru ta' mature students li qed jistudjaw għal 1) degrees 2) diplomas? Kemm minn dawk l-istudenti huma nisa? Hemm il-ħsieb li dawn l-istudenti jingħataw il-faċilita' tal-ismart card biex ikunu megħjuna fl-ispejjeż tal-istudji tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ma tirreġistrax studenti bħala 'mature students'. Hemm provediment fir-regolamenti għad-dħul li jippermetti li studenti li għandhom il-fuq minn 23 sena jkunu reġistrati f'kors anke jekk ma jkollhomx ir-rekwiżiti ġenerali għad-dħul sakemm ikollhom kwalifiki oħra, inkluża esperjenza, li tissodisfa lil Fakulta` li huma jistgħu jsegwu l-kors. Għalkemm dawn l-istudenti jidħlu f'kors taħt din il-klawsola, komunament magħrufa bħala l-maturity clause, huma jkunu rreġistrati bħala studenti regolari bħall-istudenti l-oħra kollha. Din is-sena daħlu studenti taħt din il-klawsola kif ġej: 157 - f'korsijiet li jwasslu għal Certificate jew Diploma 130 - f'korsijiet li jwasslu għal Degree. Skond il-Legal Notice tal-Maintenance Grant dawn l-istudenti mhux awtomatiku li jieħdu l-istipendju, iżda dawk li huma breadwinners jew jagħtu prova lill-Bord li għandhom ċirkostanzi ta' tbatija fil-familja tagħhom, jingħataw il-Maintenance Grant. Il-Bord din is-sena rċieva 9 talbiet minn dawn l-istudenti li 5 minnhom kienu approvati.
Leg 9 PQ #29473 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Interim From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra kemm hemm studenti reġistrati fl-Universita' ta' Malta minn Bormla, Birgu, Senglea, Fgura, Kalkara, Xgħajra u Żabbar u possibilment billi jiġu indikati s-sess tagħhom sena b'sena kif ukoll l-korsijiet rispettivi li qed jieħdu ?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29475 Sitting 632 2001-11-05 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizzi tal-Mosta

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-kamra għall-liema raġuni l-fortizzi tal-Mosta ma humiex jinfetħu regolarment għall-pubbliku speċjalment meta f'waħda minnhom hemm ġabra tajba ta' kanuni ta' divers epoki li qed issa jiġbru s-sadid?

Response (GALEA, LOUIS)

Filwaqt li dawn il-fortizzi jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Forzi Armati ta' Malta, tlabt lid-Direttur tal-Mużewijiet jibgħatli rapport dwar l-istat u l-użu tagħhom u tal-patrimonju li hemm fihom kif ukoll x'miżuri nistgħu nieħdu.
Leg 9 PQ #29036 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani dwar x'progress sar dwar it-talba tar-Rabat Scout Group sabiex ikollhom ċentru ġdid fir-Rabat ħalli jkomplu jorganizaw lit-tfal tal-familji residenti fir-Rabat u l-Mtarfa? Meta fil-fatt se tiġi milqugħa t-talba tar-Rabat Scout Group.

Response (GALEA, LOUIS)

Il-materja qed tiġi trattata.
Leg 9 PQ #29086 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Allowance

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inħarġu allowance varji mill-Ministeru/Dipartimenti lil impjegati matul din is-sena? Jista' wkoll jgħid grad grad min ibbenifika minn dawn l-allowance u kemm ħadu kull grad? X' tip t' allowance ħadu l-imsemmija impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Jonqos jinġabar tagħrif minn tliet Dipartimenti u għaldaqstant tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29227 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm staff universitarju għandu l-grad ta' technician u qed jagħmel xogħol akkademiku? Meta se jingħataw il-grad akkademiku għax-xogħol li qed jagħmlu?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #29228 Sitting 631 2001-10-31 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm akkademiċi universitarji li qed jistennew li jingħataw promozzjoni fl-Universita? Meta se toħroġ il-promozzjoni? X' xogħol jonqos isir biex jingħataw il-promozzjonijiet pendenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li minn 183 applikazzjonijiet għal promozzjoni f'livelli differenti akkademiċi fl-Universita`, fadal jiġu deċiżi 20. Il-kwestjoni tal-promozzjoni tkun tista' tiġi deċiża appena l-Universita` tirċievi r-rakkomandazzjonijiet ta' assessuri indipendenti barranin.