Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #11146 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati f’kull dipartiment tal-Air Malta f’dawn l-aħħar 12-il xahar? Kemm kienu full-time u kemm kienu part-time? Taħt liema kundizzjonijiet ġew ingaġġati?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #11147 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – laqgħat

Question

Peress li qed isiru sforzi fis-swieq Asjatiċi biex tinbiegħ il-kumpanija Air Malta, jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm laqgħat ma’ kumpaniji varji dwar l-Air Malta? F’liema stadju waslu dawn it-taħditiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor.Interpellant illi f’dan l-istadju ma hemm l-ebda pjan li tinbiegħ l-Air Malta kif hu qed jallega fil-mistoqsija tiegħu.
Leg 12 PQ #11148 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Għawdex – ITS — korsijiet

Question

Jista’ l-Ministru jinforma meta reġgħu bdew il-korsijiet fl-Istitut tal-Istudji Turistiċi (ITS) ġewwa Għawdex? X’korsijiet huma offruti u kemm hemm studenti li qed jattendu għal dawn il-korsijiet?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi s-sena skolastika tal-ITS bdiet fid-29 ta’ Settembru 2014. Hemm kors wieħed li beda fuq bażi full time bl-isem ta’ Diploma in Food Preparation and Production, b’total ta’ tlettax-il student. Qiegħdin naħdmu sabiex nibdew il-korsijiet part time bl-isem ta’ ‘Kitchen and Larder’ u ‘Pastry and Baking’ fil-livelli basiċi u intermedji.
Leg 12 PQ #11149 Sitting 185 2014-10-13 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA – postijiet vakanti

Question

Jista’ l-Ministru jinforma kemm hemm postijiet tax-xogħol vakanti fl-Awtorità għat-Turiżmu ta’ Malta? X’postijiet hemm vakanti? Se jkun hemm call for applications biex jimtlew dawn il-postijiet? Jekk fl-affermattiv, meta ser isiru?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10470 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: MARTHESE PORTELLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – lista aġġornata tal-persons of trust

Question

Jista’ l-Ministru jressaq lista aġġornata li fiha jelenka l-ismijiet tal-konsulenti (inkluż persons of trust) li taw u ta’ dawk li għadhom qegħdin jagħtu is-servizz tagħhom lid-dekasteru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #10559 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu? Liema hija l-kariga ta' dawn in-nisa?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10560 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn Marzu 2013 sal-lum kemm inħatru nisa f'pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10561 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu – persuni f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu l-persentaġġ ta' nisa u rġiel li jokkupaw pożizzjoni ta' deċiżjoni fi ħdan id-dipartimenti li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru tiegħu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba ser titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #10603 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għat-Turiżmu

Proprjetà tal-ITS

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsibijiet tal-Gvern għall-proprjetà li tospita l-ITS ġewwa Pembroke? Jiċħad jew jikkonferma li l-bini huwa jew jista' jkun soġġett għal trasferiment lill-Privat?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-risposta ser tingħata fis-seduta li jmiss.
Leg 12 PQ #10607 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — xogħlijiet lill-Kumpanija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-kumpaniji li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn Jannar 2000 u Marzu 2013, sena b’sena? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi ma ngħata l-ebda xogħol lill-kumpanija msemmija bejn Jannar 2000 u Marzu 2013.
Leg 12 PQ #10624 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: TONI BEZZINA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ħaġar Qim — turisti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta’ turisti li żaru Ħaġar Qim fis-sena 2013, xahar b'xahar?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkoncernat.
Leg 12 PQ #10632 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: PAULA MIFSUD BONNICI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kunsill Lokali tal-Ħamrun, il-Pieta u l-Marsa – attivitajiet kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta' flus għall-iskema ta' finanzjament għall-attivitajiet kulturali tal-Kunsilli Lokali tal-Ħamrun, il-Pietà/Gwardamangia u l-Marsa għas-sena 2013? Jista' jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati u kemm ġiet tiswa fi flus kull attività?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat
Leg 12 PQ #10701 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta — Loaders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx ċaqliq, jew ħsieb ta’ ċaqliq fil-loaders tal-Air Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija timpjega għas-sajf b’mod temporanju numru ta’ part-timers li iffirmaw kuntratt individwali. Dan il-ftehim ser jiġi onorat mill-kumpanija sat-terminu tiegħu. Il-kumpanija tirrevedi il-pożizzjoni tagħha fil-mument opportun meta dawn il-kuntratti jiskadu.
Leg 12 PQ #10702 Sitting 184 2014-07-25 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

Air Malta – Seat Factor

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien is-seat factor tal-Air Malta minn Jannar sa Ġunju 2014? Kif qed jidher is-seat factor f’Lulju u Awwissu?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi din l-informazzjoni hija kummercjalment sensittiva u għalhekk ma tistax tingħata
Leg 12 PQ #10367 Sitting 182 2014-07-21 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett EDEN

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 10298 jista' l-Ministru jgħid liema kienet il-lokalità nominata għall-Proġett EDEN fis-sena 2013 u jekk din il-lokalità għaddietx mill-kriterji mitluba mill-Kummissjoni Ewropea ?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi b’referenza għar-risposta li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 10298, fis-sena 2013 ma kien hemm ebda nominazzjoni ta’ lokalità. Il-proġetti li ġew ippreżentati ma ffukawx fuq il-parametri li ħejjiet il-Kummissjoni għal din is-sejħa. Kien hemm proġett sottomess mill-Kunsill ta’ San Lawrenz li laħaq l-għan prinċipali tas-sejħa, iżda dan ma setax jiġi innominat jew jingħata premju, għaliex l-inizzjattiva ġiet implimentata barra ż-żmien eliġibli ta’ din is-sejħa
Leg 12 PQ #10336 Sitting 180 2014-07-17 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Bajjiet tal-Għadira u ta’ Golden Bay – Proċess ta’ Sand Sifting

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hi l-frekwenza fil-ġimgħa tal-proċess ta’ sand sifting fuq il-bajjiet tal-Għadira u Golden Bay? Kemm se jkun qed jiġi jiswa dan il-proċess bejn Mejju 2014 u Settembru 2014?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-frekwenza tas-Sand Sifting fis-Sajf 2014: 1. Fil-bajja tal-Għadira: · F’Ġunju darba fil-ġimgħa · Minn Lulju sa Settembru darbtejn fil-ġimgħa u darba fil-ġimgha ta’ wara, jiġifieri tliet darbiet kull ħmistax. 2. Fil-bajja ta’ Golden Bay: · Minn Ġunju sa Settembru darba fil-ġimgha Dawn ser jiswew lil Awtorità Maltija tat-Turiżmu: €17,250.00 għall-Bajja tal-Għadira u €7,735 għal dik ta’ Golden Bay.
Leg 12 PQ #8961 Sitting 179 2014-07-17 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruise Ships – żjarat f’Malta

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk sabiex il-cruise ship li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament jerġa’ jibdatjiġi Malta, sarux xi commitments finanzjarji mill-Gvern u/jew minn entitajiet governattivi bħal Transport Malta jew l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu sabiex il-kumpanija tiġi b'xi mod aġevolata fl-ispejjeż marbutin maż-żjarat tal-vapuri tagħha f'Malta?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Awtorità ta’ Malta dwar it-Turiżmu tagħmel diversi agreements ta’ marketing ma’ operaturi li jaħdmu għall-Malta. Ovvjament dettalji dwar dawn l-aġenti huma ta’ natura kummerċjali u sensittivi.
Leg 12 PQ #10298 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett EDEN

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk pajjiżna ħax sehem fil-Proġett EDEN fis-sena 2013? Jekk le, jista’ jgħid għal liema raġuni?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 pajjiżna ipparteċipa fil-Proġett EDEN It-tema għas-sena 2013 kienet tirrelata ma’ aċċessibilità fit-turiżmu.
Leg 12 PQ #10299 Sitting 175 2014-07-14 Oral · Final From: ROBERT CUTAJAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Proġett EDEN

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-pjanijiet futuri tal-Gvern għall-Proġett EDEN? Kemm hemm flus ivvutati mill-Gvern għal dan il-proġett?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Gvern għandu l-intenzjoni li jkompli jipparteċipa f’din l-inizzjattiva b’kollaborazzjoni mal-Kummissjoni Ewropea. Qed isir ix-xogħol neċessarju kollu sabiex Malta tħejji s-sottomissjoni tagħha għal din is-sena. It-tema titratta prodotti gastronomiċi li jsaħħu u jarrikkixxu id-diversità tal-prodott turistiku Malti. Il-finanzjament għall-proġett taħt din is-sejħa m’għandux jeċċedi €50,000.
Leg 12 PQ #10159 Sitting 172 2014-07-07 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

MIA — terminal

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk skont il-kuntratt li għandha l-MIA, kull passiġier li jasal Malta bl-ajru irid jgħaddi mit-terminal tagħhom? Jekk għandhom dan it-tip ta' monopolju, għal kemm-il sena ingħata? Jista' jpoġġi kopja tal-kuntratt tal-MIA fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)

L-MIA hija l-kumpanija li ġiet mogħtija liċenzja fl-2002 biex topera fl-ajrudrom ta’ Ħal Luqa għal ħamsa u sittin (65) sena. Bħalissa dan huwa l-uniku ajrudrom liċenzjat mid-Direttorat tal-Avjazzjoni Ċivili.