Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il karozza tal-linja tat-trasport pubbliku daħlet għat-tiswija (mhux normal maintenance routine) bejn l-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta illi l-kumpanija illi llum tmexxi l-operat tat-trasport pubbliku hija entità privata u għaldaqstant l-informazzjoni illi qiegħda tkun mitluba ma tistax tingħata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il breakdown ta’ karozza tal-linja tat-trasport pubbliku kien hemm bejn l-1 ta’ April 2015 sad-data li fiha saret din il-mistoqsija parlamentari?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlametari 17105.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li, l-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku li hemm fuq ir-rotot kollha għandhom l-arja kundizzjonata taħdem bejn l-1 ta’ Ġunju 2015 sad-data li fiha qed issir din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li fil-preżent, il-flotta kollha għajr għaxar vetturi li qegħdin jintużaw fuq is-servizz tat-trasport pubbliku huma mgħammra b’arja kkundizzjonata. Nitlob lill-Onor. Interpellanta tirreferi wkoll għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 15990.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhuma l-ħinijiet u x’tip ta’ rosters għandhom ix-xufiera tal-karozzi tal-linja tat-trasport pubbliku? Jista’ jgħid x’pagi għandhom dawn il-ħaddiema?
Response (MIZZI, JOE)
Nitloba lill-Onor. Interpellant tirreferi għat-tweġiba li ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 17105.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm parkers awtorizzati li jagħmluha ta' parkers fil-lokalità ta' San Pawl il-Baħar? F'liema partijiet ta' San Pawl il-Baħar huwa awtorizzati li jkun hemm ħlas ta' servizz ta' parker f'din l-istess lokalità? F'kull każ, kemm ilu awtorizzat li jagħmilha ta' parker f'dawn il-postijiet differenti li għadna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi hemm żewġ persuni li huma awtorizzati joperaw bħala car park attendants mis-sit ta’ parkeġġ li jinsab fi Triq il-Maskli fil-Qawra, li huwa l-uniku sit ta’ parkeġġ amministrat minn Transport Malta fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar.
Infurmat ukoll li dawn iż-żewġ persuni ilhom awtorizzati li joperaw minn dan is-sit mis-7 ta’ April tal-2003, u mill-14 ta’ Frar tal-2003 rispettivament.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 16982, billi jidher li parti sostanzjali mill-istess triq hi mibnija, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema huma l-kriterji fil-policies ta' Transport Malta li mhumiex milħuqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kull triq trid tinbena b’konformita’ ma’ Artiklu 7 tal-A.L. 29 tal-2010, Regolamenti Dwar Toroq Ġodda u Xogħlijiet f’Toroq. F’din it-triq partikulari, b’mod speċifiku, ninsab infurmat li l-ħitan tal-lqugħ (retaining walls) għadhom mhux mibnija mill-iżviluppaturi/sidien/residenti skont kif tobliga l-Liġi.
Billi spiss qed jirriżulta li meta jinħarġu permessi għall-bini f'inħawi li diġà huma residenzjali, qed ikun hemm ħsara fit-toroq li jkunu lesti, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk qattx kien hemm diskussjonijiet mal-Awtorità ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex fejn ikun hemm żviluppi pjuttost kbar, jiġi assigurat li l-istess żvilupp ma jirrovinax it-triq eżistenti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-permessi maħruġa mill-Awtorità dwar l-Ambjent u l-Ippjanar diġà jorbtu lill-applikanti mal-kundizzjonijiet imposti minn Transport Malta għal xogħlijiet fit-toroq li għalihom ikun irid jinħareġ ukoll permess minn Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — persuni impjegati
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 17044 jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru totali ta' impjiegi fil-gradi kollha li saru mill-entitatjiet (bħal Dipartimenti, Kunsilli, Awtoritajiet, Kummissjonijiet, Aġenziji eċċ.) kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu fil-perjodu indikat? Kemm minn dawn l-impjegi kienu ta' persuni rikonuxxuti uffiċjalment bħala persuni b'diżabilità?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-perjodu msemmi ġew impjegati 168 persuna mill-Ministeru tiegħi, d-dipartimenti, l-entitajiet u korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu. Minn dawn kien hemm 7 persuni rikonoxxuti uffiċjalment bħala persuni b’diżabilità.
B'referenza għat-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari 16815 u 17197, jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders bejn Marzu 2013 sa Mejju 2015 mill-MTI jew Transport Malta? Jista' jgħid liema kumpanija jew kumpaniji kienet inkarigata biex tagħmel dan ix-xogħol b'direct order?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta ma għandha l-ebda rekords ta’ direct orders f’dan ir-rigward.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-manutenzjoni ta' Triq Luqa f'Raħal Ġdid hijiex responsabilità tal-Kunsill Lokali jew ta' Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Nitolob lill-Onor. Interpellant jispeċifika għal liema parti tat-triq qed jirreferi minħabba l-fatt li mhux it-triq kollha taqa’ taħt ir-responsabilta’ ta’ Transport Malta.
Transport Malta — kostruzzjonijiet u manutenzjonijiet ta' toroq
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm-il kilometru toroq, sija kostruzzjoni u sija manutenzjoni, għamlet Transport Malta bejn l-2008 u l-2013?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni hekk kif rikjesta tirrekjedi ammont kbir ta’ ħin u riżorsi, li preżentament mhumiex disponibbli għad-dipartimenti kkonċernati peress li r-riżorsi huma ffukati fuq deliverables importanti.
Transport Malta – xogħlijiet ta’ kostruzzjoni, turnkey u road works subcontracted
Question
Jista’ l-Ministru jgħid hijiex preżenzjalment il-prassi ta’ Transport Malta li meta kuntrattur jingħata xogħlijiet ta’ kostruzzjoni turnkey jew road works, tali kuntrattur jitħalla li x-xogħlijiet kollha/parti mix-xogħlijiet jiġu subcontracted lill-kuntrattur ieħor? Jekk iva, f’liema stadju qed jitħalla jsir dan? Jekk iva, x’inhi tagħmel Transport Malta biex tassigura li kwalunkwe xogħol li jiġi subcontracted tiġi nfurmata bih u tapprovah?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li kull dokument għas-sejħa għall-offerti maħruġ minn Transport Malta jagħmel provediment fejn il-kuntrattur jista’ jinnomina sub-contractor. Għaldaqstant, dan l-istess sub-contractor jifforma parti mill-kuntratt finali.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-job description u t-terms of reference tas-Senior Operating Officer li nħatar fuq bażi ta’ person of trust ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn inħass il-bżonn li tali kariga m’għandhiex tkun abbażi ta’ sejħa pubblika iżda nħass il-bżonn li tali kariga għandha timtela minn persuna li għandha tkun hand picked? Jista’ jgħid x’salarju għandu/għandha, inkluż kwalunkwe perkaċċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li tokkupa l-grad ta’ Senior Operating Officer ġiet ingaġġata bħala person of trust minħabba s-sensittivita’ ta’ din il-pożiżżjoni. Il-funzjoni tas-Senior Operating Officer huwa li jassisti ċ-Ċermen / Kap Eżekuttiv fl-operat u l- amministrazzjoni ġenerali tal-Awtorita’.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-job description u t-terms of reference tal-Acting CIO li nħatar bħala tali fuq bażi ta’ person of trust ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn inħass il-bżonn li tali kariga m’għandiex tkun abbażi ta’ sejħa pubblika iżda nħass il-bżonn li tali kariga għandha timtela minn persuna li għandha tkun hand picked? Jista’ jgħid x’salarju għandu/għandha, inkluż kwalunkwe perkaċċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-persuna li tokkupa l-grad ta’ Acting CIO ġiet ingaġġata bħala person of trust minħabba s-sensittivita’ ta’ din il-pożiżżjoni. L-Acting CIO huwa responsabbli mid-Direttorat tal-ICT u għandu l-funzjoni li jiżviluppa u jimplimenta policies u proċeduri fit-teknoloġija tal-informatika bil-għan li tiżdied l-effiċjenza u l-qsim tal-informazzjoni.
Transport Malta – Manager Media and Communications
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-job description u t-terms of reference tal-Manager Media and Communications li nħatar bħala tali fuq bażi ta’ person of trust ma’ Transport Malta? Jista’ jgħid x’kienet ir-raġuni għalfejn inħass il-bżonn li tali kariga m’għandhiex tkun abbażi ta’ sejħa pubblika iżda nħass il-bżonn li tali kariga għandha timtela minn persuna li għandha tkun hand picked? Jista’ jgħid x’salarju għandu/għandha, inkluż kwalunkwe perkaċċi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellanta li l-funzjoni ta’ Manager Media & Communications huwa li jippromwovi l-operat tal-Awtorita’ permezz ta’ kampanji pubbliċitarji u attivitajiet ta’ relazzjonijiet pubbliċi. Speċifikament, huwa wkoll responsabbli mill-fotografija, iffilmjar u editjar tal-materjal promozzjonali kollu sabiex jistabilixxi l-preżenza tal-Aworita’ fuq mezzi ta’ social media bħalma huma Facebook, Twitter etc.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus lill-kumpanija Autobuses de Leon bejn l-1 ta’ Jannar 2015 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid x’bilanċ kien hemm ma’ Autobuses de Leon fl-aħħar ta’ Mejju 2015?
Response (MIZZI, JOE)
Nifhem li l-Onor. Interpellanta qegħda tirreferi għas-sussidju illi l-Malta Public Transport tħallsu għall-perjodu ta’ bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena. Għaldaqstant, m’għandi xejn aktar x’inżid mat-tweġiba illi ngħatat għall-Mistoqsija Parlamentari 16179.
Jista' l-Ministru jara li jerġgħu jinżebgħu s-sinjal li Transport Malta kienet għamlet fil-parti ta' Triq Pantar il-Mosta li tmiss ma' Triq il-Belt Valletta, liema sinjali għenu sostanzjalment biex it-traffiku jiġi direzzjonat kif suppost?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Triq Pantar hija triq tal-Kunsill Lokali u għaldaqstant il-manutenjoni tas-sinjali taqa’ taħt it-responsabbilta’ tal-Kunsill Lokali tal-Mosta.
Sistema ta' moniteraġġ — vetturi b'number plates barranin
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'inhi r-raġuni li għaliha s-sistema ta' monitoraġġ, (jew ġbir ta' informazzjoni) dwar vetturi b'number plates barranin, li għandna f'Pajjiżna, u li suppost daħlet jew se tidħol f'Malta, biex jiġi garantit li vetturi bi pjanċi barranin ma jiksrux liġijiet marbutin ma' parkeġġ u nuqqas ta' tħaris tal-liċenzji, fil-fatt ikun possbili li jiġu mħarrka, għadha ma ddaħħlitx f'Malta? Meta hu mistenni li tiddaħħal din is-sistema tal-informazzjoni li hi tant meħtieġa għall-kontroll ta' abbużi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi r-raġuni għaliex l-Awtorita’ għadha ma bdietx toħroġ ċitazzjonijiet fuq vetturi bil-pjanċi barranin li jwettqu kontravenzjonijiet waqt li jkunu qed jiċċirkolaw f’Malta hija peress li Transport Malta għad m‘għandhiex aċċess għad-dettalji tas-sidien ta’ dawn il-vetturi u dan għaliex kien hemm xi tibdil fid-direttiva. Jiena nfurmat li s-sistema hija lesta min-naħa ta’ Transport Malta u bħalissa l-Awtorita’ qed tagħmel it-testijiet neċessarji ma’ pajjiżi membri oħra tal-Unjoni Ewropea. Din is-sistema ser tibda taħdem fix-xhur li ġejjin.
Barra minn hekk, nixtieq niġbed l-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi d-Direttiva tagħmel referenza għal dawn it-tmien kontravenzjonijiet elenkati hawn taħt biss u l-parkeġġ mhuwiex inkluż:
(a
sewqan b’veloċità eċċessiva
(b
ma jsirx użu miċ-ċintorin tas-sigurtà
(ċ
tonqos milli tieqaf meta jixgħel id-dawl aħmar tat-traffiku
(d
sewqan taħt l-influwenza tax-xorb
(e
sewqan taħt l-influwenza tad-drogi
(f)
tonqos milli tilbes elmu ta’ sigurtà
(g
użu ta’ karreġġjata projbita
(h
użu illegali ta’ telefown ċellulari jew ta’ kull tagħmir ta' komunikazzjoni ieħor waqt is-sewqan
Billi numru ta' spazji li xi darba kienu użati biex fuqhom jgħabbu u jħottu l-passiggieri l-open top buses illum m'għadhomx meħtieġa minħabba l-fatt li nbidlet is-sistema ta' kif jitgħabbew u jitniżżlu l-passiġġieri, jista' l-Ministru, permezz ta' Transport Malta jinforma lill-kunsilli lokali ripsettivi dwar il-fatt li dawn l-ispazji m'għadhomx meħtieġa, biex jitneħħa, u jintużaw għal skop ta' parkeġġ normali?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda bidla fis-sistema użata biex jitgħabbew u jitniżżlu l-passiġġieri tal-open top buses li wasslet sabiex xi spazji riservati għal dawn il-vetturi ma baqgħux jintużaw.
Iżda, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi informazzjoni dwar stops speċifiċi li m’għadhomx jintużaw, nitolbu jgħaddiha għall-verifika ta’ Transport Malta u jekk ikun il-każ, jittieħdu l-passi meħtieġa sabiex dawn l-istops jitneħħew.