Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il koppja għamlet l-IVF fl-Isptar Mater Dei matul l-2016 u sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm-il tfal twieldu permezz ta’ din il-proċedura?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar 2016 u Settembru 2016 saru 168 ċiklu tal-IVF/ICSI gewwa l-Isptar Mater Dei u s'issa twieldu 42 tarbija mill-IVF’s li saru fl-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2015 u Dicembru 2015.
Miċ-ċikli tal-IVF’s li saru ġewwa Sptar Mater Dei bejn Jannar 2016 u Lulju 2016, 30 koppja oħra qed jistennew tarbija.
Jista’ l-Ministru jagħti rendikont ta’ kemm-il persuna marret tieħu kura jew trattament barra minn Malta tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista jgħid ukoll kemm persuni bbenefikaw mill-inzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż tul din il-leġiżlatura sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 kien hemm 424 pazjent, fl-2014 kien hemm 459 filwaqt li s-sena li għaddiet kien hemm 499 li rċevew il-kura barra minn xtutna. Ħafna minn dawn il-pazjenti jkollhom il-bżonn sabiex isiefru aktar minn darba għalhekk fis-sena 2013 insibu illi saru 665 safra, fl-2014, 696 u fl-2015, 759. Minn Jannar sa Settembru ta’ din is-sena saru 651 safra.
Għall-pazjenti Maltin li jintbagħtu għall-kura barra minn Malta il-Gvern qed jinvesti madwar 4 miljun Ewro. Dawn jinkludu n-nefqa tat-trattament, l-ivjaġġar, transport fir-Renju Unit u appogg finanzjarju ghal-NGO
Puttinu Cares
. Il-Gvern ħa l-inizzjattiva billi jħallas in-nefqa tat-titjiriet ghaz-zewg ġenituri ta’ tfal taħt it-18 il-sena. In-numru ta’ persuni li bbenefikaw mill-inzjattiva li jitilgħu ż-żewġ ġenituri flimkien mal-ulied li jkollhom bżonn kura barra l-pajjiż fl-2014 kien ta’ 177, fl-2015 kien hemm 182 u minn Jannar sat-30 ta’Settembru ta’din is-sena kien hemm 171. (Jista jkun li persuna tkun ibbenefikat aktar minn darba ghaliex il-familja jkollha bzonn aktar minn vista wahda.)
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm tfal għamlu użu mill-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ attendenzi fl-Emerġenza tat-Tfal tal-Isptar Mater Dei mill-ftuħ tiegħu, iġifieri mill-21 ta’ Diċembru 2015 sal-aħħar ta’ Awwissu 2016 kien ta’ 12,577 attendenzi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa s-CT Scan il-ġdida fl-Isptar Mater Dei u kemm saru testijiet permezz ta’ din is-CT Scan, sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-CT Scan il-ġdida bdiet tintuża nhar is-6 ta’ Lulju ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 1,850 intervent. Il-kuntratt tas-CT il-ġdid ghandu valur ta’ €1.7 miljun. Din s-CT Scan kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm pazjenti bbenefikaw mill-angio suite l-ġdida sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Kemm swiet din l-angio suite?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Angiosuite il-ġdida bdiet tintuża nhar l-10 ta’ Awwissu ta’ din is-sena u sat-8 ta’ Ottubru 2016 saru 176 interventi. Il-kuntratt tal-Angiosuite l-ġdida għandu valur ta’ €1.9 miljun. Din l-angiosuite kienet parti minn progett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eliġibbli huma fondi Ewropej.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il proċedura saret ġewwa l-Brain Lab sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija? Jista’ jgħid kemm tiswa kull proċedura u kemm swiet l-ispiża inizjali biex ikollna Brain Lab fl-Isptar Mater Dei ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sal-5 ta’ Ottubru tal-2016 kien hemm 36 pazjent li ġie ttrattat permezz tal-brain lab. L-ispiża ta’ kull proċedura tiddependi xi jkun ikkunsmat waqt il-proċedura. L-ispiża totali tal-brain lab li tinkludi s-sistema kollha flimkien mas-software hija ta’ €385,127.00. Din l-Brain Lab kienet parti minn proġett li ġie iffinanzjat mill-Unjoni Ewropeja taħt Programm Operattiv 1 (ERDF). Skont dan il-Programm Operattiv, 85% tal-fondi eligibbli huma fondi Ewropej.
Dħul ta’ mediċina fil-formularju – każ ta’ persuna
Question
Jista’ l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tingħata informazzjoni rigward dħul ta’ mediċina fil-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Dħul ta’ mediċina fil-formularju – każ ta’ persuna
Question
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament sabiex tingħata informazzjoni rigward dħul ta' mediċina fil-formularju?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-kuntratti u kull tip ta’ ftehim ieħor li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-dokumenti li qed tagħmel referenza għalihom hi se jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra dan ix-xahar.
Kuntratti u ftehim ma’ kumpanija – protest ġudizzjarju
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu għaddiex il-kuntratti u kull tip ta’ ftehim ieħor li sar bejn il-Gvern u l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, għall-iskrutinju tal-Awditur Ġenerali kif il-MAM u l-UĦM kienu talbu permezz tal-protest ġudizzjarju tagħhom?
Response (FEARNE, CHRIS)
Nitlob lill-Onor. Interepellant sabiex tirreferi għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27620
Sptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa – applikazzjonijiet u permessi għall-iżvilupp
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-applikazzjonijiet li saru u l-permessi li ħarġu sabiex jiġu żviluppati l-Isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u San Luqa?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex tirreferi l-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkoncernat.
Sptarijiet ta’ Għawdex, Karen Grech u San Luqa — tmexxija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament hijiex liċenzjata biex tmexxi l-Isptarijiet ta’ Għawdex, Karin Grech u San Luqa? Jista’ jikkonferma li l-liċenzja tal-isptarijiet imsemmija qegħda, u possibbilment se tibqa’, fuq isem is-CEOs rispettivi tal-isptarijiet imsemmija?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ngharraf lill-Onor. Interpellant li l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex kif ukoll l-Isptar Karen Grech huma koperti b’liċenzja maħruġa skont il-liġi mis-Suprintendent tas-Saħħa.
Sptar Mater Dei – pazjenti jintalbu jixtrumediċini
Question
Jista’ l-Ministru jikkonferma li pazjenti għall-kura fl-Isptar Mater Dei qed jingħataw riċetta tat-tabib biex jixtru l-mediċini li jkollhom bżonn waqt li jkunu għall-kura fl-isptar? Jikkonferma li fost dawn il-mediċini kien hemm: Augmentin 675mg, Bethadine Wash, Flagyl 400mg, Solpadeine u Catafast 50mg?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-mediċini msemmija f’din il-mistoqsija jew varjazzjoni tagħhom huma disponibbli fuq il-formularju tal-Gvern. It-tobba għandhom il-possibilità li jindikaw mediċini li mhumiex fuq il-formularju tal-Gvern wara diskussjoni mal-pazjent.
Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku – ingaġġ ta’ infermiera
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-infermiera li temmew il-kors tan-nursing b’suċċess fl-2016? Kemm minn dawn l-infermiera ġew impjegati mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku? Jikkonferma li l-pjan tal-Gvern kien li jiġu mpjegati inqas infermiera imma n-numru żdied wara pressjoni mill-familjari tal-gradwati l-ġodda?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 129 infermiera li għaddew mill-ezamijiet mill-ewwel u ġa bdew jaħdmu mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubblika. Filwaqt li dawk l-infermiera li għaddew mir-resets fit-3 ta’ Ottubru qegħdin fil-proċess li japplikaw.
San Pawl il-Baħar – Triq ir-Rebbiegħa – ilma ħiereġ minn blokka
Question
Billi matul l-aħħar ġimgħat, fi Triq ir-Rebbiegħa, San Pawl il-Baħar, qed ikun hemm ilma ħiereġ minn blokka appartamenti, liema ilma jidher li hu ta' xi washing machine, jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji biex dan l-ilma ma jibqax joħroġ fit-triq, minħabba l-inkonvenjent li qed joħloq?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali għamlu l-investigazzjonijiet neċessarji u wara li saru diversi spezzjonijiet fil-blokka t’appartamenti minn fejn ġie kkonfermat li qed joħroġ l-ilma, nħarġu avviżi lis-sidien sabiex is-sistemi tal-ilma tal-washing machines ma jibqax sejjer fil-katusa tal-ilma tax-xita iżda jiġi kkomunikat mad-drenaġġ hekk kif tispula l-liġi.
Wara li dan id-Direttorat ta ż-żmien neċessarju lis-sidien sabiex isiru x-xogħolijiet neċessarji, dawn ix-xogħolijiet baqgħu ma sarux ghalhekk ittieħdu passi legali fil-konfront tas-sidien.
Jista’ l-Ministru ġentilment jara għaliex dan il-pazjent li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament u li hu insulin-dependent diabetic ma baqax jingħata l-aqueous cream li kien juża għall-saqajh u li ilu jieħu għall-snin twal? Billi dan ir-raġel jgħix bil-pensjoni, jista’ l-Ministru ġentilment jitlob lil xi ħadd jindaga dan il-każ?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fl-2012, l-gvern ta’ dak iz-zmien kien biddel l-entitlement ta’ pazjenti li jbatu bid-dijabete, b’konsegwenza ta’ dan meta skadewlhom l-permessi numru ta’ pazjenti tilfu xi beneficcji li kellhom access ghalihom qabel. Fil-Budget ta’ ftit granet ohra l-gvern bi hsiebu jindirizza din is-sitwazzjoni sabiex pazjenti bid-dijabete jergaw jakkwistaw beneficcji li kienu gew mcahhda minnhom mill-gvern precidenti.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22788, jista’ l-Ministru jgħid jekk ġabarx l-informazzjoni dwar kemm hawn persuni Maltin li għandhom nuqqas ta’ saħħa mentali u f’liema lokalità jgħixu dawn in-nies?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-istatistika ta’ kemm hawn pazjenti Maltin li ghandhom nuqqas ta’ sahha mentali u qed jiehdu l-kura gewwa Psychiatric Out Patients Department fl-isptar Mater Dei, bhala Out Patients fl-isptar Monte Carmeli u gewwa l-kliniki fil-lokalitajiet irregistrati mas-servizzi tal-gvern gewwa Bormla, Hal-Qormi, il-Furjana, il-Mosta, l-Gzira, l-Imtarfa, Rahal Gdid u Ghawdex huwa ta’ 13,164.
Kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali — nefqa
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 23157, jista’ l-Ministru jagħti informazzjoni dwar in-nefqa totali tas-sena l-oħra (2015) għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li in-nefqa totali għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità għas-sena 2015 kienet ta’ €7,198,265.00 filwaqt li fis-sena 2012 kienet ta’ €6,088,953.00. Dan juri żieda ta’ €1,109,312.00 f’investment għall-kura ta’ persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali li jgħixu fil-komunità mill-Gvern preżenti.
Persuni b'nuqqas ta' saħħa mentali li jgħixu waħedhom
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21460, jista’ l-Ministru jgħid jekk il-psychiatric outpatients kollha li jgħixu fil-komunità għandhomx care plan u min huwa responsabbli li dawn il-care plans jiġu segwiti?
Response (FEARNE, CHRIS)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-responsabilità tal-Care Plans hija tal-konsulent Psikjatra. Il-pazjenti kollha li huma fil-kommunita bi treatment order ikollhom multidisciplinary care plan li jiġi monitored u approvat mill-Kummisarju tas-Saħħa Mentali.
Pazjenti li jkollhom kura fil-komunità wara li jkunu l-Isptar Monte Carmeli issa wkoll bdew ikollhom
care plan
formali. Pazjenti oħra fil-komunità jkollhom pjan għall-kura tagħhom magħmul mit-tabib li jarahom, bl-input ta’ membri oħra tat-team multidixxiplinarju.