Legislature:
Category:
Reset
Active:

Tigne' — Club houses

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsijiet parlamentari 13295 u 13372 u jgħid min se jieħu l-club houses li jinsabu f’Tigne` u li jifformaw parti mill-istess proġett u li kellhom jgħaddu għand l-għaqdiet li kienu jifformaw parti mill-assoċjazzjoni sportiva Tigne`?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Mrieħal Bypass — Bini ta' underpass

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'qed iżomm lill-ADT milli tibni underpass fi Triq is-Sebħ, (Mrieħal bypass), fejn seħħ inċident fatali riċentement, hekk kif kienet proposta fis-central zone Malta Local Plan mill-MEPA u wkoll wara diversi talbiet li kien ressaq il-kunsill lokali ta' Ħal Qormi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Vetturi self drive

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm kien hemm vetturi self drive (pjanċa bil-K) u vetturi mikrija b’xufier (pjanċa bil-GY) reġistrati u liċenzjati separatament kull sena fil-perijodu bejn l-1998 u l-2004? Jista’ jgħid ukoll kemm kienu reġistrati għall-ewwel darba (a) vetturi bil-pjanċa K u (b) vetturi bil-pjanċa GY kull sena bejn l-1998 u l-2004?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija qed titpoġġa fuq il-mejda tal-Kamra.

Birkirkara — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li tiġi miksija bl-asfalt Triq Tas-Sisla f'Birkirkara kif ukoll it-toroq tal-madwar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li t-toroq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant huma kollha responsabbilta’ tal-Gvern Ċentrali u huma nklużi fil-programm tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed jipprepara l-istejjem neċessarji għall-bini ta’ dawn it-toroq u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżultaw.

Birkirkara — Triq Tar-Rabat

Question

Jista' il-Ministru jindika jekk tistax issir xi zebra crossing jew xi forma ta' lights biex in-nies ikunu jistgħu jaqsmu fi Triq tar-Rabat, Birkirkara, ħdejn id-Devon Biscuits?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-uffċjali tat-Traffic Management Unit u n-Network Infrastructure Directorate qegħdin jistudjaw l-proposta.
Leg 10 PQ #14353 Sitting 295 2005-09-26 Oral · Interim From: MARIO GALEA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

ADT — Operatur liċenzjat tal-VRT

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk l-awtorita' tat-trasport għandhiex dritt bil-liġi żżomm operatur liċenzjat tal-VRT milli joħroġ ċertifikat tal-VRT lis-sid ta' vettura li jkun ressaq il-vettura tiegħu għall-VRT? Jekk iva, jista' ġentilment jikkwota l-parti tal-liġi li tagħti dan id-dritt lill-awtorita' tat-trasport?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Żvilupp Urban u Toroq — Safar minn uffiċjali pubbliċi

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont total ta' l-ispejjeż kollha involuti f'safar (trips abroad) minn uffiċjali pubbliċi li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, kif ukoll minn uffiċjali li jaħdmu f'enti pubbliċi li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-ministeru għas-snin 2003, 2004 u 2005 sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-ammont totali li ntefaq fuq safar uffiċjali matul is-snin 2003, 2004 u 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) minn entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi huwa kif jidher hawn taħt: 2003 2004 2005 (sa l-aħħar ta' Ġunju) Ministeru/Dipartiment n/a Lm9,611.91 Lm10,318.65 (from March) Awtorita' dwar it Trasport Lm39,436 Lm36,025 Lm10,753 Spiża Globali Refunded Lm3,637 Lm6,788 Lm1,598 Spiża Netta Lm35,799 Lm29,237 Lm9,155 Irrid niċċara li, fil-każ ta' l-ispiża tal-Ministeru/Dipartimenti, l-ammonti juru n-nefqa li tidher taħt it-Travel Vote (Item 28) tal-Estimi. Irrid inżid ukoll li peress li parti minn dan is-safar kien konness ma' laqgħat ta' l-Unjoni Ewropeja, l-ammont ta' Lm2,717.94 għandu jiġi mogħti lura (refunded) lill-Gvern Malti.

Pont tal-Bidnija

Question

Jista' il-Ministru jgħid xi pjani immedjati hemm biex jiġi evitat il-periklu li xi ħadd iweġġa' jekk il-pont tal-Bidnija, fit-triq bejn il-Mosta u l-Bidnija, jisfronda f'salt? Peress li jidher li hemm periklu li dan il-pont fil-fatt jisfronda, jista' jara li tingħata attenzjoni immedjata lil din l-istruttura?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li saret stima għat-tiswija tal-ħsarat msemmija fuq dan il-pont u bħalissa qed jiġu studjati interventi li jistgħu isiru sabiex tittieħed l-aħjar deċiżjoni għar-riabilitazzjoni ta' din l-istruttura.

Birgu — Triq San Lawrenz

Question

Jista' il-Ministru issa jirrispondi mistoqsija parlamentari 12409 u jgħid meta se tiġi rranġata u/jew asfaltata Triq San Lawrenz, Birgu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hu ttamat li x-xogħol fuq din it-triq ma jdumx ma jinbeda.

Tigne'

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13505 u jgħid meta hu maħsub li se jingħataw iċ-ċwievet ir-residenti li se jerġgħu jmorru jgħixu Tigne' skond il-ftehim li sar magħhom u l-iżviluppaturi ta' Tigne'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li r-residenti li se jmorru jgħixu Tigne' skond il-ftehim li sar magħhom u l-iżviluppaturi ta' Tigne' ingħataw iċ-ċwievet u ser jiffirmaw il-kuntratt fil-ġimgħat li ġejjin.

Rabat — Triq Ġorġ Borg Olivier

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 13142, jista' il-Ministru jgħid jekk għandux risposta għad-domanda f'dan l-istadju?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Għal dawn l-aħħar snin Triq Borg Olivier kienet triq arterjali iżda skond il-pjan lokali, għall-Majjistral ta’ Malta, imniedi mill-Awtorita’ dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ta’ Malta, din it-triq għandha tkun waħda lokali. Pjanta tal-proposta tal-MEPA qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Għalhekk bħalissa din it-triq tinsab fil-fażi transitorju għal triq lokali. Għal din ir-raguni u ukoll minħabba li Triq Borg Olivier fir-Rabat Malta għandha persentaġġ għoli ta’ residenti u kummerċ, għalhekk is-sistemi tat-traffiku li jolqtu lil din it-triq dejjem jiġu diskussi bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport u l-Kunsill Lokali. Bħalissa għaddejjin diskussjonijiet bejn l-Awtorita' dwar it-Trasport ta’ Malta u l-Kunsill Lokali tar-Rabat fuq skema tal-immaniġġjar tat-traffiku għar-Rabat kollu li tinkludi wkoll lil Triq Borg Olivier, sabiex titjieb u tkun iktar effiċjenti s-sistema eżistenti tat-traffiku f’dan il-lokal. Din l-iskema tagħmel proviżjonijiet għat-trasport pubbliku u t-trasport tat-tfal ta’ l-iskola wkoll.

ADT — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-isem, ix-xogħol li qiegħed jagħmel u l-ħlas li qiegħed isir lil kull konsulent li ġie mqabbad ma' l-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar jew li għadu jaħdem ma' l-ADT sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Informazzjoni mitluba tinsab mehmuza.

ADT — Konsulenti

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-isem, ix-xogħol li qiegħed jagħmel u l-ħlas li qiegħed isir lil kull konsulent li ġie mqabbad ma' l-ADT matul dawn l-aħħar 12-il xahar jew li għadu jaħdem ma' l-ADT sal-lum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-Informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Sannat

Question

Peress li diversi residenti ta' Sannat, Għawdex ilmentaw diversi drabi minħabba periklu għall-vetturi li jkunu ħerġin mit-triq magħrufa bħala tal-Qasam li mix-Xewkija tagħti għal Sannat għal Fuq Sannat, jista' il-Ministru jgħid jekk huwiex maħsub li tittieħed xi azzjoni?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru t'Għawdex.

ADT — Xufiera tat-trasport pubbliku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk fost ix-xufiera tat-trasport pubbliku hemmx min ġie kkundannat għal reati kriminali? Jekk iva, jista' jgħid x'kienu r-reati kriminali?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li kien hemm 3 persuni li wettqu u li kienu kkundannati fuq reati kriminali. Ir-reati imwettqa u misjuba ħatja kienu kif ġej:- L-ewwel persuna a) li bla ordni skond il-liġi ta’ l-Awtorita kompetenti arresta, zamm jew issekwestra lil OMISSIS kontra l-volonta tagħha bħala mezz biex iġiegħla tagħmel xi ħaġa jew toqgħod għal xi ħaġa li toffendi l-mistħija tas-sess tagħha; u b) Talli fl-istess data, ħin, lok u ċirkostanzi offenda l-pudur jew il-morali b’għemil li sar f’ lok pubbliku jew f’ lok espost għall-pubbliku It-tieni persuna a) li volontarjament hassar, għamel hsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli, u cioè ACE module (serial Number 431) liema ħsara ma tiskorrix il-ħames mitt lira, u dan bi ksur ta’ l-artikolu 325 (1)(b) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li b) Mingħajr awtorizzazzjoni għamel reat kontra l-uzu mhux dovut tal-Computer waqt illi kien impjegat ma’ l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (PTA) billi għarraq it-tħaddim ta’ xi sistema, software jew l-integrita jew affidibilta ta’ xi data; u billi installa, neħħa, biddel, ikkanċella, qered, varja jew żied ma’ xi data, software jew dokumentazzjoni ta’ appoġġ, cioè id-data kontenuta u dan bi ksur ta’ l-artikoli 337C(1)(e) u 337(1)(g) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li fl-aħħar c) B’ meżżi kontra l-Liġi, jew billi għamel użu ta’ ismijiet foloz, jew billi nqeda b’ qereq ieħor, ingann, jew billi wera ħaġa b’ oħra sabiex iġiegħel titwemmen l-eżistenza ta’ intraprizi foloz, jew ta’ ħila, setgħa fuq ħaddieħor, jew ta’ krediti immaġinarji, jew sabiex iqanqal tama jew biża dwar xi grajja kimerika, għamel qligħ b’ qerq ta’ aktar minn Lm500 u inqas minn Lm1, 000 għad-dannu tal-kumpanija Assoċjazzjoni dwar it-Trasport Pubbliku (dan bi ksur ta’ l-Artikoli 308, 309 u 310 tal-Kapitolu 9 tal-liġijiet t a’ Malta). It-tielet persuna a) Volontarjament hassar, għamel hsara jew għarraq ħwejjeġ ħaddieħor, mobbli jew immobbli, u cioè ACE module (serial Number 52537) liema ħsara ma tiskorrix il-ħames mitt lira, u dan bi ksur ta’ l-artikolu 325 (1)(b) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta; u li b) Mingħajr awtorizzazzjoni għamel reat kontra l-uzu mhux dovut tal-Computer waqt illi kien impjegat ma’ l- Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku (PTA) billi għarraq it-tħaddim ta’ xi sistema, software jew l-integrita jew affidibilta ta’ xi data; u billi installa, neħħa, biddel, ikkanċella, qered, varja jew żied ma’ xi data, software jew dokumentazzjoni ta’ appoġġ, cioè id-data kontenuta u dan bi ksur ta’ l-artikoli 337C(1)(e) u 337(1)(g) tal-Kap 9 tal-Liġijiet ta’ Malta.

ADT — Kuntratti

Question

B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 13124,13416 u 13517, liema mistoqsijiet baqgħu ma ġewx mwieġba minkejja li kienu sempliċement jitolbu lill-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra l-kuntratti bejn l-ADT u l-periti inkwestjoni, ma jaħsibx il-Ministru li għadda żmien biżżejjed biex il-kuntratti suriferiti jaslu l-parlament mill-uffiċċju ta' l-ADT fil-Furjana jew mill-ministeru l-Belt stess u cioe' erba' ġimgħat mid-data meta saret il-mistoqsija parlamentari l-ewwel darba? Jista' issa l-Ministru jassigura u jpoġġihom fuq il-mejda tal-Kamra u jekk ma jistax ipoġġihom jagħti spjegazzjoni għaliex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-persuni li approvaw il-Periti (Supervisors) li kienu mqabbda mill-ADT fuq ix-xogħlijiet tal-Italian Protocol huma l-persuni li kienu fuq il-Bord ta' Aġġudikazzjoni tat-tender u cioe', is-Sur Anthony Pavia (Chairman), is-Sur Anglu Mallia (Segretarju), il-Perit Lino Zammit, Dr. Marc Bonello u s-Sur Anton Spiteri. Hal-Tarxien Mr. Anthony Pavia Ex Perm Sec Ministry for Transport and Communications Attard Mr. Anglu Mallia Director Program Implementation Ministry for Transport and Communications Sliema Perit Lino Zammit Director Roads Directorate Balzan Marc Bonnello Chairman Malta Maritime Authority Gharghur Anton Spiteri Director EU Affairs Ministry for Transport and Communications Kopja tal-kuntratti bejn il-periti u l-ADTqed jitpaġġew fuq il-mejda tal-Kamra.

Tigne' — Team tas-Sliema wanderers

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta hu maħsub li t-team tas-Sliema Wanderers jerġa' ikun jista' juża l-ground li kellu f'Tigne' qabel tneħħa temporanjament minħabba l-iżvilupp ta' Tigne'?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

L-aħħar permess assoċjat ma' l-iżvilupp Sportiv ta' Tigne' li jkopri Tigne' Sports, Tigne South u t-Tunnel kien maħruġ fid-19 ta' Frar 2004 u l-aħħar data għat-tlestija ta' din il-fażi hija Frar 2008. Il-Ministeru għandu indikazzjoni li x-xogħlijiet konnessi mall-faċilitajiet tas-Sliema Wonderers jistgħu jitlestew sa Novembru 2007. Hekk kif jitlesta x-xogħol isir il-verifika li x-xogħlijiet saru skond l-ispeċifikazzjonijiet annessi mall-kuntratt. Wara jkun jista' jinbeda l-proċess ta' Riżoluzzjoni Parlamentari sabiex is-Sliema Wonderers jingħataw it-titlu fuq il-faċilitajiet miftehma.

Vetturi self drive/garage hire

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati vetturi bħala self drive (bl-ittra K) u vetturi garage hire (bl-ittri GY) separatament kull sena bejn l-1999 u l-2004? Jista' jgħid ukoll kemm minn dawk li ġew reġistrati kull sena bejn l-1999 u l-2001 inbidlitilhom il-pjanċa minn dik tal-kiri għal waħda privata? Jista' jgħid x'kien il-mudell ta' dawn il-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Rigward il-vetturi li nbidlitilhom il-pjanċa minn dik tal-kiri għal waħda bejn l-1999 u l-2001, jammontaw għal 2061.

Tigne' — Club houses

Question

Jista’ il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13295 u jgħid min se jieħu l-club houses li jinsabu f’Tigne` u li jiffurmaw parti mill-istess proġett u li kellhom jgħaddu għand l-għaqdiet li kienu jiffurmaw parti mill-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne`?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tweġiba tingħata f'seduta oħra.

Sistema park and ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm se tkun l-ispiża tal-parkeġġ għas-sewwieqa li se jipparkjaw fis-sistema park and ride fil-Furjana? Jista' jgħid jekk sarx xi arranġament għall-ħaddiema tal-MEPA u tal-Maltacom li bħalissa qed jipparkjaw f'din l-area u jgħid kemm se jkun il-ħlas għalihom minħabba li dawn se jużawh kuljum?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li l-parkeġġ fis-sit tal-park and ride fil-Furjana se jkun operat minn operatur privat magħżul wara sejħa pubblika għall-offerti. Il-prezzijiet tas-servizz tal-parkeġġ se jkunu stabbiliti u mibdula biss bi ftehim bejn l-operatur u l-Awtorita' dwar it-Trasport. Hu maħsub ukoll li nies li jipparkjaw il-karozza spiss ikunu jistgħu jixtru biljetti bil-quddiem għal tul ta’ żmien u bi prezz imraħħas.