Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — membri tas-segretarjat

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri kollha tas-segretarjat privat tiegħu, kif ukoll tas-Segretarju Parlamentari fl-istess Ministeru? X'inhi l-kariga ta' kull wieħed u waħda minn dawn l-impjegati? X'inhuma r-responsabbilitajiet ta' kull kariga? X'inhu s-salarju tagħhom, l-allowances li għandhom dritt għalihom, kif ukoll benefiċċji oħra li jagħmlu parti mill-pakkett offrut lilhom f'dan l-impjieg? X'inhuma l-kwalifiki ta' kull wieħed u waħda minnhom? X'kien l-impjieg jew il-kariga tagħhom bejn l-1 ta' Marzu 2012 u t-8 ta' Marzu 2013? X'kien id-dħul tagħhom minn dan l-impjieg?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 324.

Miżura 121

Question

Jista' l-Ministru: a) jagħti d-dettalji ta' minn min kien kompost il-bord li għażel il-proġetti taħt il-Miżura 121; b) jipprovdi r-rapporti konċernati rigward il-proġetti mitfugħa; ċ) jipprovdi t-tabella ta' kif ingħataw il-punti; u d) jgħid x'se jiġri minn dawk il-proġetti li ġew klassifikati bħala eleġibbli iżda ma kienx hemm biżżejjed fondi għalihom fl-ewwel sejħa?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li: a) L-Bord li għażel il-proġetti taħt il-Miżura 121 kien kompost mil-Kap tal-Bord tal-Għażla, is-Sur Sharlo Camilleri u l-membri - bi dritt tal-vot tal-għażla – kienu s-Sinjuri Carla Ciscaldi, Eman Vella, Albert Caruana, Joseph Zammit u Marisa Debono. Is-Sinjura Ciscaldi kienet tkun sostittwita mis-Sur Robert Naudi meta ma’ setgħatx tkun parti mill-Bord. b) Sakemm l-Onor. Interpellant, bir-rapporti konċernati rigward il-proġetti mitfugħa jrid iffiser dawk l-applikazzjonijiet li ġew sottomessi u ntużaw bħala l-bażi li fuqhom ħareġ ir-riżultat proviżorju, ninsab infurmat li din id-dokumentazzjoni relatata tinsab fil- files individwali u mhux possibli jiġu provduti minħabba il-volum tad-dokumentazzjoni. Dawn wieħed jista’ jiflihom fl-uffiċini ta’ l-Aġenzija għall-Pagamenti. ċ) Ir-Riżultat Proviżorju li jindika l-punti mogħtija, qiegħed jiġi mehmuż u qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tabella ‘A’. d) Ninsab infurmat li l-Awtorita tat-Tmexxija Għall-Iżvilupp Rurali ser tippreżenta talba lill-Kummissjoni Ewropea sabiex jiġu trasferiti fondi mhux utilizzati taħt miżuri oħrajn tal-Programm Għall-Iżvilupp Rurali, għal fuq il-Miżura 121, biex jintużaw għal dawk il-proġetti li ġew ikklassifikati bħala eliġibbli iżda li ma kienx hemm biżejjed fondi għalihom fl-ewwel sejħa.

każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-indiviwdu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li l-każ tal-individwu li d-dettalji tiegħu intbagħtu separatament, jinsab fi stadju fejn ġie mgħarraf fuq id-drittijiet tiegħu ta’ appell fuq deċiżjoni li ngħatatlu.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — xiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġdida nxtrat jew ġiet ordnata biex tinxtara mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘il hawn ma nxtrat l-ebda karozza ġdida jew hemm ordni dwar xiri ta’ karozzi.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk u kemm-il vettura ġiet mikrija mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi ninsab infurmat li mill-11 ta’ Marzu 2013 ‘l hawn inkrew żewġ karozzi, waħda għal Onor. Segretarju Parlamentari u l-oħra għall-użu ġenerali tas-Segretarjat.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Transfers

Question

Jista'’ l-Ministru jagħti lista ta'’ impjegati fis-settur pubbliku inkluż dawk li jaqgħu taħt is-Segretarju Parlamentari li ġew trasferiti minn dipartiment għall-ieħor mill-11 ta'’ Marzu 2013 '‘l hawn? Jista'’ jgħid fejn kien jaħdem kull wieħed minn dawn l-individwi u fejn ġie trasferit?

Response (BRINCAT, LEO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li ngħatat fil-Mistoqsija Parlamentari Numru 214.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Remunerazzjoni ta' konsulent

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament huwiex konsulent tiegħu dwar t-tibdil fil-klima bħala full-timer jew part-timer? X’inhi r-remunerazzjoni lilu (inkluż allowances u perks)?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant illi l-persuna msemmija hi konsulent personali part-time tal -Ministru fuq tibdil tal-klima. Ta' dan se jitħallas is-somma ta' €6800 fis-sena, mħallsa b’rati mensili. L-unika allowance li għandu hi dik ta’ servizz tal-internet b`xejn.

Bdiewa — Pitkalija

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hu n-numru ta' bdiewa full-time/part-time li hemm reġistrati f'kull lokalità f'Malta? Kemm minn dawn il-bdiewa, kemm full-time kif ukoll part-time idaħħlu prodotti agrikoli fil-pitkalija?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li jeżistu 4 reġistri fejn jinżamm tagħrif dwar in-numru ta’ bdiewa full-time/part-time li huma rreġistrati. Dawn ir-reġistri, li fihom jista’ jkun hemm tagħrif komuni, huma: id-Direttorat tal-Agrikoltura, il-Paying Agency (IACS), il-Pitkalija u l-Korporazzjoni tax-Xogħol u t-Taħriġ. Ninsab infurmat li minħabba n-natura tal-programm li fil-present qed jintuża ġewwa l-pitkalija, din l-informazzjoni mhux possibli li tiġi kumpilata b’mod awtomatiku. Ninsab infurmat ukol li d-Dipartiment tal-Informatika (MITA) għad irid ilesti dan il-programm awtomatiku.

San Pawl il-Baħar — permessi għal qtugħ ta' siġar

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il permess ingħata f'San Pawl il-Baħar biex jinqatgħu, siġar minn postijiet pubbliċi matul l-aħħar 12-il xahar? Liema siġar ġew approvati li jinqatgħu u minn fejn?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lil Onor. Interpellant li ninsab infurmat li matul l-aħħar 12-il xahar siġra protetta waħda biss inqalat minn post pubbliku f’San Pawl il-Baħar. Din kienet siġra taċ-ċipres u nqalat mit-Triq is-Simar. Ninsab infurmat ukol li siġar oħra setgħu nqalgħu fejn kien hemm ħsarat eżempju minn maltemp, aċċidenti tat-traffikku jew simili, li fuqhom ma jinżammx rekord.

Wasteserv — Bord tad-Diretturi u Chairman - remunerazzjoni u benefiċċji

Question

Jista' l-Ministru jgħid min kienu ċ-Chairman u l-Bord tad-Diretturi tal-WasteServ Malta Ltd fi Frar 2013? Jista' jgħid x'remunerazzjoni u benefiċċji oħra kellu kull wieħed minnhom?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li skond l-informazzjoni li għaddewlna il-Wasteserv, iċ-Chairman fi Frar 2013 kien is-Sur Benedict Farrugia, li għandu onorarja ta’ €17,305.20 fis-sena u bħala benefiċji oħra għandu car allowance li tammonta għall- €14,563.50 fis-sena u communications allowance (għal użu ta’ telefonija u l-internet) li tammonta għall-valur medju ta’ €1,000 fis-sena. Fi Frar 2013, id-Diretturi tal-Wasteserv kienu is-Sinjuri Isabelle Borg, Mathieu Cilia, Gabriella Cuschieri, Peter Perotti, Marthese Portelli u William Spiteri. Kull direttur/direttriċi kellhom Onorarja ta’ €3,494.04 fis-sena. Bħala benefiċji igawdu minn €35 ir-ras meta xi ħadd minnhom jattendi/tattendi sezzjoni żejda u benefiċċju ieħor hu dak ta’ €48.53 li jingħata għal kull laqgħa tal-Bord lill-membri residenti Għawdex. Żewġ membri, is-Sinjuri Perotti u Spiteri, gawdew mil-ewwel bennefiċju, filwaqt li s-Sinjura Portelli gawdiet mit-tieni benefiċju.

Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, Ambjent u Tibdil fil-Klima — Ikkummissjonar ta' nies tekniċi

Question

Peress li l-Ministru f’artiklu f’The Times of Malta datat 11 ta' April 2013 f’paġna 8 ġie kkwotat li qal “he had now commissioned a team of independent technical people to identify all shortcomings”, jista' jgħid min huma dawn in-nies tekniċi?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li fi stadju ulterjuri se jingħata t-tagħrif neċessarju kif ukoll ir-riżultati li joħorġu ladarba jiġu konklużi dawn l-istudji.

Wied il-Għajn — devoluzzjoni tal-Park tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex issir devoluzzjoni tal-Park tal-Familja f'Wied il-Għajn?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux ser jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.

ELC — ftehim dwar il-Park tal-Familja

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux se jsir ftehim mal-Environmental Landscape Consortium (ELC) biex jieħdu huma responsabbilità tal-Park tal-Familja?

Response (BRINCAT, LEO)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li mhux se jittieħdu ebda deciżjonijiet dwar il-Park tal-Familja qabel ma jsir u jiġi konkluż studju li ġie awtorizzat biex isir mill-MEU, dwar l-operat kollu tal-Park mill-bidu tiegħu saż-żmien li jintemm l-istess studju.