Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #20098 Sitting 316 2015-10-27 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – membri parlamentari tal-Oppożizzjoni ingaġġati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-membri parlamentari tal-Oppożizzjoni preżenti jew passati li kienu jew għadhom jaħdmu jew jokkupaw xi kariga f’xi entità li taqa’ taħt ir-responsabilità tiegħu sa mill-2008 sal-lum? Jista’ jgħid ukoll x’kariga jokkupa/tokkupa u x’pakkett finanzjarju u perkaċċi oħra hemm marbuta mal-kariga?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f'leġislazzjoni preċidenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni ta' natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati
Leg 12 PQ #20196 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: RYAN CALLUS To: Ministeru għall-Finanzi

Ex-ħaddiema taċ-Ċivil – pensjonanti — ħlas taż-żieda tal-collective agreement

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta l-pensjonanti li huma ex-ħaddiema taċ-ċivil, se jitħallsu ż-żieda tal-collective agreement għas-snin 2014 u 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #20204 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Childcare Centres – tnaqqis fit-taxxa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huma l-persuni li jibagħtu lill-uliedhom f’Childcare Centres bi ħlas u li bbenefikaw minn tnaqqis fit-taxxa matul l-2014? Kemm huwa maħsub li ġiet iffrankata taxxa b’kollox?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija f’PQ 18964. L-informazzjoni mitluba ser tkun disponibbli wara Novembru 2015.
Leg 12 PQ #20226 Sitting 313 2015-10-26 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Turisti – btala f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu n-numru ta’ turisti li għamlu l-btala tagħhom f’Għawdex fl-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena 2015? Kif jikkompara dan mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra 2014? Kemm-il lejl qattgħu b’kollox f’Għawdex dawn it-turisti matul l-ewwel seba’ xhur ta’ din is-sena u kif dan jikkompara mal-ewwel seba’ xhur tas-sena l-oħra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 12 PQ #19883 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għall-Finanzi

Investiment — każ ta' persuna

Question

Jista' l-Ministru jara li tiġi kkuntatjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għaliex għandha problema rigward investiment li kien sar fis-sena 2008 fejn minkejja li kienet talbet li dan jiġi rtirat dan ma seħħx bil-konsegwenza li issa hemm xi kwistjoni legali dwar dawn l-istess investimenti?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-uffiċċju għall-Ilmenti tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorita´għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta diġa għamel kuntatt telefoniku mal-persuna konċernata u se jiktibilha wkoll dwar x’għandha tagħmel.
Leg 12 PQ #20067 Sitting 311 2015-10-23 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – ħaddiema li rtiraw

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm irtiraw nies minn kull dipartiment u entità li jifformaw parti mill-Ministeru li jmexxi bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u t-30 ta’ Settembru 2015? Jista’ jgħid kemm ġew impjegati nies ma’ kull entità u dipartiment li jifformaw parti mill-Ministeru fl-istess perjodu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #17792 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

ECB/MFSA – unsecured loans lill-Air Malta

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk huwiex minnu li l-ECB/MFSA joint committee intervjenewx wara li l-Air Malta ngħatat unsecured loans kif ġie irrapportat mill-ġurnal The Sunday Independent fil-ħarġa tal-Ħadd, 5 ta’ Lulju? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’passi ttieħdu s’issa? Jista’ jgħid x’inhuma r-rakkomandazzjonijiet tal-ECB, x’inhi r-reazzjoni tal-BOV u x’inhi l-pożizzjoni taċ-Chairman attwali fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet tal-ECB?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-MFSA hi tal-fehma illi l-informazzjoni mitluba hija ta' natura superviżorju kunfidenzjali u għalhekk l-MFSA mhix f'pożizzjoni li tipprovdi l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #19827 Sitting 308 2015-10-22 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Valur ta’ esportazzjoni minn kumpaniji li joperaw f’Għawdex

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-valur ta’ esportazzjoni għal barra mill-pajjiż minn kumpaniji li joperaw f’Għawdex bejn Jannar u Settembru 2015 u kif dan il-valur jitqabbel mal-istess perjodu bejn Jannar u Settembru 2014? Jista’ jgħid xi prodotti ġew esportati u li kienu manifatturati f’Għawdex fl-istess perjodu u kemm kien il-valur tal-esportazzjoni ta’ kull prodott?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18981 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ċensiment — Illetteriżmu f’pajjiżna

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’kienet ir-rata ta’ illetteriżmu f’pajjiżna skont iċ-ċensimenti li saru bejn l-1911 u l-2011 ċensiment b’ċensiment Jista’ jagħti wkoll ir-rata skont l-etajiet fejn dan huwa possibbli li jsir?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #18982 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Ċensiment — household goods

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-persentaġġ tal-popolazzjoni li kellha aċċess (fejn applikabbli) għall-ilma, dawl, is-sistema tad-drenaġġ, friġġ, freezer, televixin, gas cooker, washing machine, linja fissa tat-telephone, mobile phone, cable TV u internet, skont iċ-ċensimenti li saru fl-1948, 1957, 1967, 1985, 1995, 2005 u 2011, ċensiment b’ċensiment?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19894 Sitting 305 2015-10-21 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — impjegati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fil-Ministeru jew fi kwalunkwè entità li taqa’ taħt ir-responsabiltà tiegħu (segretarjat, dipartimenti, kumitati, kunsilli, aġenziji, kummissjonijiet, awtoritajiet eċċ.) għandux impjegati fi kwalunkwè kapaċità u jaħdmu jew fuq bażi full-time jew part-time jew li qed jirċievu xi forma ta’ ħlas minn fondi pubbliċi, persuni li sa Marzu 2013 kienu impjegati mal-Partit Laburista u b’mod speċifiku mar-radju u t-televiżjoni tiegħu? Jekk fl-affermattiv, jista’ jipprovdi lista ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju inkluż il-benefiċċji li qed jirċievu?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Nagħmel riferenza għall-prassi li kienet użata f’leġiżlaturi preċedenti u ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li nformazzjoni ta natura personali kif mitluba minnu, tingħata biss bil-kunsens tal-individwi kkonċernati.
Leg 12 PQ #17780 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – entitajiet — safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’safar sar minn uffiċjali mill-Ministeru, mill-Uffiċċju tas-Segretarju Parlamentari u mill-entitajiet li jaqgħu taħtu fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn sar is-safar (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Jista’ jgħid min mar għal kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #18972 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għall-Finanzi

Tkabbir tal-ekonomija Maltija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif jitqabbel it-tkabbir tal-ekonomija Maltija ma’ dak medju fiż-Żona Ewro fl-2012, 2013, 2014 u 2015 sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #19740 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — bordijiet

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsijiet parlamentari 13508 u 11306 u jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet għas-sena 2012, għas-sena 2013, u għas-sena 2014?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf l-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #19741 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: FREDERICK AZZOPARDI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi – spiża ta’ ħatriet fuq bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm hi stmata li se tkun l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet, separatament għal matul is-sena 2015?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħaraffaf l-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadaha qed tinġabar.
Leg 12 PQ #19794 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Finanzi

Good Causes Fund — għaqdiet Għawdxin li bbenefikaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul l-2014 u l-2015 sal-lum kemm-il għaqda jew entità Għawdxija bbenefikaw mill-Good Causes Fund? Liema kienu dawn l-għaqdiet jew entitajiet? Kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda u f'kull każ x'kien il-proġett li ġie megħjun?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar
Leg 12 PQ #19992 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement B

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa t-€12,196,000 ta’ Nefqa Rikorrenti kif indikat fl-iStatement B tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija l-kopja tal-Estimi Finanzjarji 2016 Vot numru 13 paġna 103 sa 105.
Leg 12 PQ #19994 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol – diskors tal-baġit – Statement C

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif inhuma maqsuma biċċa biċċa l-€5,944,000 ta’ Nefqa Kapitali kif indikat fl-Statement C tad-Diskors tal-Baġit ta’ din is-sena taħt il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x- Xogħol?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba u li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra hija l-kopja tal-Estimi Finanzjarji 2016 Vot Kapitali V paġna 118 sa 120.
Leg 12 PQ #19995 Sitting 303 2015-10-20 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għall-Finanzi

Żieda ta’ impjiegi full-time -diskors tal-Baġit

Question

Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kif wasal għall-figura kkwotata minnu fid-Diskors tal-Baġit fejn qal li f’sentejn u nofs kien hemm żieda ta’ 13,450 impjieg full-time? Jista’ jindika dan sena b’sena?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra
Leg 12 PQ #17779 Sitting 302 2015-10-19 Oral · Final From: KRISTY DEBONO To: Ministeru għall-Finanzi

Ministeru għall-Finanzi — Safar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kellu safar fl-aħħar 12-il xahar? Jista’ jgħid fejn siefer (belt u pajjiż) u x’kienet ir-raġuni għal kull safra? Min kienu l-uffiċjali li akkumpanjawh f’kull safra? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra?

Response (SCICLUNA, EDWARD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi għall-perjodu imsemmi, l-informazzjoni hija kif tidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra