B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13813, jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-appraisals tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar u tal-Executive Heads kollha? Jista’ jgħid fuq liema kriterji ngħataw il-performance bonuses tal-istess persuni u jpoġġi kopja tar-rapport ta’ kull performance bonus flimkien mal-minuti tal-bord tad-diretturi li approva dawn il-performance bonuses fuq il-Mejda tal-Kamra?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Chairperson, Kap Eżekuttiv u Deputy CEO – salarji u perkaċċi
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13814, jista’ l-Ministru jagħti s-salarji u l-perkaċċi taċ-Chairperson u tal-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm se jkunu s-salarju u l-perkaċċi tad-Deputy CEO? Jista’ jgħid jekk il-Kap Eżekuttiv u ċ-Chairperson għandhomx ukoll Private Hospital Insurance?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
B’kontinwazzjoni mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 13814, ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Kap Eżekuttiv biss għandu l-Private Hospital Insurance.
Infakkar lill-Onorevoli Membru għar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari 13811 fejn l-Awtorita’ qed tiffranka b’madwar € 1,743.16 fuq nefqiet preċedenti.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk min hu armla/armel huwiex jibbenefika mill-widows and orphans fund li kienu kkontribwixxew għalih l-irġiel u nisa tagħhom meta kienu jservu fil-Forzi Armati u l-Pulizija? Jekk le, kif qed jintużaw dawn il-fondi?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Widows and Orphans fund ma jaqax taħt ir-responsabbilta tal-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta' Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa l-attività li ttellgħet fit-teatru ta' Sant Agatha r-Rabat f'Novembru 2014, liema attività kienet kordinata mill-Aġenzija Appoġġ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-attività saret fuq talba tal-impjegati stess u dan biex jitfakkar l-20 Anniversarju mit-Twaqqif tal-Aġenziji Sedqa u Appoġġ, li tal-aħħar kienet magħrufa f’dak iż-żmien bħala s-Social Work Development Programme (SWDP).
L-attività kienet ikkordinata mill
-Head Office
tal-
Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarisen Soċjali (FSWS)
permezz tal-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv u għaliha kienu mistiedna l-impjegati kollha ta’ dawn iż-żewġ aġenziji flimkien u mas-sieħeb jew sieħba tagħhom. Dawn flimkien kienu jammontaw għal 1280 mistiednin. L-għan u l-iskop tal-attività sar bħala rikonoxximent u għarfien għax-xogħol siewi li għamlu l-professjonisti u l-ħaddiema kollha ta’
Sedqa
u
Appoġġ
matul dawn l-aħħar 20 sena.
L-ispi¿a totali kienet ta’ € 26,625.30.
Jista' l-Ministru jindika min huma l-membri li preżentament qed jiffurmaw Children Young Persons Advisory Board u fl-istess ħin jelenka l-kwalifika ta' kull membru tal-imsemmi bord?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba tinsab fit-tabella t’hawn taħt.
Position
Title
Name
Surname
Qualifications
Chairperson:
Ms
Carmen
Fearne
Teacher Training College, Dip. (S.W.)
Deputy Chair: (UMAS)
Ms
Frances
Mallia
Dip. Soc. Work
Members:
Ms
Nadette
Azzopardi
B.A. (Hons.) Social Policy, Dip. Social Stud. (Gender & Devel.)
Ms
Romina
Baldwin
M.A.(Transcultural Counselling), M.A.(Comm. Counselling), B.Psy (Hons.)
Ms
Alison
Bone
Dip. (Youth & Comm. Studies)
Ms
Carmen
Cannataci
S.R.N., S.C.M.
Ms
Jane
Chircop
S.E.N. and Reiki master Teacher
Mr
Louis
Craus
S.E.N.
Dr
Barbara
O'Brien
B.A., N.P., L.L.D.
Ms
Monya
Vassallo
Dip.Applied Social Studies (Soc.Wrk)
Mr
Julian
Xuereb
Dip.S.W.
Secretary:
Ms
Fiordalina
Camilleri
B.Psy (Hons)
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex iċ-ċekk ta’ €300 lill-anzjani li qabżu l-75 sena għadu ma ħariġx lill-benefiċċjarji?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-pagamenti ta’ €300 lill-anzjani li qabżu l-75 sena tħallsu s-Sibt 7 ta’ Frar, 2015. Inżid ninforma lill-Onorevoli Interpellant li huwa normali li l-pagament ta’ dan il-benefiċċju joħroġ fil-bidu ta’ Frar.
Residenza San Vinċenz de Paul — Sala SJ 3 - rinnovar
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk ix-xogħol ta' rinnovar fis-Sala SJ 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paule kienx jinkludi wkoll it-twaħħil ta' ħġieġ double glazing?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi wara li saru diversi diskussjonijiet ma’ nies esperti fis-suġġett ta’ kura għall-anzjani, kif ukoll mal-periti, ġie deċiż li minflok double glazing ikun aħjar jekk jintuża plastic laminated glass, u dan għall-benefiċċju tal-anzjani residenti kif ukoll minħabba raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà.
Residenza San Vinċenz de Paul – sejħa għal catering manager
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'kien l-iskop u għal liema raġuni inħarġet is-sejħa għal catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015) għar-Residenza San Vinċenz De Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra
Residenza San Vinċenz de Paul – funzjoni ta’ catering manager
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-funzjoni tal-catering manager (HR / MFSS Circular 3/2015), liema sejħa inħarġet għar-Residenza San Vinċenz De Paul?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni u min ħa d-deċiżjoni li għall-ewwel darba minn kemm ilu miftuħ iċ-Ċentru ta' Matul il-Jum fil-Mellieħa, illum 2 ta' Frar, ma nfetaħx b'inkonvenjent kbir għall-anzjani li marru u sabu ċ-ċentru magħluq?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jgħaddi l-flus li kienu vvutati (nofs miljun ewro) għall-organizzazzjoni Għawdxija AFDA fl-aħħar baġit tal-amministrazzjoni preċedenti?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirriżultax li qatt ġiet ivvutata s-somma ta’ nofs miljun Ewro fil-Baġit tal-2013 kif qed jindika hu.
Jista ' l-Ministru jgħid jekk hux il-Ministeru tiegħu li huwa responsabbli mill-bini tad-dar tal-anzjani f'Għawdex? Jekk iva, jista' l-Ministru jgħid meta mistenni li tinfetaħ din id-dar?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proġett tad-Dar tal-Anzjani f’Għawdex jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Ministeru għal Għawdex.
Residenza San Vinċenz de Paul –xogħlijiet fis-Sala SJ3
Question
Jista' l-Ministru jgħid fuq liema raġuni ġiet posposta l-inawgurazzjoni tax-xogħol li sar fis-Sala SJ 3 fir-Residenza San Vinċenz de Paul, liema xogħol suppost tlesta f'Diċembru li għadda ?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paule – Swali Serenity u Madre Theresa — tibdil ta’ kmamar tal-ikel f’wards
Question
Jista' l-Ministru jgħid min ħa d-deċiżjoni li l-kmamar tal-ikel fis-Swali Serenity u Madre Theresa fir-Residenza San Vinċenz de Paule, jinbidlu f'wards?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.
Residenza San Vinċenz de Paul – rispett tad-dinjità tal-anzjani
Question
Jista' l-Ministru jara li d-dinjità tal-anzjani fir-Residenza San Vinċenz de Paul tiġi rrispettata billi ma jibqax jingħata l-ikel fil-kuriduri ta’ numru ta’ swali, kif ukoll billi jitwaħħlu purtieri fejn hemm nuqqas sabiex tal-inqas tkun rispettata l-privatezza tal-anzjani?
Response (FARRUGIA, MICHAEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f’seduta oħra.