Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 10995 u jgħid kemm hu l-ammont ta' enerġija li qed tiġi minn photovoltaic panels installati f'Għawdex? Kemm hu l-ammont ta’ finanzi li ngħataw lis-sidien bħala għajnuna biex jiġu installati dawn il-panelli u kemm hu l-ammont li l-Korporazzjoni Enemalta tħallas bħala kumpens lis-sidien?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li sal-31 ta’ Diċembru 2013 kien stmat li ġie ġġenerat 3.6GWh ta’ enerġija mill-panelli fotovoltajiċi installati f’Għawdex.
Skont il-pagamenti li saru sal-25 ta’ Settembru 2014 bħala għajnuna biex jiġu nstallati dawn il-pannelli f’Għawdex, l-ammont totali ta’ finanzi li ingħataw huma:
· €5,268,026 (ħames miljuni, mitejn, tmienja u sittin elf, u sitta u għoxrin Ewro) ingħataw lill-familji li bbenifikaw minn skemi ta’ għajnuna imħaddma mill-Awtorita’ ta’ Malta dwar ir-Riżorsi;
· €759,000 (seba’ mija, disgħa u ħamsin elf Ewro) ingħataw lill-industrija li bbenefikaw minn skemi ta’ għajnuna imħaddma mill-Malta Enterprise.
Sptar Ġenerali t’Għawdex – uffiċjali inkarigati min-nurses
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk kienx hemm uffiċjal inkarigat min-nurses qabel ma ġie appuntat it-tim ta' tmexxija maniġerjali fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex? Jista’ jgħid x'kien il-grad tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux rapporti għand il-Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa li minn trejqa quddiem id-Dar tal-Providenza, s-Siġġiewi, qed joħroġ ilma maħmuġ għat-triq minn demmiela ta' razzett li hemm fl-inħawi? X’passi qed jittieħdu? Jista' jinvestiga u jieħu passi?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma ma tista tieħu l-ebda azzjoni peress illi l-ilma qed inixxi minn razzett privat, li m’għandux konnessjoni mas-servizz ta’ drenaġġ tal-Korporazzjoni. Il-każ ġie mgħoddi lid-Dipartiment tas-Saħħa għal aktar investigazzjoni.
Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa — Lista ta' xiri ta' servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ xiri ta’ servizzi u xiri ta' prodotti li ġew ordnati minn April 2013 mis-Segretarjat privat permezz ta’ quotation jew permezz ta’ direct order? Jista’ jgħid lil liema kumpaniji/individwi intalbu l-quotations, kemm kien l-ammont ta’ kull quotation jew direct order u min ingħata x-xogħol?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11536, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għall-perjodu bejn id-9 ta' Marzu 2013 u l-1 t'Ottubru 2014?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi kien hemm 17-il ħaddiem li ġew minn entitajiet pubbliċi u 157 ħaddiem li ġew mill-privat jew kienu qed ifittxu x-xogħol.
Sptar Ġenerali t'Għawdex — kuntratt ta' tindif u clerical services
Question
Jista' l-Ministru jgħid liema kumpanija għandha l-kuntratt tat-tindif u clerical services fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex? Jista' jgħid kemm tħaddem nies din il-kumpanija fl-Isptar Ġenerali t'Għawdex fil-cleaning u kemm tħaddem nies fl-istess sptar fis-servizzi klerikali? Kemm u l-ħlas fis-siegħa li tingħata din il-kumpanija mill-Ministeru tiegħu għal dawn is-servizzi?
ART Prioritisation Committee – Chairperson u membri
Question
Jista’ l-Ministru jgħid min huma ċ-chairperson u l-membri tal-ART Prioritisation Committee?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ċ-ċerperson tal-ART Prioritisation Committee, Dr Alfred Gatt, miet ftit tax-xhur ilu għaldaqstant qegħdin fil-proċess sabiex jinħatar ċerpersin ġdid.
Sptar Mater Dei – servizz tal-IVF — xogħlijiet infrastrutturali
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’wassal biex wara li sar ix-xogħol infrastrutturali neċessarju fl-Isptar Mater Dei biex jibda jingħata s-servizz tal-IVF, dan ix-xogħol se jinqala u jerġa’ jinbidel? Jista’ jgħid kemm se jiġi jiswa dan ix-xogħol u min kien responsabbli?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħol infrastrutturali sar biex il-laboratorju u t-teatru tal-IVF ikunu ta’ standards li huma mitluba skont id-direttiva tat-Tissue and Cells. Dan ix-xogħol mhux se jerġa’ jinbidel.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx pjanijiet biex jiddaħħal needle exchange programme għall-persuni li jieħdu s-siringi b’xejn mill-faċilitajiet tas-saħħa?
Response (MIZZI, KONRAD)
In-Needle Exchange Programmekien introdott f’Malta fi Frar tal-2002 iżda twaqqaf wara biss ftit xhur. Fil-preżent qed issir ricerka biex tinsab l-aqwa sistema sabiex għall-immaniġjar tas-siringi.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati infermiera barranin matul is-snin 2010, 2011, 2012, 2013 u 2014? Għal kull sena, jista’ jagħti n-nazzjonalitajiet tal-infermiera?
Response (MIZZI, KONRAD)
In-numru ta’ infermiera barranin li ġew ingaġġati matul is-snin imsemmija hu kif ġej:
Sena
Total
2010
11
2011
53
2012
60
2013
16
2014
99
Sptar Ġenerali t’Għawdex – trattament bil-kimoterapija
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11643 fejn fit-tweġiba ntqal li s-26 trattament imsemmi kien apparti mit-trattamenti l-oħra li ngħataw tal-Aclasta u Zometa u Pamidronate Injection, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ trattament ingħataw dawn is-26 pazjent imsemmija fir-risposta?
Response (MIZZI, KONRAD)
It-trattamenti kienu jikkonsistu f'Herceptin u 5-FU
Mental Health Community Services – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fil-lista ta’ stennija biex jaraw psychologist fil-Mental Health Community Services u fiċ-Child Guidance Clinic? Kemm hu ż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut biex jara psychologist f’dawn il-units jingħata l-appuntament u jibda l-intervent psikoloġiku meħtieġ?
Response (MIZZI, KONRAD)
Hemm 92 persuna fil-lista ta’ stennija biex jaraw psychologistfil-Mental Health Community Services.
Fiċ-Child Guidance Clinic il-lista ta' stennija hija maqsuma skont l-urġenza tal-każ - 151 każ mhux urġenti u 45 każ urġenti.
Iż-żmien ta’ stennija biex min ikun riferut biex jara psychologist f’dawn il-unitsjingħata l-appuntament u jibda l-intervent psikoloġiku meħtieġ fil-każ tal-adulti varja bejn ġimagħtejn għal sitt xhur, skont il-lokalità tal-Mental Health Clinic.
Fil-każ tat-tfal iż-żmien ta' stennija jvarja skont l-urgenza tal-każ bejn 6 xhur sa sena u nofs. Każijiet urġenti ħafna jiġu kkonsidrati skont il-mertu tal-każ.
San Pawl il-Baħar — Triq James Smith u Triq Cassarino – toroq bla dawl pubbliku
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’wassal biex id-dawl pubbliku fit-toroq, James Smith, Cassarino u fl-inħawni tal-madwar f’San Pawl il-Baħar, dam kważi tlett ijiem maqtugħ bejn is-Sibt u t-Tnejn ta’ din il-ġimgħa? Xi ħsarat kien hemm u meta ġew imsewwija?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-bozoz intfew minħabba li nħaraq fuse fis-sistema tal-provvista tagħhom kawża tal-maltemp ta’ dawk il-jiem. Hekk kif l-impjegati tal-Enemalta indunaw bil-ħsara, din ġiet irranġata mill-aktar fis possibbli.
Jista’ l-Ministru jinvestiga l-ilmenti ta’ ħmieġ u anke ġrieden kbar fl-għelieqi ta’ Triq id-Deheb Fin, Ħal Qormi, li qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti tal-istess triq? Jista’ jgħid x’passi ttieħdu biex ma jibqax dan l-inkonvenjent?
Response (MIZZI, KONRAD)
Ninsab infurmat li d-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali rċieva l-ewwel ilment fit-12 ta’ Awwissu. Sar it-trattament neċessarju mit-taqsima tal-Pest Control Unit fiż-żona indikata tliet darbiet u l-istess trattament ser jerġa' jiġi ripetut illum, 17 ta’ Novembru.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk iqisx li l-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol tal-ħaddiema fit-Treatment Abroad Section huma adegwati għat-tip tax-xogħol li jwettqu?
Response (MIZZI, KONRAD)
Il-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol tal-ħaddiema fit-Treatment Abroad Section huma l-istess kif kienu matul l-amministrazzjoni preċedenti.