Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #1808 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Ġebla Maltija — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'se jsir minn dawk l-istudenti u apprendisti fis-sengħa tar-restawr tal-ġebla Maltija li wara li ġew ttrenjati issa baqgħu barra għal iktar minn sentjen? Jidhirlu l-Ministru li ġaladarba Gvern Nazzjonalista kien għoddu tahom l-impjieg fix-xogħol tagħhom qabel l-1996 u mbagħad tħallew sentejn sħaħ taħt Gvern Laburista jistennew, jararx li wasal iż-żmien li dawn issir ġustizzja magħhom ukoll?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1855 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Marsaxlokk — Port Ruman

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk l-embellishment project tas-South, li issa wasal fit-tieni fażi tiegħu, huwiex se jieħu ħsieb Port Ruman f'Marsaxlokk bħalma kien mistenni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Iva, il-Kumitat ta' l-embellishment tas-South ser jieħu ħsieb Port Ruman f'Marsaxlokk. Fil-fatt sa llum diġa' issottometta applikazzjoni lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar rigward: (i) rilokazzjoni tal-futbol ground (ii) sit ġdid għall-bejjiegħa tal-Monti ta' nhar ta' Ħadd. Sadanittant qed jitħejjew pjanti għal Bus Terminus ġdid fl-inħawi li jifforma parti mill-proġett.
Leg 9 PQ #1868 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Periklu fil-bypass

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex jitneħħa l-periklu li hemm fil-bypass tal-Mellieħa fil-hair-pin bend li hemm viċin ir-roundabout? Jaf il-Ministru li dawn l-inċidenti f'din il-parti ta' triq qegħdin iseħħu spiss minħabba d-disinn jew tfassil ta' din il-kurva? Jaf il-Ministru li l-inċidenti li jseħħu minn dawk il-karozzi li jkunu neżlin huma ta' periklu ferm akbar għal dawk il-karozzi li jkunu telgħin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1869 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Baħar iċ-Ċagħaq — Kurva perikoluża

Question

Jista' l-Ministru jieħu l-passi meħtieġa biex tiġi rranġata dik il-kurva perikoluża mmens li hemm fi hemm fi Triq Baħar iċ-Ċagħaq viċin it-Torri ta' l-Għallis? Jaf il-Ministru li minkejja li l-crash barriers jiġu rranġati u minkejja li twaħħlu sinjali li jidentifikaw din il-kurva bħala black spot, xorta waħda għadhom iseħħu l-inċidenti peress li d-difett qiegħed fid-disinn jew tfassil ta' din il-kurva?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1872 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru għall-Ambjent

Mġarr (Għawdex) — Bini/irranġar ta' portijiet u terminals

Question

Jista' l-Ministru jgħid fiex wasal ix-xogħol tal-bini u rranġar ta' portijiet u terminals kemm fl-Imġarr, Għawdex kif ukoll fiċ-Ċirkewwa Malta? Ix-xogħol/xogħlijiet imsemmi huma mexjin skond l-iskeda jew inkella dawn ix-xogħlijiet waqgħux lura? Dawn ix-xogħlijiet waqgħu lura, x'kienet ir-raġuni għaliex ġara hekk u bil-kemm il-ġurnata waqgħu lura dawn ix-xogħlijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat illi għalkemm diġa' sar xi xogħol ta' tqattigħ ta' blat u dredging fiċ-Ċirkewwa, ix-xogħol bħalissa huwa wieqaf għar-raġuni li għad ma ngħata ebda permess mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar biex dan ikun jista' jitkompla. Il-pjanti tal-Proġett huma ffinalizzati kif wieħed seta' jistabilixxi meta saret il-Public Hearing f'Għawdex stess f'Awissu li għadda u qabel ma joħroġ il-permess fuq il-proġett kollu, ix-xogħol ma jkunx jista' jitkompla.
Leg 9 PQ #316 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Mellieħa — Restawr ta' kamra storika

Question

Billi kien ipproġettat li jsiru x-xogħlijiet mitluba minn Mixxiegħa Kulturali Mellieħa, sabiex f'Novembru li ġej tiġi restawrata il-kamra storika tas-sajjieda, jista l-Ministru jinformani jekk dawn ix-xogħlijiet humiex se jsiru mid-dipartiment li jaqa' taħt id-dekasteru tiegħu? Jekk le, għaliex? Jekk iva, meta se jsiru x'xogħlijiet ħalli din il-kamra ma tkomplix tiġġarraf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jekk l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-Batterija ta' Vestreme (il-Kamra tat-Tunnara - 1714) nixtieq ninfurmah illi Perit mis-Sezzjoni tar-Restawr fit-Taqsima tax-Xogħlijiet ħejja rapport dwar l-imsemmi bini li fih hu spjegat ix-xogħol kollu meħtieġ biex tiġi restawrata l-Batterija. Ix-xogħol imbagħad ikun jista' jsir skond il-fondi allokati u skond il-prioritajiet tat-Taqsima tax-Xogħlijiet.
Leg 9 PQ #611 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Tieni Distrett — Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programm ta' xogħlijiet hemm inħejjija fuq l-estensjonijiet tad-drenaġġ u fuq l-asfaltar tat-toroq fil-lokalitajiet tat-Tieni Distrett?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li d-Dipartiment tad-Drenaġġ fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet għandu programm ta' xogħlijiet kif ġej: Fgura: Triq il-Gardjola Triq Hompesch Diversi toroq ġodda. Żabbar: Triq il-Beribies Triq Baldacchino Xogħol ieħor. Bormla: Xogħol fuq 'Relief Main'. Rigward asfaltar, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1395 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għall-Ambjent

Xogħlijiet pubbliċi — Ħaddiema

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienu r-raġunijiet li wasslu biex lil persuni li isimhom qed jingħata separatament ħadulhom il-karozza u hekk ma jistgħux ikomplu x-xogħol tajjeb li kienu jagħmlu ta' superviżjoni tax-xogħol fl-iskejjel li kien isir mill-ħaddiema tax-xogħlijiet pubbliċi? Xi problemi hemm biex dawn iż-żewġ impjegati jerġgħu jagħtuhom karozza biex jagħmlu ix-xogħol imsemmi?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li diversi karozzi ġew irtirati lil diversi nies li ma kinux koperti b'kuntratt li għandu jkollhom karozza, bħal per eżempju, l-inġiniera, biex dawn ikunu evalwati u biex tnaqqsu l-karozzi billi l-kuntratt kien skada. Issa li l-kuntratt il-ġdid kien mogħti u saru l-evalwazzjonijiet meħtieġa dawn iż-żewġ impjegati partikulari kienu mogħtija lura l-karozza tagħhom.
Leg 9 PQ #1563 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Attard/Rabat — Xogħol fuq main ta' drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol tal-main tad-drenaġġ ġdid bejn Ħ'Attard u r-Rabat, liema kuntratt ġie awarded ħafna ġimgħat ilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-proċeduri fuq l-easement f'din l-area li hu twil 500m għadu mhux finalizzat. Għalhekk, l-ordni biex jinbeda x-xogħol għad ma tistax toħroġ għalissa. Madankollu huwa antiċipat li l-proċeduri għandhom jintemmu fi żmien erba' xhur.
Leg 9 PQ #1565 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Irziezet tal-majjali — Drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk f'dawn l-aħħar ġimgħat ġiex ikkummissjonat studju dwar it-trattament tad-drenaġġ mill-irziezet tal-majjali? Jekk fl-affermattiv, minn min qiegħed isir dan l-istudju?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li skond Avviż Legali Nru 8 ta' l-1993, id-Dipartiment tad-Drenaġġ hu responsabbli li jikkontrolla l-kwalita` l-kwantita` tal-likwidu kif indikati fl-iskedi tar-regolament u mhux kif dawn il-valuri massimi ta' konċentrazzjoni fir-rimi jintlaħqu. Għalhekk is-soluzzjonijiet u r-responsabbiltajiet ta' kif jiġi trattat dan l-iskart ma jaqgħax taħt dan id-dipartiment. Peress li din hi kwistjoni ta' natura nazzjonali, id-Dipartiment tad-Drenaġġ dejjem offra l-għajnuna u l-esperjenza tiegħu f'dan il-qasam. Studju fuq problemi mill-irziezet kien sar fuq l-irziezet f'Tal-Ħlas, Ħal-Qormi. Kien hemm 'working committee' magħmul minn diversi entitajiet governativi, biex jistudjaw u jsibu soluzzjoni għal din il-problema. Minħabba li d-Dipartiment tad-Drenaġġ ser ikollu l-impjant tat-trattament, qed iħoss il-ħtieġa li jkun hemm studji bħal dawn mhux biss fuq il-farms imma ukoll fuq kull tip ta' skart likwidu. B'hekk bħala għajnuna lill-entitajiet konċernati, qed jiġi mħejji studju dwar din il-problema u qed isir sforz biex għal dan l-istudju jinġiebu fondi mill-Unjoni Ewropea.
Leg 9 PQ #213 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbugia — Scrapyard

Question

B'riferenza għall-kopja ta' ittra, li qed tintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija, jista' l-Ministru jgħidli jekk din l-iscrapyard hijiex qed topera bla permess? Jekk fl-affermattiv, x'passi ttieħdu minn naħa tal-Ministeru u x'passi ttieħdu minn naħa ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1461 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għall-Ambjent

Bormla — Tiswija ta' gallariji

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati l-gallarijiet tal-post, li d-dettalji tiegħu qed jintbagħtu separatament, liema talba ilha li ġiet approvata?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #1471 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għall-Ambjent

Żurrieq — Tal-Bebbux - Culverts

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġiex mibdi l-proġett tal-culverts fl-Estate tal-Bebbux ġewwa ż-Żurrieq, jekk hux se jitkompla peress li dan id-dewmien qiegħed jikkawża dannu lir-residenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Proġett tal-Culvert f'Tal-Bebbux, iż-Żurrieq, se jitkompla hekk kif it-temp jippermetti.
Leg 9 PQ #1499 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: LOUIS BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Sant'Antnin — Impjant ta' Riċiklaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġie trattat ilma tad-drenaġġ mill-Impjant ta' Sant'Antnin, sena b'sena minn mindu beda jaħdem? Kemm minn dan l-ilma ntuża u kemm intrema? Kemm hija mifruxa s-sistema ta' distribuzzjoni ta' dan l-ilma? Hemm ħsieb biex din titjieb?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Jien infurmat li minn mindu beda jaħdem l-impjant ta' Sant'Antnin il-volum ta' l-ilma li ġie ttrattat huwa kif ġej: SENA VOLUM (x 1000 METRI KUBI) ------ --------------------------- 1984 0372 1985 0550 1986 0815 1987 0920 1988 1156 1989 1139 1990 1548 1991 1703 1992 1604 1993 1562 1994 1470 1995 1358 1996 1442 1997 0873 1998 1516
Leg 9 PQ #1509 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Birżebbuga — Bajja ta' San Ġorġ

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra meta se jispiċċa x-xogħol ta' upgrading tal-playing field fil-Bajja ta' San Ġorġ, Birżebbuga li jifforma parti mill-proġett ta' embellishment tas-South?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li t-tenders għal 'Play Equipment u Safety Material' tal-playing field fil-Bajja ta' San Ġorġ, Bireżebbuġa ġew awarded. Ix-xogħol mistenni li jkun lest fi żmien qasir.
Leg 9 PQ #1553 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għall-Ambjent

Valletta — Xogħol fil-knejjes

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li l-konsulent Franċiż Frank Franjou ingħata xogħol ta' konsulenza dwar sistema ta' dawl f'żewġ knejjes ġewwa l-Belt? Minn min inħareġ dan ix-xogħol? Jekk ix-xogħol qiegħed isir mill-kumitat tar-riabilitazzjoni tal-Belt (Valletta), jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumitat approvax dan ix-xogħol?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-Onorevoli Interpellant jaf li dan il-konsulent Franċiż ingħata direct order mill-Gvern preċedenti biex jipprepara disinn għad-dawl ta' Triq ir-Repubblika. Peress li hemm ix-xewqa li l-faċċata taż-żewġ knejjes ta' ħdejn Kastilja jingħataw dawl xieraq hu ġie mitlub jagħmel kwotazzjoni għal dan id-disinn u b'hekk jiġu ffrankati spejjeż peress li jista' jagħmel dan ix-xogħol waqt li jkun f'Malta in konnessjoni ma' Triq ir-Repubblika. Kif diġa' rrispondejt lill-Onorevoli Interpellant il-Kumitat il-ġdid għadu ma ġiex imwaqqaf. Madankollu jien infurmat li ilha ħafna li ttieħdet deċiżjoni mill-VRC li l-bini prinċipali jingħata dawl skond rapport li kien tħejja mill-istess kumitat xi żmien ilu.
Leg 9 PQ #1560 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għall-Ambjent

Fgura — Pjazza Patri Redent - Xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li x-xogħol fi Pjazza Patri Redent, fil-Fgura jinsab wieqaf?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li l-funzjoni li għaliha qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant hi waħda minn dawk mgħoddija lill-Kunsilli Lokali, nissuġerilu li jindirizza l-mistoqsija tiegħu direttament lill-Kunsill Lokali interessat.
Leg 9 PQ #1577 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru għall-Ambjent

Furjana — Loġoġ

Question

Peress li l-loġoġ fi Triq Sant'Anna, fil-Furjana jeħtieġu tindif minn ġewwa u minn barra, tista' tingħata prijorita' lil dan ix-xogħol li ilu mistenni għal tant żmien?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Ministru għall-Ambjent qed jikkonsidra dan is-suġġeriment.
Leg 9 PQ #824 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għall-Ambjent

Ministeru ta' l-Ambjent — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li fid-dekasteru tiegħi hemm: ĦADDIEMA KAŻWALI ---------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 7 Tajpisti Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- 3 Tajpisti B.I.C.C. -------- 2 Clerical Duties ĦADDIEMA BIL-KUNTRATT --------------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 1 Advisor/Project Co-Ordinator 1 Professional Officer Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- Xejn B.I.C.C. -------- 1 Chairman/Chief Executive KUNTRATTI MITMUMA ----------------- Taqsima tax-Xogħlijiet ---------------------- 1 Advisor/Project Co-Ordinator - Terminated 15.09.98 - Min. for Home Affairs 1 Senior Secreterial Officer - Resigned on 06.09.98 - Kumpens Lm2,419.00 1 Personal Assistant to Minister - Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm2,425.50 2 Personal Drivers/Security Officers - Resigned on 07.09.98 - Kumpens Lm1,582.50 kull wieħed Dipartiment tal-Ħarsien ta' l-Ambjent ------------------------------------- Xejn B.I.C.C. -------- 1 Chairman - Resigned on 05.09.98 - Kumpens Lm1,820.25
Leg 9 PQ #1217 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: ANTHONY ABELA To: Ministeru għall-Ambjent

San Pawl il-Baħar — Boathouses

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li quddiem il-boathouses li hemm taħt Shipwreck Promenade, San Pawl il-Baħar fejn saru diversi terazzini, eċċ fuq il-blat jiġi rranġat b'mod li: (a) ssir trejqa quddiem l-istess boathouses; (b) jsiru l-arranġamenti sabiex ħadd ma jipparkja quddiem l-istess boathouses; (c) issir slope sabiex jitniżżlu dgħajjes b'iżjed kumdita? Nifhem li ssir environment impact assessment fuq dan.

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li m'hemmx pjanijiet għal xogħol fl-area msemmija mill-Onorevoli Interpellant għal matul l-1999.