Jista' l-Ministru jgħid, min meta daħal id-divorzju f'pajjiżna, kemm kienu l-persuni li ġabu d-divorzju b'deċiżjoni tal-Qrati Maltin, sena b’sena, Malta u Għawdex b’mod separat, sal-ġurnata li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qrati Maltin f’Malta huma dawn:
Sena
Talba għal Divorzju milqugħa
2011 (Minn Ottubru sa Diċembru
42
2012
432
2013
349
2014
320
2015
354
2016 (sas-27 t'Ottubru)
278
Total
1775
Il-każijiet ta’ divorzju approvati b’deċiżjoni tal-Qorti Għawdex huma dawn:
Sena
Talba għal Divorzju milqugħa
Minn Ottubru sa Diċembru 2011
2
2012
18
2013
11
2014
7
2015
22
Sas-27 ta’Ottubru 2016
5
Total
65
Kunsill tas-Swieqi – każ ta’ proġett li qatt ma seħħ
Question
Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni u dettalji dwar il-każ li l-Kunsill tas-Swieqi għandu mal-perit li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament dwar proġett li kellu jsir fi żmien il-leġiżlatura li għaddiet u li dan baqa' qatt ma seħħ? Kemm kien il-prezz inizjali mitlub għall-pjanti ta' dan il-proġett? X'kienu r-raġunijiet li l-Kunsill baqa' qatt ma ħallas lil dan il-perit? Kien hemm proċeduri legali fil-qorti dwar dan il-każ? Jekk iva x'kien l-eżitu tiegħu u x'inhi s-sitwazzjoni bħalissa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Swieqi li l-prezz inizjali kien ta’ €23,037.50(LM 9,890.00), li pero’ kien ġie rivedut għal €15,606.79 (LM6,700.00). Intant infurmat mill-Kunsill li kien hemm proċeduri legali fil-qorti dwar dan il-każ. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-eżitu tiegħu. Il-kont li l-Kunsill kien ordnat iħallas għadu pendenti peress li s-Sindku qed jagħmel dak kollu li hu possibli biex dan il-kont jitnaqqas.
Jista’ l-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm min-naħa tal-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali wara li fil-21 ta’ Settembru 2015, il-Maltatoday irrapurtat li “Skanska, the Swedish engineering giant that bills itself as the world’s leading construction group, has told Attorney General Peter Grech it will not meet him to discuss the Maltese government’s claims for damages on foundation works on Mater Dei hospital. In a letter to Grech, Skanska ruled out any responsibility on the Mater Dei works – recently the subject of an inquiry over faulty cement foundations – saying that “SMJV (Skanksa-Malta Joint Venture) cannot be held liable for alleged defects.” (Maltatoday, 21/09/2015)? X’passi ħa minn dakinhar sal-lum, dettaljatament u bid-dati rispettivi, il-Ministeru tiegħu, inkluż l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali, jekk tassew jemmen li għandu raġun f’dak li kien qed jiġi allegat?
Jista’ l-Ministru jgħid x’passi ħa l-Ministeru tiegħu biex, in vista ta’ diversi sentenzi tal-Qrati tagħna li qed jibdew jordnaw l-iżgumbrament ta’ diversi każini tal-banda u soċjetajiet mużikali (b’eluf ta’ membri u soċji milquta ħażin) minn binjiet mikrija lilhom għax ma jifilħux iħallsu l-kirjiet b’rati kummerċjali (li s-sidien tagħhom bi dritt kollu u skont il-liġi jippretendu li jirċievu) għall-inqas tiġi esplorata sitwazzjoni fejn tiġi kunsidrata l-possibbilità li jinstab mezz legali u soċjalment ġust (u li jkun konformi mas-sentenzi tal-Qrati u bla ma jiġu mittiefsa d-drittijiet tas-sidien) fejn il-Gvern jgħin lil dawn is-soċjetajiet mużikali biex iħallsu dak dovut, jekk tassew nemmnu li l-każini tal-baned u s-soċjetajiet mużikali huma essenzjali għall-qasam tal-volontarjat f’Malta u jikkontribwixxu mmens għall-kultura tagħna?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Gvern permezz tal-Avviż Legali 195 tal-2014 diġa għamel riforma fis-sistema tal-kirjiet tal-każini u b’mod partikolari biex dawk il-każini li fihom issir attività kummerċjali jħallsu wkoll persentaġġ tat-turnover ġenerat minn dik l-attivita’ lis-sidien.
Dan kien maħsub sabiex jintlaħaq il-bilanċ meħtieġ fir-relazzjoni bejn is-sidien u l-inkwilini f’każ ta’ każini.
S’issa ebda każin ma ġie żgumbrat b’sentenza definittiva tal-Qorti u l-unika sentenza li hemm f’dan is-sens hija ta’ Qorti tal-ewwel istanza li għad trid tiġi skrutinizzata mill-Qorti Kostituzzjonali.
S’intendi l-Gvern huwa konxju mill-valur soċjali u kulturali tal-ka¿ini u huwa mpenjat li jagħmel dak kollu li jista’ biex jippreżerva l-pożizzjoni tagħhom fir-rispett tad-drittijiet tal-partijiet kollha involuti.
Wara l-mistoqsijiet parlamentari 11118 (fl-2014) u 13523 (f’Jannar tal-2015), jista’ l-Ministru jgħid:
a) fiex wasal il-proċess ta’ konsiderazzjoni u konsultazzjoni interna (li hu semma’ fit-tweġiba għall-interpellanza 11118) dwar proposta t’abbozz ta’ liġi sabiex jindirizza l-problema ta’ dawk l-inkwilini li qed jispiċċaw żgumbrati minn djarhom minħabba li l-Qrati qed jiddikjaraw parti mill-Att 23 tal-1979 bħala li jikser id-drittijiet tat-tgawdija tal-proprjetà tas-sidien; u
b) fiex waslet il-proposta ta’ liġi u s-social impact assessment li huwa semma’ fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 13523, dwar l-istess suġġett? Jaf il-Ministru li fil-frattemp spiċċaw żgumbrati minn djarhom familji sħaħ, l-iktar koppji anzjani intortament (u bla ebda tort tas-sidien lanqas li qed jikkawtelaw id-drittijiet tagħhom) li kienu daħlu f’kuntratti in bona fede u skont il-liġi tal-1979, u hemm eluf oħra bil-mannara mdendla fuq rashom?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 27340, jista’ l-Ministru jgħid jekk it-talba li għamel il-Kunsill Lokali tal-Gudja fl-2015 għall-post għall-uffiċini xierqa u aċċessibbli għall-amministrazzjoni tal-kunsill, hijiex se tkun milqugħa?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kienet għaddiet komunikazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Gudja u d-Dipartiment għall-Gvern Lokali dwar dan fis-sena 2015.
Meta l-Kunsill Lokali tal-Gudja kien intalab jidentifika postijiet alternattivi fil-Gudja biex iservu bħala uffiċini, il-Kunsill kien wieġeb li fil-Gudja m’hemm l-ebda post tal-Gvern mibni u vakanti li jkun jista’ jakkomoda lill-Kunsill.
Il-Kunsill kien tenna li qed jistudja l-possibiltajiet vijabbli li l-bini tal-Kunsill jinbena f’parti minn Ġnien Raymond Caruana, jew inkella jinbena f’parti minn spazju mhux użat fil-ġenb tal-bitħa tal-iskola li jagħti fi Triq San Mark ma’ Triq iż-Żebbuġa.
Il-Kunsill kien temm li “meta jkun hemm deċiżjoni finali dwar il-lok, il-Kunsill jgħaddi għand id-Dipartiment sabiex tinkiseb id-devoluzzjoni skont il-proċeduri stabbiliti.”
Il-Kunsill Lokali tal-Gudja wara dan ma għamilx rikjesta għal devoluzzjoni għall-uffiċini.
Billi fl-inħawi tax-Xemxija hemm numru kbir ta' siti ta’ importanza storika, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar x’tip ta' programm ta' ħarsien qed tieħu Heritage Malta għal dawn l-inħawi?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li Heritage Malta hija responsabbli biss minn dawk il-muzewijiet u siti li jigu afdati lilha mill-gvern sabiex jigu amministrati minnha. Heritage Malta ma tamministra l-ebda propjeta fix-Xemxija u ghalhekk ma tistax twiegeb ghal din il-mistoqsija.
PBS – ħlasijiet għall-produzzjoni ta’ ċertu programmi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm tħallsu flus mill-PBS biex saret il-produzzjoni tal-programmi Times Talk, Madwarna u Xarabank?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba minnu hija ta’ natura kummerċjali u għaldaqstant ma tistax titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Madanakollu jekk l-Onor. Interpellant jixtieq jara l-ħlasijiet li saru mill-PBS għall-produzzjoni tal-programmi li dwarhom qed jistaqsi, nista’ nagħmel dan privatament.
Jista’ l-Ministru jispjega l-bżonn veru wara l-għoti tad-direct order ta’ €199,600 fit-2 ta’ Marzu 2016 lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Huwa korrett jingħad li din il-persuna hija impjegata tad-ditta li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament ukoll? Fiex kienu jikkonsistu dawn il-konsulenzi? Għaliex ma ħarġitx sejħa pubblika? Il-Ministru ma jaħsibx li kien ikun iktar f’loku u indikat li tinħareġ sejħa pubblika għall-ammont hekk kbir ta’ flus mill-erarju pubbliku?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi ic-cifra kwotata fil-mistoqsija tieghu u l-kuljom ikkwotat huma t-tnejn zbaljati.
L-ammont ikkoncernat hu inqas minn dak imsemmi. Il-persuna imsemmija tithallas €119,600.
Il-persuna, li hija ta' nazzjonalita' barranija, ma hix impjegata mad-ditta imsemmija izda tahdem eskussivament ghal-Identity Malta abbazi l-kredenzjali partikolari taghha. Ix-xoghol li taghmel din il-persuna jirrikjedi esperjenza vasta f’settur li hu nicca gdida ghal pajjizna. Din il-persuna ghandha hamsa u ghoxrin sena esperjenza fuq livell internazzjonali u qed taghmel xoghol ta materja kunfidenzjali. Barra minn hekk hija taghti ukoll tahrig u tizgura li l-proceduri adottati mill-
unit
li tahdem fih fl-agenzija Identity Malta jkunu tal-ghola livell internazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba, is-sindku u l-kunsilliera tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta siefru kemm flimkien kif ukoll individwalment matul dawn l-aħħar tliet snin? Fejn kienet kull destinazzjoni u kemm swiet kull safra u kemm ħareġ fondi il-kunsill lokali għal kull safra?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba skont kif provduta mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta.
Jista’ l-Ministru jelenka d-dati tal-ħatriet fil-Ġudikatura u l-ismijiet rispettivi tagħhom minn Marzu 2013 sad-data li fiha din l-interpellanza tkun imwieġba?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-Ħatriet li saru fil-Ġudikatura minn Marzu 2013, huwa kif hemm fit-tabella ta’ hawn taħt :
SURNAME
NAME
PRESENT APPOINTMENT
Bugeja
Aaron
Magistrate
14/06/2013
Galea
Charmaine
Magistrate
14/06/2013
Mizzi
Antonio
Judge
14/06/2013
Grima
Edwina
Judge
26/03/2014
Vella Cuschieri
Joanne
Magistrate
26/03/2014
Mintoff
Lawrence
Judge
17/07/2014
Grixti
Giovanni
Judge
05/06/2015
Hayman
Miriam
Judge
05/06/2015
Mifsud
Joseph
Magistrate
05/06/2015
Vella
Monica
Magistrate
05/06/2015
Frendo Dimech
Donatella
Magistrate
29/10/2015
Farrugia Frendo
Caroline
Magistrate
07/04/2016
B’referenza għad-Diskors tal-Budget 2016 fejn f’paġna 54 intqal li matul l-2016 kien se jagħti prijorità lill-kamp tal-insolvenza u lill-kamp tal-infurzar tal-kuntratti, x’sar eżattament matul l-2016 fuq dawn iż-żewġ punti?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f’seduta oħra.
San Pawl il-Baħar, Naxxar u Mellieħa – ċitazzjonijiet maħruġa mill-wardens
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kif kienu mqassma ċ-ċitazzjonijiet li nħarġu mill-wardens f'San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa, maqsuma skont it-tipi differenti ta' ċitazzjoni li nħarġu, matul din is-sena, maqsuma xahar b’xahar?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed npoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Persuni li kienu mħarrka biex jitilgħu jixhdu fil-Qorti
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' persuni li kienu mħarrka biex jitilgħu jixhdu fil-Qrati ta' Malta u Għawdex, li iżda baqgħu ma telgħux jixhdu minkejja li kienu infurmati dwar ix-xhieda tagħhom, matul din is-sena, separatament għall-Qorti ta' Malta u dik ta' Għawdex?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-Qrati u Tribunali ta’ Malta u Għawdex ma tinzammx din l-istatistika.
Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li ilu miżżewweġ lill-persuna Maltija għal iżjed minn 5 snin?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikant jista’ jagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi jibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi jċempel fuq 25904168/69 u jagħmel il-mistoqsijiet tiegħu lill-uffiċjali responsabbli.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni sabiex isir il-qtugħ ta' ħaxix fi Triq il-Buskett, eżattament meta taqbeż ir-razzett ta' Xkejjer Ħaż-Żebbuġ?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ li l-qtugħ ta’ ħaxix taż-żoni mhux urbani jsir regolarment mill-ħaddiema tal-community work scheme, skont il-ħtieġa. Skont il-Kunsill Lokali l-akbar problema fl-inħawi hija r-rimi bl-addoċċ ta’ skart u l-ħruq tal-istess skart. Il-Kunsill Lokali qed jipprova jinstalla cameras apposta biex dan l-abbuż jinqata’.
Jista’ l-Ministru jelenka d-direct orders kollha li huwa awtorizza fl-2015 u fl-2016 sal-jum li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Jista’ għal kull direct order jagħti l-ammont involut, lil min ingħata u għal liema skop? Jista’ jgħid ukoll għalfejn kellha tingħata direct order minflok sejħa pubblika għal kull wieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u se tingħata f'seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid Heritage Malta x’miżura qed tieħu fir-rigward tas-sigurtà ġewwa s-siti miftuħa tagħha? Jista’ jgħid x'budget hemm għal din is-sena li huwa ddedikat speċifikament għal sistemi kontra l-vandaliżmu ġewwa s-siti tal-istess Aġenzija?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li s-siti ta’ Heritage Malta b’mod generali ghandhom prezenza 24 siegha kuljum ta’ ufficjali tas-sigurta u/jew watchmen, filwaqt li f’dawk l-izjed importanti hemm ukoll cameras tas-sigurtà. L-ispiza totali f’sigurtà ghal din is-sena hija stmata li se tammonta ghal madwar €2 miljun, simili għal snin precedenti.
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.
Jista’ l-Ministru jara f’liema stadju waslet l-applikazzjoni li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-applikazzjonijiet għaċ-ċittadinanza jeżiġu pproċessar rigoruż illi jsir primarjament mill-Unit taċ-Ċittadinanza fi ħdan l-Aġenzija Identity Malta. L-applikanta tista’ tagħmel kuntatt mal-Unit taċ-Ċittadinanza billi tibgħat e-mail fuq citizenship@gov.mt jew billi ċċempel fuq 25904168/69 u tagħmel il-mistoqsijiet tagħha lill-uffiċjali responsabbli.