Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #823 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dekasteru tiegħu (i) każwali u (ii) bil-kuntratt u għal liema pożizzjonijiet f'kull każ? Jista' jgħid kemm minn dawn ġie mitmum l-impieg/ingaġġ tagħhom jew għalqilhom it-terminu u ma ġġeddidx, inkluż dawk fuq bordijiet governattivi, parastatali jew ta' kull xejra oħra, mill-5 ta' Settembru 1998 'l hawn? Fil-każijiet kollha separatament jista' l-Ministru jgħid kemm ġie mħallas kumpens fejn applikabbli lil dawk fuq imsemmijin li ma baqgħux ingaġġati mill-Gvern preżenti?

Response (DALLI, JOHN)

Fid-dekasteru tiegħi hemm 13-il ħaddiem każwali u 23 bil-kuntratt (18-il skrivan, 3 avukati u 2 kunsulenti.) Għat-tieni parti tal-mistoqsija, ngħarraf lill-Onor Interpellant illi mis-Segretarjat Privat tal-Ministeru intemm l-ingaġġ ta` Driver\Security Officer b`seħħ mis-7 ta` Settembru 1998; bħala kumpens dan ingħata sitt xhur paga kif stipulat fil-kuntratt ta` l-ingaġġ.
Leg 9 PQ #1045 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lotto — Logħob

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm dħul għal dawn l-aħħar tlett snin, sena sena, mil-logħob tal-Lottu, Super 5 u Lotterija Nazzjonali?

Response (DALLI, JOHN)

Id-dħul kien kif ġej: Logħba 1996 1997 1998 Lm Lm Lm Lottu 3,859,006 3,458,177 2,462,802 Super 5 2,487,688 2,640,349 2,671,167 Lotterija Nazzjonali 120,480 252,308 108,558 Il-figuri għas-sena 1998 huma sa l-aħħar ta` Ottubru 1998.
Leg 9 PQ #1234 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Sistema tal-F.S.S.

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif se tintlaqat is-sistema tal-F.S.S. minħabba d-diversi rebates li wiegħed il-Partit Nazzjonalista fil-Programm Elettorali tiegħu, aktar u aktar billi fil-Budget għas-sena 1996 kien ġie abolit it-tnaqqis ta' konċessjonijiet, deductions u rebates mill-Income Tax?

Response (DALLI, JOHN)

Id-Dipartiment qiegħed jistudja l-mod kif jimplimenta l-miżuri msemmija mingħajr ma tintlaqat is-sistema tal-FSS.
Leg 9 PQ #1340 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru tal-Finanzi

Foreign Exchange Bureaux

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed jagħmlu l-awtoritajiet konċernati sabiex jiżguraw li bureaux tal-Foreign Exchange jimxu ma' l-istess regoli ta' Exchange Control li jirregolaw lill-banek kummerċjali? Tista' tingħata statistika indikattiva dwar dawn it-transazzjonijiet, abbażi tar-return li għandhom is-Central Bank?

Response (DALLI, JOHN)

Illum il-ġurnata bureaux tal-Foreign Exchange huma liċenzjati taħt l-Att ta` l-1994 dwar Istituzzjonijiet Finanzjarji. Għaldaqstant, `bureaux tal-Foreign Exchange` huma marbuta bl-istess kundizzjonijiet tal-Liġi msemmija u wkoll bir-Regolamenti ta` l-Att dwar il-kontroll tal-Kambju 1972 li jorbtu l-banek. Istituzzjonijiet finanzjarji li qed jagħmlu din it-tip ta` xogħol jiġu appuntati bħall-banek bħala `Authorised Dealers` taħt l-Att dwar il-Kontroll tal-Kambju 1972. Bħala Authorised Dealers dawn l-Istituzzjonijiet m`humiex obbligati jirrapurtaw it-transazzjonijiet lill-Awtoritajiet. Minkejja din, il-Foreign Exchange Bureaux, bħala istituzzjonijiet finanzjarji, huma obbligati li jibagħtu financial statements ta` kull xahar lill-Bank Ċentrali bħala l-Awtorita` Kompetenti fil-qasam ta` Superviżjoni bankarja. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, bħalissa l-Bank Ċentrali għandu informazzjoni limitata fuq dan is-suġġett imma qed jaħdem biex joħroġ returns ġodda li fihom il-Foreign Exchange Bureaux ikunu jistgħu jagħtuh d-dettalji kollha tat-transazzjonijiet tagħhom ma` barra.
Leg 9 PQ #1349 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Impjegati tal-kumpannija CASUALS LTD.

Question

Jista' d-Dipartiment tat-Taxxi Interni jinvestiga l-każ ta' ex-impjegati tal-Kumpannija CASUALS LTD. li skond id-dipartiment għadhom ma ħallsux it-taxxa dovuta fis-sena bażika 1989 meta l-employer tagħhom kien għamel it-tnaqqis meħtieġ skond il-liġi iżda naqas li jgħaddi l-fondi lil CIR?

Response (DALLI, JOHN)

Il-każ li għalih qed jirreferi l-Onor. Leo Brincat ġie investigat mid-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Dawk l-impjegati li għarfuna bil-problema qed jiġu ikkreditati bit-taxxa mnaqqsa mill-paga.
Leg 9 PQ #1511 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema ġdida monenetarja — EURO

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi programmi hemm imħejjija mill-Bank Ċentrali u l-banek l-oħra kummerċjali kif ukoll l-exchange agencies dwar is-sistema ġdida monetarja EURO li se tidħol fis-seħħ kmieni f'Jannar li ġej? Il-Ministru jaħseb li għandu jagħmel stqarrija dwar din il-munita ġdida fil-kamp internazzjonali monetarju?

Response (DALLI, JOHN)

Is-sistema bankarja Maltija qed tagħti importanza kbira għall-introduzzjoni tal-EURO. L-ewwel net qed iżżomm il-pubbliku nfurmat bl-iżviluppi li qed iseħħu f`dan il-qasam, u kif dawn jistgħu jinfluwenzaw l-investimenti finanzjarji. Is-sistema bankarja qiegħda wkoll tirranġa l-operazzjonijiet tagħha fil-qasam tal-pagamenti internazzjonali u fil-qasam ta` l-investimenti f`muniti Ewropej, kemm dawk tagħhom kif ukoll dawk li huma joffru lill-klijenti. Huwa importanti li nsemmu li l-Bank Ċentrali qiegħed jeżamina l-effett tas-sistema tal-EURO fuq il-valur tal-Lira Maltija. Bħala informazzjoni lill-pubbliku, nħareġ pamphlet mill-Bank Ċentrali u mill-Assoċċjazzjoni tal-Bankiera Maltin li jispjega ċar l-implikazzjonijiet prinċipali ta` din il-munita ġdida għall-pubbliku. Saru u qed jitħejjew seminars u konferenzi fuq is-sinifikat u l-effett tal-EURO mill-banek u anke minn organizzazzjonijiet bħall-Malta Comercial Banks Association. Meta jkun il-waqt nagħmel l-istqarrijiet meħtieġa.
Leg 9 PQ #1542 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Perit D. Mintoff — Ħlas ta' capital gains tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallset capital gains tax fuq is-somma li l-Perit D. Mintoff irċieva bħala kumpens parzjali dwar il-bini tal-Power Station ta' Delimara qrib l-Għarix, ġaladarba is-somma ma kenitx iffissata mill-Qorti bħala kumpens iżda kienet riżultat ta' trattattivi privati?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant jaf li din l-informazzjoni ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjoni ta` segretezza fl-Income Tax Act.
Leg 9 PQ #1544 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Teżor — Deficit pubbliku

Question

Peress illi qed jingħad illi d-deficit pubbliku għal 1998 se jkun madwar Lm170 miljun, jista' l-Ministru jgħid fuq liema bażi l-esperti tat-Teżor waslu għal din l-figura, meta ftit xhur ilu kienu ndikaw figura ħafna anqas?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant ikollu risposta dettaljata fid-diskors tal-Budget.
Leg 9 PQ #1547 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Arretrati

Question

Peress li jidher li l-Gvern għandu arretrati ta' taxxa (Income tax) li jammontaw għal aktar minn Lm160 miljun, jista' l-Ministru jgħid kif wasal għal din il-figura? Din il-figura tirrifletti ex officio assessments? Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jikkalkola il-Gvern li jista' attwalment u ġustament jiġbor minn dawn l-arretrati?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1550 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

Sistema DAS — Infiq

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tal-Gvern Nazzjonalista bejn l-1992 u l-1996 fuq l-introduzzjoni tas-sistema DAS fid-Dipartiment tal-Gvern? F'liema dipartiment ġiet introdotta is-sistema DAS? Din is-sistema hija ppjanat li taħdem fuq accrual basis minflok cash basis? Wara l-esperjenza ta' diversi snin b'din is-sistema, jaħseb il-Gvern li din hija l-aħjar sistema ta' accounting system?

Response (DALLI, JOHN)

It-tweġiba tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #1629 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

TV — Importazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1206?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant tkun pubblikata perjodikament fi Trade Statistics.
Leg 9 PQ #128 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Trażżin ta' l-inflazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jispjega x'inhuma l-miri tal-gvern f'dak li għandu x'jaqsam mat-trażżin ta' l-inflazzjoni? Jista' l-Ministru jgħid jekk il-gvern għandux xi mira ta' kemm jixtieq li tkun ir-rata ta' inflazzjoni?

Response (DALLI, JOHN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru għas-Servizzi Ekonomiċi.
Leg 9 PQ #461 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

MFSC — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru 1998 fil-Malta Financial Services Centre? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Il-Malta Financial Services Centre hija entita` b`uffiċċju wieħed u għaldaqstant ma jingħatawx trasferimenti.
Leg 9 PQ #462 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

VAT Office — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fil-VAT Office? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mis-6 ta` Settembru 1998 sat-28 t` Ottubru 1998 saru 3 trasferimenti li jikkonċernaw id-Dipartiment tas-CET. Fil-każ ta` l-ewwel tnejn, it-trasferimenti saru fuq talba ta` l-uffiċjali kkonċernati. Fil-każ tat-tielet wieħed, it-trasferiment sar minħabba esiġenza fid-Dipartiment tat-Teżor. Għalkemm in-numru ta` trasferimenti jinżamm limitat kemm jista` jkun, dejjem jistgħu jinqalgħu ċirkustanzi fil-futur li jkunu jirrikjedu li jsir xi trasferiment.
Leg 9 PQ #1156 Sitting 13 1998-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tal-Finanzi

Ministri/Segretarji Parlamentari — Xiri ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw karozzi ġodda għall-Ministri u Segretarji Parlamentari mill-elezzjoni ġenerali 'l hawn?

Response (DALLI, JOHN)

Mill-elezzjoni ġenerali `l hawn inxtrat karozza waħda.
Leg 9 PQ #123 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Ingaġġar

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm nies ġew ingaġġati fid-dekasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998? Jista' jagħti l-ismijiet tan-nies li ġew ingaġġati? X'karigi ngħataw fil-ministeru? X'karigi kellhom qabel ma ġew ingaġġati? Min minnhom kien jaħdem mal-gvern u f'liema dipartiment kien jaħdem? X'inhuma l-kwalifiki akkademiċi ta' dawn? X'kondizzjonijiet ingħataw? Jista' jpoġġi l-kuntratti fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid x'karigi kull wieħed minnhom kellu fil-Partit Nazzjonalista?

Response (DALLI, JOHN)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 293 seduta 6. MF\PQ\14\98
Leg 9 PQ #453 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tal-Lottu Pubbliku — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tal-Lottu Pubbliku? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm ebda transfer fid-Dipartiment tal-Lottu fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` l-impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenza tas-servizz.
Leg 9 PQ #454 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fid-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Fil-perjodu msemmi kien hemm 10 persuni trasferiti minn jew lejn id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Seba` minnhom kienu trasferiti lejn id-Dipartiment filwaqt li t-tlieta l-oħrajn ġew trasferiti lejn Dipartimenti oħrajn. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija jista` jingħad li tmienja minn dawn il-persuni kienu trasferiti fuq talba tagħhom stess dejjem skond l-esiġenzi tad-Dipartiment. Iż-żewġ uffiċċjali l-oħrajn, it-tnejn skrivani li kienu għadhom kif ġew ingaġġati għall-ewwel darba, ġew trasferiti waħda minn dan id-Dipartiment għad-Dwana u l-oħra viċi versa, wara arranġamenti li saru bejn l-MPO u d-dipartimenti. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, jekk u meta fil-futur qarib isiru xi trasferimenti, dawn isiru skond il-proċedura stabbilita u skond l-esiġenza tas-servizz.
Leg 9 PQ #810 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Ministeru tal-Finanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema taħt id-dikasteru tiegħu li mill-aħħar Elezzjoni Ġenerali 'il hawn ġew trasferiti: i) minn dipartiment għal ieħor fl-istess Ministeru; ii) minn dipartimenti f'Ministeru għal xi post ieħor li jaqgħu taħt Ministeri oħrajn? Jista', f'kull każ, il-Ministru jgħid minn fejn u għal fejn saru dawn it-trasferimenti u għal liema raġunijiet?

Response (DALLI, JOHN)

It-trasferimenti fid-dikasteru tiegħi saru kif ġej: Dipartiment Minn Lejn Is-Segretarjat Privat 1. Private Secretariat, Housing Authority tal-Ministru Ministry of Finance 2. Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance 3. Private Secretariat, Housing Authority Ministry of Finance 4. Private Secretariat, Malta Drydocks Ministry of Finance 5. Private Secretariat, N.T.O.M. Ministry of Finance 6. Private Secretariat, Interprint Ltd. Ministry of Finance 7. Private Secretariat, Enemalta Corporation Ministry of Finance 8. Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance 9. Private Secretariat, Education Ministry of Finance 10. Private Secretariat, C.E.T. Ministry of Finance 11. Private Secretariat, Health (Mt Carmel) Ministry of Finance 12. Private Secretariat, Contracts Ministry of Finance 13. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance 14. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 15. Private Secretariat, Education Ministry of Finance 16. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 17. Private Secretariat, Industrial Property Ministry of Finance 18. Law Courts Private Secretariat, Ministry of Finance 19. Maltapost p.l.c. Private Secretariat, Ministry of Finance 20. Treasury Private Secretariat, Ministry of Finance 21. Local Councils Private Secretariat, Ministry of Finance 22. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance 23. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance It-Teżor 1. Treasury Private Secretariat, Ministry for Social Policy 2. Treasury Private Secretariat, Ministry for Tourism 3. Treasury Private Secretariat, Ministry for Economic Services 4. Treasury Inland Revenue 5. Treasury Private Secretariat, Ministry for Transport and Communications 6. Treasury Ministry for Tourism 7. CET Treasury 8. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance 9. Private Secretariat, Treasury Ministry of Finance Taxxi Interni 1. Customs Inland Revenue 2. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs 3. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry of Foreign Affairs 4. Treasury Inland Revenue 5. Private Secretariat, Inland Revenue Ministry for Transport and Communications 6. Customer Services Inland Revenue (Gozo) 7. Inland Revenue Customs 8. Inland Revenue Health 9. Inland Revenue Private Secretariat, Ministry for Gozo Dwana 1. Private Secretariat, Customs Ministry of Social Services 2. Customs Inland Revenue 3. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 4. Private Secretariat, Customs Ministry of Finance 5. Inland Revenue Customs 6. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance 7. Customs Private Secretariat, Ministry of Finance Taxxa tad-Dwana u 1. Private Secretariat, CET Tas-Sisa Ministry of Finance 2. CET Private Secretariat, Ministry of the Environment 3. CET Treasury Ir-raġunijiet għal dawn it-trasferimenti ingħataw fit-tweġibiet għall-Mistoqsijiet Numru 282, 453, 454.
Leg 9 PQ #960 Sitting 12 1998-11-17 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Bini tad-Dwana

Question

Jista' l-Ministru jinforma l-Kamra jekk hemmx il-ħsieb li fil-futur viċin il-bini tad-Dwana mibni fl-1774 b'tant sempliċita' klassika jiġi restawrat u f'partijiet minnu jiġi stabilit mużew fejn jiġu esebiti d-diversi oġġetti u dokumenti marbuta ma' l-istorja tad-dwana tagħna?

Response (DALLI, JOHN)

Is-suġġeriment tal-Onor Membru se jiġi studjat.