Tista' il-Ministru tara jekk it-traffic signs ta' parkeġġ li hemm fi Pjazza Gregorio Bonnici u Pjazza 13 ta' Diċembru, fiż-Żejtun, li jgħidu li disabled persons jistgħu jipparkjaw biss għal siegħa, jiksrux il-liġi ta' l-ugwaljanza għax parking signs oħra ta' parkeġġ fl-istess lokalitajiet m'għandhomx l-istess restrizzjoni ta' ħin? Possibbli jittieħdu passi biex din l-inġustizzja fil-konfront ta' persuni b'diżabilita' titneħħa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt l-ilment ta' l-Onor. Interpellant lill-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' biex tinvestiga.
Tista' il-Ministru tgħid kemm daħħlet flus l-awtorita' tad-djar mill-applikazzjonijiet ta' dawk li applikaw biex jibbenefikaw minn waħda mill-iskemi ta' l-istess awtorita' fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Matul is-sena 2004, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema li rrikorrew għas-sick leave?
Kemm-il ġurnata sick leave fil-fatt ħadu l-ħaddiema f'Malta u Għawdex separatament?
Tista' tinformani bl-istess informazzjoni għall-aħħar ħames snin, sena b'sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija ninsab infurmata wkoll li ma tinżammx statistika separata għal Malta u Għawdex.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kienet iċ-ċifra globali li ħallas il-gvern sabiex jikkumpensa l-ħaddiema li kienu bis-sick leave matul is-snin 2003 u 2004 separatament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li n-nefqa totali mħallsa f'Benefiċċju tal-Mard għas-snin 2003 u 2004 kienet Lm2,082,434.44 u Lm1,707,716.32 rispettivament.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn persuni jattendu s-servizzi tad-Detox illum? Kemm attendew is-sena l-oħra? Kemm minn dawn kellhom anqas minn 16-il sena?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li preżentement in-numru ta' persuni li jirċievu s-servizz miċ-Ċentru Detox hu ta' 801. In-numru totali ta' dawk li attendew iċ-Ċentru matul l-2004 kien ta' 1,047.
Ninsab infurmata wkoll li ħadd minn dawn il-persuni ma kellu anqas minn 16-il sena.
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru talbiet għal xogħol taħt l-iskema care and repair f'Bormla, Birgu u Isla minn meta bdiet l-iskema sal-lum? Kemm minnhom bdew u tlestew? Kemm kienet l-ispiża minfuqa?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li minn meta bdiet titħaddem l-inizjattiva tal-Care and Repair, l-Awtorita' tad-Djar irċeviet 78 talba minn residenti fl-Isla, Bormla u l-Birgu.
Minn dawn l-applikazzjonijiet, 14-il każ ġew finalizzati, fi 18-il każ qed isiru x-xogħlijiet, 3 każijiet ser issirilhom l-ewwel spezzjoni u 13 ser jiġu diskussi fil-ġranet li ġejjin. L-ispiża għal dawn ix-xogħlijiet kienet ta' Lm24,270.53.
Il-kumplament tal-każijiet ma ġewx proċessati taħt din l-inizjattiva għal diversi raġunijiet, fosthom li l-applikanti:
issottomettew applikazzjoni taħt xi Skema ta' l-Awtorita' dwar irranġar u titjib tad-djar;
kellhom assi kapitali aktar minn Lm4,000;
irrifjutaw li jsiru x-xogħlijiet.
Tista' il-Ministru tispjega lill-anzjana - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - huwiex minnu li din qed tirċievi pensjoni anqas milli ħaqqha?
Tista' l-anzjana tiġi nfurmata bl-aħħar żvilupppi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Matul is-sena 2004, tista' il-Ministru tgħid kemm kien in-numru ta' karozzi mikrija mill-ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru?
Kemm kienet l-ispiża f'ċifra ta' flus totali għal dawn il-kirjiet, inkluż l-ispiża totali tal-fuel rispettivament?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li matul l-2004 in-numru ta' karozzi mikrija mill-Ministeru, Dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt dan id-dekasteru kien ta' 43.
L-ispiża totali għal dawn il-kirjiet, inkluż spejjeż tal-fuel, kien ta' Lm151,523.82.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm persuni li fl-aħħar tas-sena 2004 kienu qed jirċievu: a) il-pensjoni tal-wens; u b) l-SAF?
X'ammonti ta' flus ħallas id-dipartiment tas-sigurta' soċjali fuq dawn iż-żewġ benefiċċji soċjali rispettivament matul is-sena 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li skond l-istatistika miżmuma mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali, n-numru ta' persuni li matul l-2004 kienu qed jirċievu l-Ghajnuna tal-Wens kien 282 n-numru ta' dawk li kienu qed jirċievu l-Għajnuna ta' l-SAF kien ta' 535. L-ammonti mħallsa kienu Lm439,476 u Lm628,136 rispettivament.
B'referenza għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Nru. 8161 f'Seduta Nru. 176 ninsab infurmata li n-numru ta' benefiċjarji li kienu qed jirċievu l-Għajnuna ta' l-SAF fl-aħħar ta' Settembru 2004 kellu jaqra 519 u l-ammont imħallas sa dik id-data kellu jaqra Lm453,602.
Tista' il-Ministru tgħid għaliex il-persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - qed iħallsu kera għolja għall-fond tal-gvern meta dawn it-tnejn ma jaħdmux?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata illi s-sussidju fuq il-kera tal-post indikat inħadem sewwa skond il-kuntratt iffirmat mill-inkwilin meta ngħata l-post.
Tista' il-Ministru tgħid kemm saru playing fields mid-dipartiment tal-bini u tiswija ta' djar tal-gvern fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Fejn saru? Kien hemm partnership mal-kunsilli lokali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra.
Tista' il-Ministru tgħid meta se ssir ir-reviżjoni tal-pensjoni (skond l-aħħar ftehim kollettiv) tal-ħaddiema ta' l-MDD u ta' l-iStainless Steel?
Response (CRISTINA, DOLORES)
F'dan l-istadju ma għandi xejn xi nżid mat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8213 f'Seduta 176, li tapplika wkoll għall-ex ħaddiema li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant.
Tista' il-Ministru tgħid fiex wasal ix-xogħol biex jiġu aġġustati l-pensjonijiet skond il-ftehim kollettiv bejn il-GWU u l-Maltacom għal dawk il-persuni bħalma hi l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għadhom qed jistennew dan l-aġġustament, jaraw id-dħul tagħhom jibqa' fiss waqt li l-ispejjeż, fosthom tal-mediċini, jogħlew?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru ġentilment tinvestiga fiex waslet l-applikazzjoni għal akkomodazzjoni alternattiva tas-single mother - id-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - li għandha żewġt itfal ta' ħames u sitt snin?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Jien infurmata li l-applikazzjoni qed tiġi kkunsidrata flimkien m'oħrajn simili.
Tista' il-Ministru tivverifika jekk il-persuna - dettalja dwarha qed jintbagħtu separatament - hijiex tieħu l-ammont ta' benefiċċju soċjali dovut lilha peress li issa għandha żewġ ulied?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha direttament mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali.
Ħal Qormi — Stallazzjoni ta' lift f'appartament tal-gvern
Question
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu l-proċeduri għall-istallazzjoni ta' lift fi block 6, fi Triq il-Fontanier, f'Ħal Qormi minħabba li f'dan il-block jgħixu persuni b'diżabilita'?
Tista' tgħid meta se jinbeda dan ix-xogħol meħtieġ?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li, fis-16 ta' Frar 2005, l-Awtorita' tad-Djar applikat lill-MEPA għal permess biex jiġi stallat il-lift li għamel referenza għalih l-Onor. Interpellant. Hekk kif joħroġ il-permess l-Awtorita' tkun tista' tipproċedi bil-ħruġ tas-sejħa għall-offerti għall-istallar tal-lift.
Tista' il-Ministru tispjega lil persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - għaliex ilha tħallas ħlasijiet lura tas-sigurta' soċjali għal ħafna żmien? Kemm kien l-ammont oriġinali u kif sar hekk?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslu l-istudji tal-gvern dwar il-bejgħ u l-konsum ta' alkoħol liż-żgħażagħ? Hemm ħsieb li tittieħed deċiżjoni qabel is-sajf meta jkun hawn influss ta' studenti barranin u t-tfal tagħna jkunu bil-vaganzi?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Matul l-2003 sar studju fost l-istudenti kollha li kienu jattendu l-aħħar sena ta' l-iskejjel sekondarji f'Malta u Għawdex. Dan l-istudju sar permezz ta' l-Aġenzija sedqa,bil-kollaborazzjoni tal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni.
Dan l-istudju, magħruf bħal ESPAD (European School Survey Project on Alcohol and other Drugs), ħadu sehem fih 35 pajjiż Ewropew, u kien taħt id-direzzjoni ta' CAN (The Swedish Council for Information on Alcohol and other Drugs) u l-Pompidou Group tal-Kunsill ta' l-Ewropa.
Dan huwa studju xjentifiku u fost affarijiet oħra jagħti stampa ċara dwar l-użu ta' l-alkoħol fost żgħażagħ ta' sittax il-sena, kif ukoll ġabra ta' informazzjoni dwar kif is-sitwazzjoni fost dawk li ħadu sehem tqabbel maż-żgħażagħ fil-pajjiżi Ewropej l-oħra.
Ir-Rapport ta' dan l-istudju, li jiġbor fih ir-riżultati miġbura mill-pajjiżi kollha li ħadu sehem inkluż Malta, ġie ppreżentat lill-istampa f'Diċembru tas-sena l-oħra.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru 7343 f'Seduta Nru 165.