Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' ġenituri li tressqu l-Qorti talli ma bagħtux lil uliedhom l-iskola fl-2003, 2004 u 2005?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' taħrikiet magħmulin lill-ġenituri matul is-snin mitluba hu :
Sena Total
2003 4445
2004 3778
2005* 2772
* Dan it-total huwa sa Awissu 2005.
Jista' il-Ministru jghid kemm daħlu studenti għall-kors ta' gwida fl-ITS f'din is-sena akkademika u kemm temmewha b'suċċess? Hemm xi ħsieb li jibda jsir part-time?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 20 student/a bdew il-kors ta' Gwida fl-ITS f'Ottubru 2004. Dan il-kors jintemm
f'Ġunju 2006. Inbeda kors ta' Gwida - Part-time f'Mejju 2005.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati lecturers fil-livell post sekondarju u livell terzjarju mill-1987 'il hawn fuq bażi full-time u fuq bażi part-time? Min huma? Xi kwalifiki għandhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li regolarment l-Universita' tippubblika d-direttorju bl-ismijiet, il-kwalifiki u l-pożizzjoni li jokkupaw dawk li jgħallmu fl-Universita'.
Jista' il-Ministru jgħid x'għarfien għandha n-National Diploma in Early Years (BTEC)?
Għandha għarfien mid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni f'Malta? Liema istituzzjonijiet barranin jagħtuha għarfien?
Jistgħu l-istudenti li spiċċaw b'suċċess dan il-kors fl-MCAST japplikaw għal Kindergarten Assistants fl-iskejjel ta' l-istat?
Response (GALEA, LOUIS)
Il-materja mqanqla għada qed tiġi konsidrata mill-awtoritajiet edukattivi.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13380 tas-27 ta' Ġunju 2005, il-Ministru għadu jsostni l-pożizzjoni tiegħu fid-dawl ta' l-affidavit li diversi studenti għamlu, fejn ħalfu li kienu ġew imwiegħda minn nies identifikati bħala diriġenti ta' l-MCAST li l-B.Tec diploma jwassal għal degree course?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-MCAST/BTEC National Diploma in Health Studies ġiet rikonoxxuta u aċċettata minn universitajiet barranin bħala kwalifika għad-dħul fid-degree courses.
L-istudenti ta' l-MCAST qatt ma ġew imwiegħda mill-MCAST li din id-Diploma hi aċċettata mill-Universita' ta' Malta bħala kwalifika għad-dħul fl-IHC Degree Course. Dan għaliex l-Universita' hija awtonoma minn l-MCAST u għax m'hemmx arranġament bejn l-MCAST u l-Universita' dwar dan il-kors.
L-MCAST avża l-Universita' ta' Malta li l-National Diploma in Health Studies titqies daqs tlett A Levels (3 Merits għal valur ta' 240 UCAS points jew 3 Distinctions għal valur ta' 360 UCAS points). Din il-prattika tapplika għal programmi kollha ta' l-MCAST/BTEC National Diploma f'kull qasam.
Madankollu l-Universita' ta' Malta stabbilit li l-MCAST/BTEC National Diploma in Health Studies hija ekwivalenti għal A Level wieħed, bi grad B, bħala kwalifika għad-dħul kif jidher f'L.N. 299 ta' l-2005.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk persuna minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li tkun trid tibda negozju minn Malta tkunx teħtieġ permess tax-xogħol biex tkun tista’ topera minn Malta, anke jekk is-servizz li tkun se tagħti jkun wieħed internazzjonali u mhux nazzjonali?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li persuna minn pajjiż ta’ l-Unjoni Ewropea li tkun trid tibda negozju f’Malta ma għandiex bżonn ‘Permess’ tax-xogħol biex tagħti servizz.
Imma bħaċ-ċittadini Maltin, ċittadini Ewropej iridu ikunu konformi mal-proċeduri u l-liġijiet Maltin illi min jaħdem għal rasu jkun irid jipprovdi 'engagement form' lill-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, irid ikollu numru tal-Vat u l-liċenzji oħra neċessarji sabiex joperaw in-negozju tagħhom.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm skejjel indipendenti li għollew il-miżati tagħhom għas-sena skolastika li jmiss u liema huma? B'kemm f'kull każ? Ingħataw raġunijiet lid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni għal din iż-żieda?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm intalbu revision of papers għall-eżamijiet tas-SEC u MATSEC ta' Mejju/Ġunju li għadda? F'liema suġġetti? Kemm inbidlu marki?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jikkonferma l-Ministru li matul ix-xhur tas-sajf uffiċjali tal-monitoring board m'għamlu l-ebda spezzjoni fl-iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin? X'inhi r-raġuni għal dan? Kif allura nżamm kontroll kif titlob il-liġi fuq il-kwalifiki ta' l-għalliema li l-postijiet huma adekwati u ħwejjeġ oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
Ġejt assikurat li l-awtoritajiet edukattivi assiguraw li l-għalliema konċernati għandhom il-kwalifiki mitluba u li l-iskejjel huma adegwati.
Jista' il-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw jew ser jintużaw biex jintgħażlu l-kordinaturi tal-kulleġġi li twaqqfu bi prova? Jista' jgħid ukoll meta ser jitwaaqaf il-bord tal-gvernaturi ta' kull kulleġġ? Xi kriterji ser jintużaw sabiex dawn jiġu magħżula? Min ser jagħżel lil dawn il-persuni? Jikkonferma li dawn mhux ser jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Dwar l-ewwel punt tal-Mistoqsija ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra is-sejħa għal applikazzjoni relattiva.
Dwar l-aħħar tlett mistoqsijiet tweġiba tingħata aktar 'l quddiem meta l-materji mqanqla jiġu deċiżi.
Jista' il-Ministru jgħid kemm irreġistraw ħaddiema barranin ma' l-ETC biex jirregolaw il-pożizzjoni tagħhom skond l-offerta li ħarġet dan l-aħħar? Minn liema pajjiż jiġu? X'xogħol jagħmlu kollha? Se jiġu aċċettati?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jara li t-toqob li hemm ġewwa l-ħitan tal-junior college ma' J. Borg Street jingħalqu billi minnhom jinżel ħafna ilma li qed jidħol fid-djar li hemm quddiem Triq San Ġużepp ġo Bordin Street, Imsida?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm każi pendenti għas-smigħ quddiem il-bord tan-national employment authority? Jista' jgħid ukoll kemm dawn il-każi ilhom pendenti, xhur u/jew snin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li sa l-aħħar ta' Awissu 2005 kien hawn 582 każi pendenti. Dawn ilhom pendenti minn Jannar 2005.
National employment authority — Backlog ta' xogħol
Question
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħatar il-bord tan-national employment authority? X'passi se jittieħdu biex il-backlog ta' xogħol pendenti quddiem dan il-bord jiġi ndirizzat?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Awtorita' ġiet maħtura u qed tittratta l-każijiet li hemm pendenti.
Marsa — Rixtellu li jagħti għall-korsa taż-żwiemel
Question
Jista' il-Ministru jgħid għaliex ir-rixtellu li jagħti għall-korsa tal-Marsa fuq wara tal-Maltapost, mhux qed ikun miftuħ kif kien ikun qabel, peress li dan joffri speċi ta' safeguard għaż-żwiemel, minħabba t-traffiku li jgħaddi minn din it-triq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rixtellu li jagħti għall-korsa tal-Marsa fuq wara tal-Maltapost illum il-ġurnata jagħmel parti mill-proġett ta' l-entratura l-ġdida li sar ftit tas-snin ilu biex b'hekk ġie mmodernizzat il-kumpless tal-korsa tal-Marsa. Dan l-istess rixtellu llum il-ġurnata qiegħed jintuża bħala dħul u ħruġ tal-pubbliku, speċjalment wara xogħol ta' pavimentar li sar fuqu. Minn naħa l-oħra s-sidien u s-sewwieqa taż-żwiemel xorta għad għandhom il-faċilita' li jidħlu biż-żwiemel permezz ta' żewġ rixtelli mibnija apposta fiż-żona tal-paddocks.
B’referenza ghall-mistoqsija parlamentari 1138 li ġiet imwieġba f’seduta numru 32, jista’ il-Ministru jgħid jekk in-numru msemmi hux biżżejjed għall-ħtiġijiet u t-talbiet ta’ l-iskejjel fejn tidħol għajnuna lit-tfal mill-complementary teachers?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' Complementary Teachers huwa 84, 10 minnhom f'Għawdex. Jirriżulta li hemm riżorsi biżżejjed biex jitwettqu l-programmi ta' litteriżmu li jkun hemm bżonn.