Jista' l-Ministru jgħid xi training jingħata lill-istudenti tal-Fakulta' ta' l-Arkittettura rigward disinn u liġi relattiva dwar access for all? Jekk jingħata, kemm ħin jiġi dedikat u x'tip ta' credit jingħata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-aċċess fil-bini għal persuni kollha inklużi dawk li għandhom xi diżabilita` kemm dik ta' natura permanenti u kemm dik ta' natura temporanja tinvolvi aspetti differenti tad-disinn u l-kostruzzjoni tal-bini. Għalhekk taħriġ dwar dan l-aspett jingħata f'diversi study units tul il-kors kollu li jwassal għall-grad ta' B.E.&A. (Hons) fosthom:
a) Disinn arkitettoniku, tul il-kors kollu iżda b'mod speċjali fl-aħħar tliet snin fejn l-istudenti huma mistennija li fix-xogħol ta' disinn li huma jippreżentaw juru li l-bini jew kostruzzjoni oħra li huma jkunu ddisinjaw ikun bini aċċessibbli għal kulħadd u li l-faċilitajiet li jkun jinkludi jkunu jistgħu jintużaw minn kulħadd. Dan jinkludi mhux biss persini b'xi diżabilita` imma wkoll persuni oħra li jista' jkollhom bżonnijiet speċjali fosthom persuni anzjani u tfal.
b) Teknoloġija ta' kostruzzjoni fejn isir taħriġ dwar dettalji ta' kif fil-prattika dak li hu mitlub mid-Disinn arkitettoniku jista' jinbena.
c) Liġijiet u regolamenti, fejn isir studju dwar il-liġi u regolamenti u linji ta' gwida li ħarġu minnha dwar aċċess għall-bini minn persuni b'diżabilita`.
Informat li mhux possibbli li tagħti numru ta' siegħat li jkunu ddedikati speċifikament għal dan il-għan. It-taħriġ fid-disinn arkitettoniku isir prinċipalment permezz ta' riċerka individwali, xogħol fl-istudio taħt id-direzzjoni tat-tutor fis-suġġett u tutorials fuq bażi individwali jew fi gruppi żgħar. Fiż-żewġ suġġetti l-oħra jagħmel parti minn korsijiet li jsiru tul diversi semesters.
Jista' l-Ministru jgħid jirriżultax li x-xogħol li qed isir bħalissa fl-iskola ta' San Ġiljan mhux qed isir fil-vaganzi tal-Għid u tas-sajf biex ma jkunx hemm inkonvenjenzi fl-iskola meta tinkera għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li x-xogħol fuq il-faċċata ta' l-Iskola Primarja ta' San Ġiljan se jieħu madwar sitt xhur sabiex jitlesta. Dan ifisser li bilfors parti mix-xogħol se jkollu jsir meta t-tfal qegħdin jattendu l-iskola. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni qed tieħu l-miżuri kollha biex tnaqqas l-inkonvenjent u ma jkun hemm ebda periklu għal ħadd waqt li qed jitwettaq dan ix-xogħol.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-European Union Programmes Unit (EUPU) hux qed joħroġ ħlassijiet regulari lil żewġ impjegati pubbliċi għax-xogħol li jagħmlu għalih? Kemm ilhom jitħallsu? kemm ħadu flus s'issa? Xi ħlassijiet qed jitħallsu? Mil-liema voti qed jitħallsu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-European Union Programmes Unit għandu miegħu tlett impjegati pubbliċi full-time u tnejn part-time. Il-ħamsa li huma jitħallsu mill-vot ta' l-EUPU item 5386. Il-full-timers jitħallsu skond l-iskala rispettiva. It-tnejn part-time jaħdmu wara l-ħin normali tax-xogħol u ilhom minn Frar 2001. Huma jitħallsu r-rata stabbilita ta' overtime skond il-grad rispettiv tagħhom. Persuna minnhom taħdem 15-il siegħa fil-ġimgħa u l-oħra 10 siegħat.
Dawn l-arranġamenti huma ta' natura temporanja sakemm l-EUPU tgħaddi mill-proċeduri neċessarji ta' reklutaġġ ta' l-istaff tagħha. (Ġew identifikati dawn iż-żewġ persuni partikolari għaliex kienu huma li minn żmien qabel kienu qed jaħdmu fuq ix-xogħol li daħal għalih l-EUPU.)
Jista' l-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex tiġi indirizzata l-problema mqajma fil-petizzjoni li qed tintbagħat separatament mressqa minn 123 Għawdxin dwar il-periklu mit-traffiku għat-tfal li jattendu l-iskola tas-Sannat?
Response (GALEA, LOUIS)
Nirreferi għat-tweġiba għal Mistoqsija Numru 29322.
Jista' l-Ministru jgħid x'pożizzjoni qed tittieħed dwar ir-rata stabbilita mill-Ministeru tal-Finanzi għal dawk li jgħallmu continuation u evening classes? Kif titqabbel din ir-rata l-ġdida mar-rata stabbilita?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-'continuation' u l-'evening classes' kienu qed jitħallsu bir-rata ta' Lm3.96,4 is-siegħa.
Ir-rata l-ġdida stabbilita mill-MPO u aċċettata mill-Finanzi hi ta' Lm5.00.
Jista' l-Ministru jgħid b' riferenza għat-tweġiba mogħtija għall-PQ 29120, f' hiex jikkonsisti t-tender allokat lill-Polidano Group u kemm jiswa?
Jista' l-Ministru jispeċifika x' permessi li qed jissemma illi għandu d-Dipartiment kkonċernat u jekk hemmx il-permess tal-Awtorita' ta' l-Ippjanar?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tender allokat lil Polidano Group jikkonsisti f'piling works u xogħol ieħor ta' twaqqih u tneħħija ta' strutturi minn fuq is-sit. Ix-xogħol jiswa Lm52,987 iżda jista' jkun hemm spiża addizzjonali ta' mhux aktar minn Lm10,000 fil-każ li jkun hemm bżonn li jintuża permanent casing. Dan ix-xogħol kopert bil-permess Nru 0930/00 ta' l-Awtorita` ta' l-Ippjanar.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 28982, jista' l-Ministru jagħti din l-informazzjoni minħabba li hija ta' interess nazzjonali jew għallanqas dak li jista' u dan minkejja li ninsabu fl-era tal-komputers?
Response (GALEA, LOUIS)
F'dan l-istadju nikkonferma l-pożizzjoni kif ġa mfissra fit-tweġiba mogħtija.
Jista' l-Ministru jgħati lista sħiħa ta' dawk il-ħwienet li minnhom l-istudenti jistgħu jixtru permezz tal-ismart card? Jista' jivverifika jekk hemmx ħwienet li qed jitolbu ħlassijiet lill-istudenti?
Response (GALEA, LOUIS)
Lista ta' ħwienet li s'issa qed jaċċettaw il-Card ta' l-Istudenti maħruġa mill-Bord għall-Għotjiet ta' Manteniment lill-istudenti qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Informat li l-Bord għandu numru ieħor ta' ħwienet li applikaw biex jidħlu fis-sistema. Dawn l-applikazzjonijiet qed ikunu proċessati u numru ieħor ta' ħwienet mistennija jiżdiedu ma' din il-lista. Il-Bord ma' awtorizza lil ebda ħanut li jitlob ħlasijiet lill-istudenti meta jużaw din il-card. Dan hu abbuż u jekk ikun hemm provi ta' dan il-Bord ineħħi lill-ħanut jew ħwienet in kwestjoni, minn din l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm studenti li talbu revisjoni tal-karta tal-eżami fil-livell:
1) ta' SEC
2) Intermediate
3) Avvanzat
suġġett b'suġġett fis-sessjoni ta' Settembru? Kemm tawhom ir-riżultat wara r-reviżjoni u kemm hemm fejn ir-riżultat għadu ma ħariġx?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi għalliema fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq li għandhom permess jidħlu xogħol fid-9.30am u jitilqu f'nofsinhar? Kemm hemm minn dawn l-għalliema ? Għaliex għandhom dawn il-permessi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola sekondarja taż-Żurrieq m'hemm ebda permess għal xi għalliema biex jirraportaw għax-xogħol fid-9.30 a.m. u jispiċċaw f'nofs in-nhar.
Jista' l-Ministru jgħid x'arranġamenti hemm ma' l-iskejjel statali li issa qed jintalbu jħallsu l-posta li jibgħatu? Mil-liema vot se jħallsu din l-ispiża? Se joħorġuhom huma l-flus jew se joħorġuhom minn flus li jingħatawlhom mid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Fil-każ, eta se jitħallsu l-flus? X'ammonti telgħu s'issa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fil-15 ta' Ġunju, 2001, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għaddiet is-somma ta' Lm20,611 lill-iskejjel ta' l-Istat biex ikopru għall-ispejjeż postali. Il-flus, li kollha kienu għall-perjodu Ġunju/Novembru, u li ġew ikkreditati fil-kont bankarju ta' kull skola, tħallsu mill-Vot ta' l-Edukazzjoni Item 2650 (Posta).
Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-iskejjel kollha li fis-sajf li għadda ntużaw għat-tagħlim tal-Ingliż lill-barranin u f'kull każ jgħid ma' liema skola/organizzazzjoni sar il-ftehim għall-użu tal-iskola?
Response (GALEA, LOUIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-istudenti l-ġodda tal-Fellenberg Institute huma mistennija li jitħallsu l-istipendju gċalhiex sal-bidu ta' Novembru kienu gfħadhom ma tħallsux? Tistax' tinvestiga l-ilment li wasalli li fost l-istudenti il-ġodda għad hemm għalliem tal-Maths nieqes?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hija proċedura li l-istudenti l-ġodda jitħallsu l-ewwel stipendju fl-aħħar ta' Novembru.
Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija informat li qed isiru l-aħħar arranġamenti biex jiġi ingaġġat għalliem tal-Matematika wara li irtirat il-persuna li kienet assenjata s-suġġett.
Jista' l-Ministru jgħid kemm il-talba għandu l-Ministeru u d-Dipartiment li jaqgħu taħt ir-responsabbilita' tiegħu biex jimla' postijiet vakanti fl-istess Ministeru/Dipartiment?
Liema huma dawk il-gradi li l-Ministeru/Diviżjoni qed jitlob biex jimla'?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid x'laqgħat ta' diskussjoni saru fl-iskola sekondarja Maria Goretti ta' Ħal Tarxien għall-istudenti tal-Form V? X'kienu t-temi ta' diskussjoni? Kif ġew ippreparati għalihom? Lill-istudenti ppruvaw jgħallmuhom jiddiskutu b'moħħ miftuħ jew ippruvaw jgħallmuhom favur sħubija fl-Unjoni Ewropeja?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li saret diskussjoni dwar il-Globalizzazzjoni. Dan is-suġġett huwa parti mis-sillabu ta' l-Istudji Soċjali tal-Form 5 u anke għall-eżami tal-Matsec. Fit-tielet ġimgħa ta' Novembru fl-iskejjel ser tkun ċelebrata wkoll il-"Globlisation Education Week" u fiha se jsiru diskussjonijiet dwar il-Globalizzazzjoni. Fil-fatt l-istudenti tal-Form 4 u tal-Form 5 ta' l-iskola Sekondarja Maria Goretti, Tarxien ser jattendu għad-diskussjoni fil-Junior Lyceum Carlo Diacono taż-Żejtun dwar il-Globalizzazzjoni b'enfasi fuq ir-refuġjati.
Id-diskussjoni li saret fl-iskola sekondarja tal-bniet Maria Goretti Tarxien ħadu sehem fiha panel ta' studenti li kienu maqsuma f'min kien kontra, min favur u min indeċiż dwar il-Globalizzazzjoni. L-istudenti kienu ppreparati għad-diskussjoni mill-għalliema ta' l-Istudji Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-kors fit-Technology Education għall-instructors? Kemm se jieħdu sehem instructors fih? Fejn se jsir? Min se jmexxih? F'hiex jikkonsisti l-kors? Kemm se jkun twil? X'inhuma l-miri li jrid jilħaq dan il-kors?
Response (GALEA, LOUIS)
S'issa għadhom ma instabux biżżejjed lecturers għall-Kors fit-Technology Education għall-Instructors u Teachers.
In-numru ta' Teachers u Instructors li se jieħdu sehem fl-ewwel kors hu ta' 113. Il-Kors se jsir parti fl-Universita` u parti fil-Workshops tat-Technology Education li ġew armati fl-iskejjel.
Il-Kors se jitmexxa mill-Fakolta` ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita`.
Il-Kors jikkonsisti f'dawn il-credits maqsumin f'erba' modules:
Module 1
Mechanical
Curriculum Project
Energy and Power
Design
Graphics
Module 2
Biotechnology
Production Methods
Maths
Graphics in Technology
Module 3
Food Technology
Biotechnology in food
Module 4
Technology in Teams
Design for Special Human Needs
Electronic Control
Computer Control
Il-Kors hu maħsub li jkun ta' seba' xhur.
Dan il-Kors hu maħsub li jħarreġ Teachers u Instructors biex ikunu jistgħu jgħallmu s-suġġett "Technical Education" kif propost fil-Kurrikulu l-ġdid.
Jista' l-Ministru jivverifika jekk hux minnu l-ilment li wasali li l-klassi 6C ta' l-iskola Sir Anthony Mamo ta' B'Kara tħalliet bla kompjuters? X'inhuma r-raġunijiet? Meta se jaslu l-kompjuters?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-kopjuters fl-Iskola Sir Anthony Mamo ta' B'Kara tqassmu fis-17 ta' Ottubru 2001. Baqa' xi xogħol ta' l-elettriku li hu maħsub li se jsir fl-inqas żmien possibbli.
Jista' l-Ministru jgħid fl-iskola Sir Temi Zammit ta' l-Imtarfa kemm kienet is-somma mitluba minn kull student għal sena sħiħa għall-użu ta' locker għas-sena li għaddiet? Kemm hu l-ħlas din is-sena? X'inhi r-raġuni tad-differenza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fis-sena skolastika 2000/2001 il-ħlas għal-locker kien ta' Lm2 għal sena. Għas-sena skolastika 2001/2002, il-ħlas huwa ta' Lm3 għal sena sħiħa. Informat li din iż-żieda kienet meħtieġa għall-manutenzjoni ta' dawn l-istess lockers.
Jista' l-Ministru jgħid x' inhi l-policy tad-Dipartiment fir-rigward ta' għalliema li jkunu evidenti li se jkunu fuq sick leave fit-tul anke, jekk interrott, (bħal per esempju tqala) u li jingħataw klassi fil-Primarja fejn tali klassi tispiċċa tbati konsiderovalement?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li meta l-kap ta' l-iskola jiġbed l-attenzjoni li hemm għalliema li għal raġuni jew oħra sa jkollhom jieħdu sick leave fit-tul, id-Dipartiment jistudja l-każ tagħhom, jivverifika ċ-ċirkustanzi ta' kull każ u jagħmel mill-aħjar biex jassigura li l-klassi ma tbatix.