Jista’ l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jinbidel il-bus shelter li hemm fi Triq il-Mosta (faċċata tal-JB) jew li jiġu installati bankijiet ġox-shelter eżistenti minħabba li dan m’għandux bankijiet u peress li qiegħed ġo triq arterjali jintuża ħafna mill-anzjani tal-lokal?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Minstru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw direct orders mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu mit-30 ta’ Settembru 2013 sal-1 ta’ Ottubru 2014? Jista’ jgħid f’kull każ għaliex ġie deċiż li tinħareġ direct order?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Intepellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Ministeru għat-Turiżmu – nisa f’pożizzjoni ta’ deċiżjoni
Question
B'referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 10559, 10560 u 10561, jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' inizjattivi se jieħu sabiex ineħħi l-iżbilanċ enormi li hemm bejn in-nisa u l-irġiel f'pożizzjoni ta' deċiżjoni?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nitlob lill-Onor. Interpellant tispeċifika għal-liema pożizzjonijiet qed tirreferi għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid għal kemm kienet tammonta l-ispiża tal-ħatriet fuq dawn il-bordijiet fis-sena 2012 u fis-2013 u kemm hu stmat li se tkun l-ispiża fis-sena kurrenti?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-membri tal-istaff tas-segretarjat tiegħu kif ukoll ir-rwol tagħhom fis-segretarjat?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat kollha huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm-il impjegat spiċċa,irriżenja jew tkeċċa mill-ITS f’dawn l-aħħar tnax-il xahar? Kemm inħatru nies fl-ITS f’dawn l-aħħar tnax-il xahar? B’liema kwalifiki? B’liema kriterji ta’ meritokrazija u trasparenza? Kemm kien hemm impjegati ġodda li daħlu f’dawn l-aħħar tnax-il xahar u f’liema postijiet ġew impjegati?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti rreġistrati fl-ITS fis-sena skolastika 2013 u kemm hemm reġistrati din is-sena? F’liema korsijiet? Hemm korsijiet ġodda li bdew?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema mill-entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru tiegħu, inkluż dipartimenti tal-Gvern, entitajiet pubbliċi u awtoritajiet wara d-9 ta’ Mejju 2013? Jista’ jgħid kemm minn dawn il-ħaddiema ġew minn entitajiet pubbliċi u kemm ġew mill-privat jew kienu qegħdin ifittxu xogħol?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il turist għamel vakanza ta’ long stay fil-perjodu ta’ l-1 ta’ Settembru 2013 u t-30 ta’ Settembru 2014? Jista’ jgħid kemm damu u jgħid matul liema xhur? Jista’ jagħti din l-informazzjoni fil-format tat-tabella li qed tingħata separatament?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa quddiem il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra u jgħid meta hemm il-ħsieb li jinbeda x-xogħol fuq il-proġett tal-Gozo Museum li hu ppjanat li jsir fil-bini li qabel kien jintuża bħala Liceo Ninu Cremona fir-Rabat Għawdex?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
Fid-dawl tad-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fuq l-Air Malta, jista’ l-Ministru llum jagħti dikjarazzjoni li l-Air Malta fl-intier tagħha u ċjoè anke ground handling se jibqgħu tal-Maltin mija fil-mija?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi, fl-ewwel lok, it-tweġiba għal din il-mistoqsija digà ngħatat meta ġiet imwieġba l-mistoqsija parlamentari bin-numru 11147. Fit-tieni lok, id-dikjarazzjoni tal-Prim Ministru fuq l-Air Malta, li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija ċara waħedha bħala tweġiba u tirrifletti l-pożizzjoni tal-Gvern bħala l-uniku azzjonista tal-linja tal-ajru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm cruiseliners daħlu f'Għawdex matul din is-sena? Kemm hu n-numru ta' cruiseliners li mil-lum sal-aħħar tas-sena d-dieħla se jinkludu lil Għawdex bħala destinazzjoni tagħhom?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant illi din is-sena daħlu erbgħa cruise liners ġewwa Għawdex. Jekk it-temp ikun jippermetti għandhom jidħlu żewg cruise liners oħra sa’ l-aħħar ta’ din is-sena. Bejn April u Novembru 2015, għandhom jidħlu Għawdex ħmistax-il cruise liner.
Il-gvern qiegħed iħares lejn opzjonijiet oħra sabiex jegħleb restrizzjonijiet infrastrutturali sabiex iktar
cruise liners
jagħżlu Għawdex bħala parti mid-destinazzjoni tagħhom. L-Awtorita’ għat-Turizmu tinsab għaddejja b’ħidma sabiex tippromovi lil din il-gzira sabiex tattira iktar kummerċ f’dan is-settur.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tidħol il-persuna magħżula biex tieħu over it-taqsima tal-human resources tal-Air Malta?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kumpanija Air Malta tikkonferma li ġew impjegati s-Sur Sandro Pisani bħala Chief Corporate Services, kif ukoll is-Sur Andrew Mizzi bħala Kap għar-Relazzjonijiet Industijali. Il-kumpanija qiegħda tara li se jkun hemm struttura adekwata u effettiva f’dan id-dipartiment.
Billi l-Gżejjer ta' San Pawl huma meqjusa bħala attrazzjoni turistika mil-lat reliġjuż, jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru, permezz tal-Awtorità tat-Turżmu ta’ Malta hux se jwettaq xi investiment partikolari fuq dawn il-Gżejjer?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Il-Ministeru għat-Turiżmu għandu ferm għal qalbu dawn il-Gżejjer, kemm bħala parti mill-wirt kulturali tagħna, kif ukoll bħala parti mill-prodott turistiku ta’ pajjiżna. Fil-fatt, l-Awtorità Maltija għat-Turizmu qed tassumi n-nefqa finanzjarja tar-restawr tal-istatwa ta’ San Pawl li hemm fuq dawn il-Gżejjer. Dan ir-restawr qed tieħu ħsiebu l-organizazzjoni Din l-Art Ħelwa. Wara li jitlesta dan ir-restawr, l- Awtorità għandha l-ħsieb li tħares lejn ir-restawr ta’ elementi oħra ta’ dan is-sit sabiex ikun aktar aċċessibli u ta’ dehra isbaħ.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi żviluppi kien hemm dwar is-Selmun Palace Hotel, wara li ngħatat it-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 3253? Meta hu mistenni li jiġu ffinalizzati l-proċeduri biex din l-istess lukanda tkun tista’ terġa’ tibda tintuża?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kuntrarju għall-amministrazzjoni preċedenti fejn il-Gvern baqa’ ma wettaq xejn fir-rigward ta’ Selmun Palace Hotel, dan il-Gvern midd idejh u fix-xhur li ġejjin se jkun qed iħabbar soluzzjoni sabiex jinħareġ proċess kompetittiv. Il-pjan huwa li din il-lukanda terġa’ tiġi operata u takkwista rilevanza fis-settur turistiku Malti.
Peress li huwa fatt li l-Air Malta għandha diffikultà finanzjarja kbira, jista’ l-Ministru jgħid kemm hu t-telf f’din is-sena? L-Unjoni Ewropea hija konxja minn dan? Jaħseb li l-poplu jkun jaf is-sitwazzjoni attwali?
Response (ZAMMIT LEWIS, EDWARD)
Hekk kif jaf ben tajjeb l-Onor. Interpellant li ġej mid-dinja tal-kummerċ u l-kumpaniji, l-Air Malta se xxandar il-qagħda finanzjarja tagħha fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Kumpanija li se ssir nhar it-28 t’Ottubru 2014. Bħal kif kien isir taħt l-amministrazzjoni preċedenti, il-Gvern jibgħat rapporti b’mod regolari lill-Kummissjoni Ewropeja skond it-termini tal-pjan ta’ ristrutturar.