Is-Siġġiewi — Triq Mons. Mikiel Azzopardi - miżuri għat-tnaqqis ta' veloċità
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk Transport Malta għadiex tal-opinjoni li m'għandhiex tiġi stallata speed camera fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi fis-Siġġiewi? Jista' jgħid x'miżuri beħsiebha tieħu Transport Malta sabiex Triq Mons. Mikiel Azzopardi tkun iktar sigura, wara numru ta' inċidenti li seħħew li jikkonfermaw il-bżonn ta' miżuri li jnaqqsu l-veloċità tal-vetturi? Jista' jikkonferma jekk kellux taħdidiet ma' Transport Malta dwar il-periklu li jeżisti fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi minħabba s-sewqan b'veloċità eċċessiva? Jista' jinforma lill-Kamra bl-eżitu ta' dawn id-diskussjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li Transport Malta qed tiġbor aktar informazjoni dwar veloċitajiet, volum tat-traffiku, numru ta’ pedonali u numru u tip ta’ inċidenti sabiex il-Kumitat tat-Traffiku jkun f’pożizzjoni li jevalwa u jfassal deċiżjoni nfurmata dwar miżuri vijabbli għal din it-triq.
Jista’ l-Ministru jara li b’mod immedjat isiru t-tiswijiet meħtieġa fuq il-festun li hemm mal-promenade tal-Bajja tal-Għadira, liema post ikun iffrekwentat minn mijiet ta’ persuni kuljum fil-ħinijiet ta’ filgħaxija f’dawn ix-xhur sajfin?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara spezzjoni tal-festun in kwistjoni, rriżulta li parti kbira minnu spiċċat u ma tistax tissewwa. Għaldaqstant ser tissewwa l-parti li għadha tajba.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — ingaġġ ta' individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk, u filkas liema, entitajiet, bordijiet, awtoritajiet, dipartiment u simili li għalihom huwa responsabbli fid-dekasteru tiegħu, ħatrux, appuntawx jew innominaw lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament għal xi kariga, uffiċċju, jew ħatra, hi liema hi, mill-10 ta’ Marzu 2013 sad-data li fiha tkun imwieġba din l-interpellanza? Jekk fl-affermattiv, jista’ jgħid x’kienet il-ħatra, uffiċċju jew kariga? X’kien il-ħlas għaliha?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li l-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament ma ingħata l-ebda kariga, uffiċċju, jew ħatra mill-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura jew mill-entitajiet jew korporazzjonijiet li jaqgħu taħtu, mill-10 ta’ Marzu 2013 sal-lum.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – nefqa ta’ petrol u diesel
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefaq fpetrol u diesel mill-Ministeru tiegħu, inkluż id-dipartiment, l-awtoritajiet u l-entitajiet li jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu, bejn id-9 ta’ Marzu 2013 u l-aħħar ta’ Mejju 2015? Jista’ jgħid mil-liema pompi tal-petrol inxtara l-fuel u jagħti breakdown skont il-pompi?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x’miżuri ħa biex jitnaddaf l-oil slick li kien hemm fil-baħar tal-bajja tal-Għadira nhar is-7 ta’ Ġunju 2015? Jista’ jgħid min xiex kienet ikkaġunata u jekk infetħitx inkjesta biex jiġi stabbilit min kienet il-persuna responsabbli li kkaġunat dan id-dannu? Jista’ jgħid fuq liema numru għandu wieħed iċempel biex jirraporta każijiet bħal dawn?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li nhar is-7 ta’ Ġunju, għall-ħabta tal-16.20hrs, Transport Malta ġiet infurmata mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li rċeviet rapport li hemm xi żejt fil-bajja tal-Għadira. B’mod immedjat Transport Malta kkordinat investigazzjoni, u flimkien mal-AFM saret patrol fuq il-post, madanakollu rriżulta li ma kien hemm l-ebda traċċi ta’ żejt fil-bajja.
F’każ ta’ nċidenti simili, wieħed għandu jirraporta billi jċempel fuq in-numru 112 u jsaqsi għall-Protezzjoni Civili, jew Transport Malta VTS fuq in-numri 22914411/412.
Public Private Partnership – Manutenzjoni ta’ toroq
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 15547 (indirizzata lill-Ministru għat-Trasport u l-Infrastruttura) u 16190 (indirizzata lill-Ministru għall-Finanzi) dwar ħlas jew forma ta’ taxxa, kemm diretta u indiretta, kemm-il darba il-Gvern jagħżel li l-maintenance u l-upkeep tat-toroq isir permezz ta’ Public Private Partnership, liema tweġiba fiż-żewġ istanzi kienet li għandi nagħmel il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat, jista’ l-Ministru jgħid lil min għandi nagħmel din il-mistoqsija?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li m’ hemm l-ebda ħsieb li jsir ħlas jew forma ta’ taxxa, kemm diretta u indiretta, kemm-il darba l-Gvern jagħżel li l-maintenance u l-upkeep tat-toroq isir permezz ta’ PPP.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta’ opri tal-baħar li huma liċenzjati li jġorru l-passiġġieri? Jista’ jgħid ukoll jekk l-operaturi ta’ tali opri tal-baħar għall-passiġġieri humiex obbligati li jiddisponu mill-iskart li jibqgħalhom wara li jkunu servew l-ikel fuq l-istess opri tal-baħar? Kif qed jiġi assigurat li fil-fatt ir-regoli li jorbtu lil dawn l-operaturi qed jiġu osservati?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li n-numru ta' opri tal-baħar li huma liċenzjati biex iġorru l-passiġġieri f'Malta u Għawdex huwa ta’ 933.
L-operaturi ta’ tali opri tal-baħar huma obbligati li jwaħħlu tabelli li jindikaw “
No garbage to be disposed overboard”
kif ukoll li jiddisponu mill-iskart f’kontenituri li jrid jitniżżel l-art. Għandha wkoll tittieħed notifika ta’ kull skart li jitniżżel l-art.
Minn żmien għal żmien, l-ispetturi tal-port ta’ Transport Malta jissorveljaw kif ikun meħtieġ.
San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar – trasport pubbliku — ilmenti
Question
Billi skont risposti parlamentari li l-Ministeru ta fil-Parlament jirriżulta li jekk ser ikun hemm xi bidliet fl-iskeda tat-trasport pubbliku f’ San Pawl il-Baħar, Mellieħa u Naxxar, dawn ser jidħlu fis-seħħ ħafna ġimgħat wara li jkun spiċċa s-sajf, u billi fil-verità hu magħruf li matul is-sajf li għadda kien hawn bosta lmenti dwar it-trasport, b’mod partikolari fejn jikkonċerna l-Mellieħa u San Pawl il-Baħar, jista’ l-Ministru jgħid kif ser jiġi assigurat li dawn l-ilmenti jiġu ndirizzati u mnaqqsa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi bl-introduzzjoni tal-iskeda tas-sajf, numru ta’ rotot li jservu il-lokalitajiet tal-Mellieħa u San Pawl il-Baħar ser tiżdiedilhom il-frekwenza tagħhom fil-ħinijiet peak tal-ġurnata hekk kif ġej:
Numru tar-rotta
Rotta
Frekwenza f’minuti
Skeda preżenti (kull x minuti)
Skeda tas-sajf (kull x minuti)
12
Buġibba/Valletta (via Mellieħa u San Pawl il-Baħar)
12
10
42
Ċirkewwa/Valletta (via Mellieħa u San Pawl il-Baħar)
60
30
45
Buġibba/Valletta (via San Pawl il-Baħar)
20/60
20/30
221
Ċirkewwa/Buġibba (via Mellieħa u San Pawl il-Baħar)
30
20
222
Ċirkewwa/Sliema (via Mellieħa u San Pawl il-Baħar)
30
20
223
Buġibba/Golden Bay (via San Pawl il-Baħar)
60
20
Infakkar li r-rotot u frekwenzi ġodda ġew imfassla wara konsultazzjoni miftuha mal-pubbliku u mal-Kunsilli Lokali kollha.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li ssir manutenzjoni tal-Akwadott ta’ Wignacourt u b’mod partikolari li jsir tindif tal-ħmieġ u l-ħaxix selvaġġ li hemm b’mod partikolari fl-arkati fi Triq Pietru Pawl Ruebens, Ħ’Attard, l-Arkati fi Triq Notabile, Birkirkara u fil-ġiebja li tinsab faċċata ta’ Farsons? Jista’ jgħid jekk jafx li hemm bozoz maqtugħa, kemm hemm u meta dawn se jinbidlu? Jista’ jgħid meta se jinbidel il-ġebel li qed jiċċaqlaq u li jinsab fi stat perikoluż, fuq l-arkati li jinsabu fl-iskola Santa Tereża? Jista’ jgħid meta se jissewwa l-madum li jinsab imkisser jew maqlugħ fil-paviment mat-tul tal-akwadott? Jista’ jgħid meta se jitranġa s-sinjal li jinsab miksur fil-ġardina ta’ Fleur De Lys faċċata tar-roundabout? Jista’ jgħid meta se jitnaddaf il-masġar ta’ quddiem Farsons fi Triq Notabile Birkirkara biswit l-istess akwadott?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tindif meħtieg fit-toroq imsemmija huma fir-responsabilità tal-Kunsilli Lokali kkonċernati. Madankollu, ser issir spezzjoni mid-Direttorat għat-Tindif, sabiex isir it-tindif neċessarju fit-toroq imsemmija. Ser jittieħdu ukoll l-passi meħtiega biex it-tiswija fis-sistema tad-dawl tissewwa mill-aktar fis possibli.
Fir-rigward tal-partijiet l-oħra tal-Mistoqsija Parlamentari, nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-mistoqsija lill-Ministri kkoncernati.
Birkirkara — bus shelter fil-venda ta’ ħdejn il-Bank of Valletta
Question
B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsijiet parlamentari 13118, 12726 u 4925, jista’ l-Ministru jagħti data preċiża meta se jitlestew il-bus shelter tal-venda ta’ Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellani li jien ninsab infurmat illi il-bus shelters tal-venda ta’ Birkirkara li hemm ħdejn il-BOV ser ikunu qeghdin jitlestew fl-iqsar żmien possibli.
Jista’ l-Ministru jara s-sitwazzjoni ta’ dawk it-tmien karozzi ipparkjati bit-tires fi Triq it-Torri f’Tas-Sliema peress li dawn ilhom żmien hemm għad-detriment tar-residenti u żgur li huma ta’ periklu kbir, peress li huma ta’ inflammable materials u peress li huma abbuż ta’ parkeġġ?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant ikun iktar speċifiku fil-Mistoqsija tiegħu sabiex Transport Malta tkun tista’ tinvestiga dan l-ilment.
San Ġwann — Triq taż-Żwejt - titjieb fl-infrastruttura
Question
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk hemmx pjani eminenti biex Triq taż-Żwejt, San Ġwann tiġi fi stat tajjeb kif wieħed jistenna minn infrastruttura tajba għat-toroq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq Taż-Zwejt ma taqax taħt ir-responsabilità ta’ Transpsort Malta.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — konsulenza lil individwu
Question
Jista l-Ministru jgħid l-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jifformaw parti mid-dekasteru li hu jmexxi tawx xi forma ta' konsulenza lill-individwu li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Iva, l-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ingħatat xogħol ta’ konsulenza.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu x-xogħlijiet fi Vjal il-ħaddiem, ir-Rabat Malta, u jista' jgħid meta huma mistennija jkunu lesti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li x-xogħlijiet għadhom għaddejjin u l-proġett mistenni jitlesta sa nofs Ottubru. Il-progett huwa wiehed estensiv u kongunt bejn Transport Malta u l-Water Services Corporation u jikkonsisti f’tibdil tal-mejnijiet tad-dranaġġi u l-ilma kif ukoll tibdil tas-servizzi sad-djar tal-ilma u drenaġġ. Dan ser ikun segwit minn bini mill-ġdid ta’ bankini, gutters u parking bays, u ffurmar u asfaltar mill-ġdid tat-triq kollha.
Jista' l-Ministru jara li tittieħed azzjoni minnufih biex jitranġa d-dawl li jdawwal iż-zebra crossing fi triq Ħal-Tartarni ġewwa r-Rabat Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-applikazzjoni għall-proviżjoni tal-eletriku issa hija f’postha u għaldaqstant hu mistenni li ma jkunx hemm iżjed dewmien biex din iż-zebra crossing tinxtegħel.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn bus information and ticket booths f’Malta u Għawdex?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi f’Malta u Għawdex l-operatur tat-trasport pubbliku għandu seba’ bus information u ticket booths.
Jista’ jgħid kemm hemm impjegati jaħdmu f’kull bus information and ticket booth rispettivament u b’kemm-il impjegat topera waqt il-ħinijiet tal-ftuħ?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li fil-bus information u ticket booth illi għandu l-operatur tat-trasport publiku jkun hemm minn tal-inqas persuna waħda f’kull booth sabiex taqdi lill-passiġieri. Minkejja dan, in-numru ta’ ħaddiema jiżdied skont id-domanda. Tajjeb wieħed jinnota li booth li hemm fl-Universita’ ma tkunx miftuħa fis-sajf.
Bus information and ticket booths – ħinijiet ta’ ftuħ
Question
Jista’ jgħid il-ħin tal-ftuħ ta’ kull bus information u kull ticket booth?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat li normalment, il-ħinijiet tal-ftuħ tal-bus information u ticket booths li għandu l-operatur tat-trasport pubbliku huma bejn is-sitta ta’ filgħodu u l-ħamsa ta’ wara nofsinhar. Tajjeb wieħed jinnota li booth li hemm fl-Universita’ ma tkunx miftuħa fis-sajf.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-timetable bir-rotot għall-ħinjiiet tas-sajf li se jopera bih it-trasport pubbliku? Jista’ jgħid meta se jidħlu fis-seħħ
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-iskeda tas-sajf illi tirrigwarda is-servizz tat-trasport pubbliku f’Għawdex, flimkien mat-tibdil fir-rotot, iddaħħlu fis-seħħ fil-21 ta’ Ġunju 2015.
Informazzjoni dwar l-iskeda tas-sajf f’Malta ser tingħata aktar tard dan ix-xahar qabel ma’ din tidħol fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se tkun qed titqassam Tallinja Card?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li jien ninsab infurmat illi l-operatur tat-trasport pubbliku beda jibgħat Tallinja Card permezz tal-posta min-nofs ix-xahar li għadda. Infurmat ukoll li sa issa diġà tqassmu madwar mitt elf card.