Jista' l-Ministru jgħid meta se jittieħdu l-passi biex tibda tintuża vettura iżgħar biex tiġbor l-iskart fi Triq Correa, Ħal Qormi, biex jiġi evitat l-periklu li qed jinħoloq kuljum bil-vettura kbira li qed tintuża, peress li s-sewwieq ta' din l-istess vettura jkollha tirriversja tul it-triq li hija one way, b'periklu kbir għal karozzi pparkjati u għan-nies li jkun mexjin?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellanta tagħmel il-mistoqsija tagħha lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru s-sinjali li juru ċar li l-parti ta' Triq il-Flora c/w ma' Correa Street, Ħal Qormi hija one way?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hija r-responsabilta` tal-Kunsill Lokali biex jara li s-sinjali tat-traffiku fil-lokalita` tiegħu juri b`mod ċar is-sistema tat-traffic management f`kull triq partikolari. Għaldaqstant, il-Kunsilli Lokali għandhom responsabilta` li ma jkunx hemm nuqqasijiet f`dan ir-rigward.
Fiċ-ċirkostanzi, l-Onor. Interpellanta hija ġentilment mitluba tagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi ta' Triq Ħtajriet, Mosta u ċioe' x'ġara mit-talba tar-residenti sabiex tiġi rranġata din it-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti li diġa ngħataw għal Mistoqsijiet Parlamentari Nru.19067 u 19838 li għalissa m'hemm xejn x'wieħed iżid magħhom.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġi nstallat dawl li jindika li hemm zebra crossing ħdejn il-health centre ta' Ħal Qormi, fi Triq il-Vitorja, peress li minkejja li hemm din il-faċilita', il-fatt li m'hemmx dawl li jindikaha, xorta baqa' r-riskju għal min jagħmel użu minnha wara li jibda jbexbex jew jidlam?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontrol tat-Traffiku talab lill-Kunsilli Lokali biex il-pedestrian crossings li jinsabu fil-lokalitajiet tagħhom ikollhom il-markings u l-installazzjoni tad-dwal dejjem up to standard skond specifications mogħtija lilhom mill-Bord. Għaldaqstant, il-Kunsilli Lokali għandhom responsabilta` li ma jkunx hemm nuqqasijiet f`dan ir-rigward.
Fiċ-ċirkostanzi, l-Onor. Interpellanta hija ġentilment mitluba tagħmel din id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex Triq Correa, Ħal Qormi ma ġietx irranġata kollha u tħalliet parti sostanzjali minnha fi stat disatruż? Jaf il-Ministru li l-parti li tħalliet mingħajr ix-xogħol meħtieġ hija l-parti li hija biswiet il-wied u li minnha jgħaddi ħafna ilmijiet? Jaf li f'din il-parti tat-triq jenħtieġ xogħol maħsub u ppjanat biex tiġi megħluba l-problema li jiffaċċjaw ir-residenti, fix-xitwa fil-ġranet tax-xita meta xi wħud minnhom saħansitra timtlilhom darhom bl-ilma? Jaf li f'din il-parti tat-triq jgħixu għadd ta' anzjani li f'dawn il-ġranet jgħixu f'biża' ġo darhom minħabba dawn l-ilmijiet? Meta se tiġi rranġata? Se jsiru l-culverts meħtieġa f'din it-triq biex jiġi evitat l-għargħar li jaħkimha kull darba li tkun ix-xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq mhuwiex qed jagħmel xogħol fil-lokalita' minn naħa tiegħu. Ma dan kollu peress li l-Onor. Interpellanta qed tirreferi għall-ilma tax-xita li jkun ġej mit-toroq ta' l-inħawi, tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment biex flimkien mal-Kunsill Lokali jirraporta fuq is-sitwazzjoni preżenti u wkoll jara min hu nkarigat u x'pjanijiet hemm għat-twettieq ta' xogħol fl-inħawi.
B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 20596, jista' l-Ministru jivverifika li l-ilma li se jitwassal minn Triq Salvu Psaila għal akwati fi Triq il-Wied ma jagħmilx ħafna ħsara u inkonvenjent peress li dawn il-culverts tant huma żgħar li lanqas biss ma jlaħħqu ma' l-ilma eżistenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-culverts ġo Triq il-Wied li ilhom hemm għal ħafna snin ma jistgħux ilaħħqu ma' l-ilma kollu li jaqa' fil-lokal, u għalhekk hemm il-bżonn li jinbnew aktar retention basins biex inaqqsu il-qawwa ta' l-ilma. Dan kien ukoll spjegat fir-risposta għal Mistoqsija Parlamentari Nru. 20596.
Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex Triq il-Miġra fil-Gudja tingħata l-asfalt mill-aktar fis minħabba li l-istat tagħha huwa tant ħażin li ssir inaċċessibbli anke f'naqra xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq simili ma' Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il vjaġġ sar b'vapuri li ġew Malta min Benghażi u Tripoli? Kemm ġew passiġġieri fuq dawn il-vjaġġi fis-sena ta' qabel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` vapuri u ta` passiġġieri li waslu mill-portijiet ta` Tripli u Benghazi hu kif ġej:
Minn Bengazi 1999 2000 (sa l-aħħar ta` Ottubru)
Vapuri tal-merkanzija 40 38
Vapuri tal-passiġġieri 0 0
Numru ta` passiġġieri 0 0
Minn Tripli
Vapuri tal-merkanzija 50 57
Vapuri tal-passiġġieri 186 84
Numru ta` passiġġieri 112,142 50,892
Jista’ l-Ministru jgħid minn huma d-diversi konsulenti tal-Malta Maritime Authority u s-sussidjarji tagħha?
X' forma ta' kumpens jirċievu dawn? Fuq liema bażi ġew magħżula? X'doveri għandhom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li bħalissa l-Awortia` Marittima ma għandha l-ebda konsulent.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser isiru x-xogħlijiet għat-titjieb ta' New Street in Kandlora Street Zebbuġ (parti minn Triq Ħal-Dwin) liema triq qegħda fi stat ta' abbandun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex it-traffic island li hemm f'Żurrieq Road, Luqa, ġiet maqlugħha, u dan wara li l-kunsill lokali kien nefaq flus biex għamel din l-istess traffic island?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment hu nfurmat li l-Kunsill Lokali qed iwettaq proġett biex isiru water culverts u traffic channelizations ġodda fil-lokal.
Jista’ l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex irreżenjaw iċ-Chairman u l-Viċi Chairman ta' l-Awtorita' tat-Trasport? Min qed imexxi din l-Awtorita' bħalissa?
Jista' jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, ir-rapport li kien tlesta fil-bidu tas-sena mill-aħħar Chairman dwar it-tibdil li kien hemm meħtieġ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-Sur Alfred Triganza rriżenja minħabba pressjoni ta' xogħol fil-professjoni tiegħu waqt li s-Sur Pius Fenech irriżenja mingħajr ma ssottometta ebda raġuni.
Jogħġbu l-Ministru jkun daqstant ġentili u jintervjeni sabiex issir zebra crossing mill-aktar fis f'Luqa Road, Paola quddiem il-Cartes Supermarket peress li minħabba l-volum qawwi ta' traffiku li jgħaddi minn hemm hekk in-nies li jaqsmu prattikament jissugraw ħajjithom kull darba?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jagħmlu s-survey neċessarju biex tiġi nstallata zebra crossing fil-viċinanza ta' Carters Supermarket.
Jogħġbu l-Ministru jara li jiġu nstallati pelican lights ħdejn il-Bini tal-Gvern fi Triq Tarxien fil-Gudja peress li n-nies li joqgħodu fil-flats tal-Gvern u l-viċinanzi ma jistgħux jaqsmu din it-triq mingħajr ma jirriskjaw ħajjithom?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jogħġbu l-Ministru jara li tiġi nstallata zebra crossing mill-aktar fis fi Triq Dawret il-Gudja, fil-Gudja (li hija t-triq li mill-Gudja twasslek l-airport) peress li min irrid jaqsam din it-triq wiesgħa u traffikuża jrid kull darba jipperikola ħajtu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Tlabt lid-Dipartiment tat-Toroq u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jikkunsidraw it-talba ta' l-Onor. Interpellant.
Jogħġbu l-Ministru jara li jiġi nstallat stage għall-karrozzi tal-linja fi Triq Ħal-Għaxaq, il-Gudja (ħdejn il-Palazz ta' Bettina) peress li l-eqreb bus stop hija ferm u ferm 'il bogħod (dejjem fid-direzzjoni tal-Gudja)?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku ser tikkunsidra t-talba ma' talbiet oħra simili sabiex jiġi nstallat stage fi Triq Ħal Għaxaq, il-Gudja.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli li ssir spezzjoni u possibilment tiġi rranġata Triq ir-Rumi, Wied il-Għajn liema triq hi abitata u minkejja li r-residenti ilhom diversi snin (aktar minn 10 snin) jitolbu li tiġi rranġata baqgħet kif kienet?
Billi din it-triq kellha tiġi rranġata mir-Roads Dept (wara li ma kinetx irranġata sew wara li għaddew minnha s-servizz ta' l-ilma ħafna snin ilu) u dan skond il-Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti tiegħi, possibli li tittieħed azzjoni għax issa dawn ir-residenti ilhom ħafna snin jistennew?
Response (GALEA, ĊENSU)
Fir-risposta parlamentari Nru. 19907 kien diġa spjegat li x-xogħol huwa wieħed ta` manutenzjoni li huwa responsabbli għalih il-Kunsill Lokali.
Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u l-ħsara li fiha tirrikjedi resurfacing li minnu nnifsu wkoll hu xogħol li jaqa` taħt ir-responsabilta` tal-Kunsill Lokali.
Aktar ma jgħaddi żmien u dan ir-resurfacing idum ma jsir, il-ħsara żgur li ser tikber b'mod li l-wiċċ tat-triq jinqala' kollu, u hemm jidħol id-Dipartiment tat-Toroq biex jerġa jasfalta t-triq mill-ġdid.
Għalhekk id-Dipartiment tat-Toroq ser jgħaddi l-każ lill-Kunsill biex dan jara x`jista jsir.