Jista’ l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 21672?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għan-nefqa kapitali. Jekk dan huwa l-każ, l-informazzjoni hija kif gej
L-ewwel fażi u kull xogħol ta'inġinerija civili Lm57,972,688
Iż-żewġ turbini tal-gass Fażi IIA Lm10,470,783
L-impjanta tal-Combined Cycle Fażi IIB Lm30,083,270
Ħwienet tax-xogħol u ufficini, tagħmir,
apparat, strumenti ecc. Lm43,546
Din in-nefqa tkopri l-perjodu mill-bidu tal-proġett sal-31 ta' Awissu 2000.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibbli li l-Enemalta tara u ġentilment tiddeċiedi dwar talba pendenti biex issir bozza oħra fi Sqaq Strejnu I, Żejtun minħabba li fost in-nies li joqogħdu f'dan is-sqaq hemm anzjani u dan l-isqaq hu ferm mudlam fuq in-naħa ta' ġewwa?
Billi din t-talba ilha tiġi kkonsidrata mill-Enemalta, possibbli l-Enemalta tara tistax tilqa' it-talba ta' dawn ir-residenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din it-talba qed tiġi kkunsidrata mill-Korporażżjoni Enemalta flimkien ma' talbiet oħra pendenti.
Nifhem li l-Onorevoli Membru japprezza li l-korporazzjoni għandha għadd mhux żgħir ta' dawn it-tip ta' talbiet pendenti u għalhekk wieħed jifhem li biex tittieħed decizjoni dwar talbiet bħal dawn jgħaddi xi ftit taż-zmien.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm kien in-numru ta' tenders li ħarġu mid-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm minnhom ġew aċċettati/approvati? Kemm għandhom pendenti u kemm ġew irtirati? Fil-każ ta' l-aħħar, x'kienu ir-raġunijiet?
Kemm mit-tenders approvati tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu u x'inhija ċ-ċifra f'somma ta' flus tal-pagamenti mħallsa u pendenti separatament?
Response (BONNICI, JOSEF)
Matul din is-sena saru seba' sejħiet għall-offerti mid- dipartimenti li jiffurmaw parti mill-ministeru għas-Serviżżi Ekonomici.
Minn dawn is-sejħiet sitta kienu approvati u wahda għad trid tigi approvata. Mis-sejħiet approvati tnejn għadhom pendenti. Sar il-ħlas għal tliet sejħiet approvati u parti minn sejħa oħra fl-ammont globali ta' Lm17,883. Fadal isir ħlas ta' Lm11,987 għal żewġ sejħiet li għadhom pendenti u parti minn oħra.
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm huma t-tariffi tat-TARIC - l-Integrated Tarrifs of the European Communities li Malta trid tkun suġġetta għalihom wara li ssir membru tal-EU fuq l-importazzjoni ġejjin mill-pajjiżi li ma humiex membri bħal fil-każ ta' l-Awstralja u New Zealand?
Jista' l-Ministru jinfurmani kemm fil-mument huwa dawn it-tariffi li qed iħallsu f'taxxi l-pajjiżi tal-EU?
Response (BONNICI, JOSEF)
L - integrated Tariffs of the European Communities, maghrufa bhala TARIC, hija skeda li tigbor fiha informazzjoni dwar it - tariffi kollha li japplikaw fil - każ ta' importazzjoni fl - Unjoni Ewropeja minn pajjiżi minn barra l - istess Unjoni. Din tinkludi wkoll riferenza ghal kullftehim kummercjali partikulari li jinsab fis - sehh, bhalma tista' tkun zona ta' kummerc hieles ma' l - istess Ewropeja, bid - dettalji tal - pajjiżi koncernati. Din l - iskeda tinkludi ghexieren ta' mijiet ta' prodotti.
Ta' min jinnota li t -tariffi indikati fl - imsemmija skeda jithallsu mill-importaturi fuq bażi individwali u mhux mill - pajjiżi membri ta' l - Unjoni Ewropeja.
Jista' l-Ministru jinfurmani x'ġara mill-investigazzjonijiet tal-ilmenti tal-bejjiegħa tal-laħam li rreferejt għalihom fid-domanda tiegħi nru. 21152?
Response (BONNICI, JOSEF)
Peress li l - ilmenti kollha li qed issir riferenza għalihom jirreferu specifikament ghall - operat tal - biccerija, u peress li kif għidt fit - tweġiba għall - mistoqsija numru 21152 kopja ta' l - istess ġiet mgħoddija lill-Ministeru ta' l - Agrikoltura, nissuġġerixxu li din il - mistoqsija ssir lill - Ministeru ta' l - Agrikultura.
Jista' l-Ministru jinformani b'aktar dettall ta' informazzjoni skond it-talba tal-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 21140?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nassumi li l-Onorevoli Interpellant qed jirreferi għall-aħħar parti tal-mistoqsija numru 21140, peress li l-ewwel parti ġiet imwieġba fid-detall.
Jekk dan huwa l-każ ninforma lill-OnorevoliMembru li l-ammont ta' ħsara f'termini ta' flus għadu ma giex stabbilit bl-eżatt u għalhekk ma jkunx prudenti li wirżehed isemmi cifri.
Dwar kif ġew effetwati s-sidien ta' stabbilimenti kummercjali, huwa difficli li wieħed jikkwantifika għaliex jiddependi minn diversi fatturi fosthom il-ġeneru tan-negozju.
Jista' l-Ministru jgħid kemm swiet l-importazzjoni taż-żejt f'pajjiżna sena b'sena mill-1995 sal-lum u bħala total globali għall-istess perjodu?
Minn liema pajjiżi saret l-importazzjoni bħala perċentwali għal kull pajjiż matul l-istess perjodu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Qed inpoġġi fuq il - mejda tal - kamra l - informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn u liema huma ż-żoni industrijali ta' pajjiżna?
Kemm hemm u liema areas ġew identifikati biex jiġu żviluppati bħala żoni industrijali ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Bħalissa l-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta tamministra tnax-il zona industrijali mqassmin f'dawn il-postijiet - Ħ'Attard, Bulebel, Ħal-Far, Ħal-Kirkop, Kordin, il-Marsa, il-Mosta, l-Mrieħel, Ricasoli, Ħal-Safi, San Gwann u x-Xewkija Għawdex.
Minbarra dawn, hemm tlitt zoni oħra, tnejn ta' l-artiġjanat u waħda għan-nies tas-snajja. Iz-zoni ta' l-artiġjanat jinsabu f'Ta' Qali u f'Ta' Dbieġi u l-oħra ġewwa Ħal-Luqa.
Peress li l-pjanijiet dwar zoni ġodda għadhom ma ġewx definiti, ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hija kkalkolata l-ispiża biex jiġi żviluppat mill-ġdid it-Ta' Qali Crafts Village? Meta huwa mistenni li dan il-proġett jibda u jiġi fi tmiemu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li x-xogħol fuq il-proġett tal-Villaġġ tas-Snajja' f'Ta' Qali għadu għaddej u għaldaqstant ma jkunx prudenti li f'dan l-istadju jingħataw dettalji.
Jista' l-Ministru jispjega kif għas-sena 2001 m'hemm l-ebda flus allokati lill-Ministeru għal "International Membership" taħt Vot 37 rikorrenti Item 25? Dan ifisser li kellna xi membership li twaqqfet? X'international membership kellu l-ministeru mill-1997 'il hawn?
B'riferenza għall-Vot 37 rikkorrenti għall-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi, jista' l-Ministru jispjega d-differenza ta' madwar Lm10,605 anqas li hemm f'item 24 jiġifieri fuq ħlasijiet ta' kera stmat għas-sena 2001? Jista' jagħti breakdown ta' l-istess item għas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont li hemm f'Item 24 taħt il-Vot numru 37 ma jinkludix lill-Ufficju tal-Kompetizzjoni Ġusta, lid-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku li issa qed jagħmlu parti minn diviżjonijiet oħra u allura jidhru taħt voti oħra.
Peress li b'mod ġenerali n-nefqa tal-gvern fuq salarji u items konnessi ma' l-istess żidiet minħabba l-ftehim kollettiv taċ-ċivil, jista' l-Ministru jispjega kif taħt il-Vot 37 Rikorrenti, il-personal emoluments qed juri tnaqqis ta' madwar Lm270,000 minn din is-sena 2000 għal kif imbassar għas-sena 2001?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ammont anqas li hemm taħt "Personal Emoluments" fil-Vot 37 hu dovut għall-fatt li l-Ufficcju tal-Kompetizzjoni Ġusta, id-Dipartiment għall-Affarijiet tal-Konsumatur u d-Diviżjoni ta' l-Ippjanar Ekonomiku llum jagħmlu parti minn diviżjonijiet separati u għalhekk jidhru taħt Voti ohra.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar diriġenti ta' kumpless turistiku Għawdxi li inqabdu 10 xhur ilu ibagħbsu fil-meter tad-dawl b'dannu kbir għall-Enemalta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-Korporazzjoni Enemalta saret taf bil-każ imsemmi fil-11 ta' Mejju li għadda u nfurmat b'dan lill-Pulizija.
Naturalment l-investigazzjonijiet qed jitmexxew mill-Pulizija u għaldaqstant wieħed irid jistenna l-konklużjoni ta' l-investigazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu permessi ta' hawkers matul dawn l-aħħar snin: 1998, 1999, 2000 sena b'sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-permessi li għalihom qed tirreferi jinħarġu mill-Kummissarju tal-Pulizija. Għaldaqstant nissuġġerixxi li l-mistoqsija ssir lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jispjega kif jinkwadra s-sussidju ta' Lm100,000 għal soyabean meal/grain prices li jidher taħt Vot 39 Rikorrenti Item 5330 għall-Ministeru tas-Servizzi Ekonomiċi fl-Estimi Ġenerali li għadhom kif tpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra, fid-dawl tal-politika għal sħubija sħiħa fl-Unjoni Ewropea li tmur kontra l-prinċipju tas-sussidju?
Jista' l-Ministru jagħti ftit tagħrif dwar l-econometric model u kif dan qiegħed jiffunzjona bħalissa?
Response (BONNICI, JOSEF)
Dan it-tip ta’ mudell għadu qed jiġi żvillupat mid-diviżjoni ta’ l-Ippjanar Ekonomiku u għal hekk għadu kmieni biex wieħed jagħti dettalji. Ma dan kollu meta ikun il-waqt jingħata tgħarif dwar dan il-mudell.