Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #27175 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Fgura – Berġa tas-Saħħa

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra fejn waslu d-diskussjonijiet mal-Kunsill Lokali tal-Fgura dwar r-rilokazzjoni tal-Berġa tas-Saħħa?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-kunsill lokali tal-Fgura dwar r-rilokazzjoni tal-berġa għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #27177 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Żejtun – Berġa tas-Saħħa

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’pożizzjoni tinsab fiha l-Berġa tas-Saħħa taż-Żejtun u x’xogħlijiet ser isiru?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li wara diskussjonijiet bejn id-Dipartiment tas-Saħħa u l-Kunsill Lokali taż-Żejtun sar qbil li jsir tisbieh fil-berġa taż-Żejtun fl-2017.
Leg 12 PQ #27217 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei matul l-ewwel sitt xhur ta’ din is-sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-total ta’ operazzjonijiet li saru din is-sena, bejn Jannar u Ġunju fl-Isptar Mater Dei huwa 27,784. Dan jinkludi kemm dawk li saru b’emerġenza u kemm elettivi.
Leg 12 PQ #27218 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa – żieda ta’ konsulenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żdiedu l-konsulenti fid-Dipartiment tas-Saħħa mill-2013 ‘l hawn?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-ahhar ta’ Dicembru tal-2013 kien hemm 207 konsulenti filwaqt li f’Awwissu ta’ din is-sena kien hemm 233 konsulenti. Għalhekk kien hemm żieda ta’ 26 konsulent ġdid tul dawn l-aħħar snin. Tajjeb li ngħid li din is-sena sas-6 ta’ Ottubru kien hemm 17-il sejħa għall-konsulent ġdid fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa li uħud minnhom għadhom fil-proċess li jimtlew.
Leg 12 PQ #27219 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Preservazzjoni ta’ demm rari — faċilitajiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk f’pajjiżna għandniex faċilitajiet biex nippreservaw demm rari?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fiċ-Ċentru Nazzjonali tat-Trasfuzjoni tad-demm hemm sistema u makkinarju biex jippreservaw id-demm (rari) għal ta’ l-anqas 10 snin. Fil-fatt diġà ġew identifikati xi pazjenti/donaturi ta’ gruppi tad-demm rari u diġà ttieħdu xi boroz tad-demm għal dan il-għan.
Leg 12 PQ #27220 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa — investiment

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’investiment sar fiċ-Ċentri tas-Saħħa matul l-2016 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-tabelli ta’ hawn taht: Centru tas-Sahha ta’ Rahal Gdid - Refurbishment tal-Podjatrija Centru tas-Sahha tal-Furjana - Reception Area Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara - sistema ta’ ventilazzjoni incluz l- air conditioners Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara – Estensjoni tal-fizjoterapija Centru tas-Sahha ta’ Hal-Qormi – Konsulenza ghal- refurbishment Centru tas-Sahha ta’ Bormla - Lift Apparat gdid: Centri tas-Sahha ta’ Hal-Qormi, Birkirkara, Bormla u Rabat - 4 Digital ECG Machines Centri tas-Sahha ta’ Hal-Qormi u Birkirkara - Cart/Dressing Trolleys Centri tas-Sahha tal-Mosta, Birkirkara u l-Gzira - Ophthalmic Slit Lamps Centri tas-Sahha tal-Floriana u l- Mosta, Klinika tal-Oftalmologija - 2 Pachymeters Centru tas-Sahha tal-Furjana - Piped Medical Oxygen Centri tas-Sahha tal-Floriana u l-Gzira - 2 Ophthalmic Digital Acuity Systems Centru tas-Sahha ta’ Birkirkara, sezzjoni Podjatrija - Gait Analysis Centri tas-Sahha ta’ B’Kara u Hal-Qormi, sezzjoni tal-Fizjoterapija, Pulse Continuous Short-Wave Units Centru tas-Sahha tal-Gzira - Gratnell Trolley
Leg 12 PQ #27221 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

EMG – żmien ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa ż-żmien ta’ stennija sabiex issir l-EMG u kemm kienet twila l-lista ta’ stennija għal dan it-test fl-2012 u fl-2013?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ż-żmien ta’ stennija għall-EMG fis-snin 2012 u 2013 kien jilhaq għal aktar minn sentejn filwaqt li llum huwa ta’ madwar 4 xhur.
Leg 12 PQ #27222 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: LUCIANO BUSUTTIL To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta — operazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ operazzjonijiet isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u kemm saru operazzjonijiet f’dan iċ-Ċentru mill-2013 sakemm tiġi mwieġba din il-mistoqsija, maqsuma sena b’sena?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li sas-sena 2013 ma saret l-ebda operazzjoni ġewwa ċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. Tajjeb li ngħidu li diversi servizzi bdew fi żmien differenti matul is-snin 2014 u 2015. Matul is-sena 2014 saru 478 operazzjoni filwaqt li fis-sena 2015 saru 1,255. Din is-sena, minn Jannar sa Settembru saru 1,104 operazzjoni ġewwa iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.
Leg 12 PQ #27509 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Ġenerali t’Għawdex – pazjenti mmexxija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema pazjenti se jiġu mmexxija mill-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jew mill-parti tal-Isptar magħrufa bħala tal-Ibraġġ? Fejn se jittieħdu dawn il-pazjenti? Kemm se jkun in-numru ta' pazjenti li se jiġu affettwati?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li d-diskussjonijiet bejn il-Gvern, l-Vitals Global Healthcare u l-istakeholders l-oħra f’Għawdex għadhom għaddejjin.
Leg 12 PQ #27510 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għas-Saħħa

Għawdex – Dar Lourdes — ftehim

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim sar fuq Dar Lourdes f'Għajnsielem Għawdex biex jittieħdu l-pazjenti fiha? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa fuq din id-dar min-naħa tal-Gvern u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-ftehim/kuntratt li sar biex il-Ministeru għas-Saħħa jagħmel użu minn din id-Dar?

Response (FEARNE, CHRIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 27509.
Leg 12 PQ #27626 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Midwifes — ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm gradwaw midwives fl-2016 u kemm minn dawn ġew impjegati mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numu ta' midwives li temmew il-kors tal-midwifery b'success din is-sena u applikaw għall-impjieg mad-Dipartiment tas-Servizz tas-Saħħa Pubbliku huwa ta’ 16. Dawn l-midwives qegħdin fil-proċess li jiksbu r-reġistrazzjoni u l-warrantqabel ma jiġu mpjegati.
Leg 12 PQ #27627 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera ġodda – tqassim f’postijiet differenti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fuq liema kriterju tqassmu l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 fil-postijiet differenti li joffru servizz ta’ saħħa? Veru li ntalbu jgħidu l-preferenzi tagħhom? Dawn l-infermiera tqassmu skont il-preferenza u skont il-mertu tagħhom, jew skont kriterji oħra?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-proċess maqbul mal-Union tal-Infermiera u Qwiebel (MUMN) hu li skont l-order of merit tal-kors tal-infermiera hekk kif ippubblikat mill-Universita’ ta’ Malta ta' dawk li gabu Degree, imbaghad l-order of merit ta’ dawk li gabu Diploma, l-infermiera ġodda jingħataw l-opportunità li jagħżlu fejn se jaħdmu skont il-vakanzi u l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 12 PQ #27628 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera – dewmien fl-ingaġġ

Question

Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn kien hemm dewmien ta’ xahrejn biex l-infermiera l-ġodda li gradwaw fl-2016 bdew jaħdmu?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-infermiera li ggradwaw din is-sena bdew jaħdmu fit-3 ta’ Ottubru wara li tlesta l-proċess amministrattiv. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fl-2012, fi żmien Gvern preċidenti, l-infermiera li kienu ggradwaw dik is-sena bdew jaħdmu f’Novembru.
Leg 12 PQ #27629 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Nurses – induction course

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm dam jiġi preparat l-induction course għan-nurses li gradwaw fl-2016? Jikkonferma li fil-fatt l-induction course kienet laqgħa waħda fejn l-infermiera ġew infurmati fejn se jibdew jaħdmu u tqassmulhom l-uniformijiet?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Induction Courses għall-infermiera huwa programm intensiv ta’ 40 siegħa, li huwa parti mill-150 siegħa tal-Orientation Programme li jsir fl-ewwel sena tal-ingaġġ ta’ dawn l-infermiera ġodda. Dan l-Orientation Programme jinkludi ukoll 2 modules speċifikati u huwa rikonoxxut fuq livell 5 mill-MQRIC. Dan il-programm jingħata minn żmien għal żmien biex jikkonċedi mal-ingaġġar ta’ infermiera ġodda.
Leg 12 PQ #27630 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

Infermiera ġodda – full-time/part-time

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk is-sejħa għall-infermiera ġodda li gradwaw fl-2016 kenitx fuq bażi full-time jew part-time? Jikkonferma li għalkemm is-sejħa kienet fuq bażi full-time, kien hemm infermiera li ġew impjegati fuq bażi part-time u kien hemm min għażel li jaħdem night duties biss?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-sejħa għall-infermiera kienet kemm fuq bażi full-time, kif ukoll part-time, u għalhekk kien possibli li numru ta' infermiera jigu ngaġġati part-time fuq xewqa tagħhom.
Leg 12 PQ #27631 Sitting 426 2016-10-12 Oral · Final From: CLAUDETTE BUTTIGIEG To: Ministeru għas-Saħħa

San Ġwann – Stores tal-Mediċini – tiswijiet ta’ ħsara fl-art

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa t-tiswija tal-ħsara li kien hemm fl-art tal-istores tal-mediċini f’San Ġwann immexxija mis-Central Procurement and Supplies Unit (CPSU)? Jikkonferma li l-kawża kienet il-konkos difettuż? Minn min saret it-tiswija? Min inżamm jew se jinżamm responsabbli għall-ħsarat?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-valur tax-xogħol ta’ tiswija msemmi minnha għad irid jiġi vverifikat wara li jkun tlesta kollu. Is-CPSU ħadet passi fil-qorti kontra l-kuntratturi u l-perit responsabbli mix-xogħol oriġinali biex tirkupra l-ispejjeż.
Leg 12 PQ #26881 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Schedule V — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward kopja anzjana li applikat biex iġġedded is-Schedule V?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #26892 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: JOE FARRUGIA To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet tal-qalb li jsiru b’keyhole surgery

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-Isptar Mater Dei hemmx speċjalizzazzjoni fejn jidħlu operazzjonijiet tal-qalb li jsiru b’keyhole surgery? Jekk iva kemm hemm speċjalisti? X’inhi l-frekwenza ta’ din it-tip ta’ operazzjoni?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl-Isptar Mater Dei isiru keyhole surgeries fil-qalb. Fl-Isptar Mater Dei hemm konsulent li jagħmel dawn it-tip ta’ interventi li jammontaw għal numru żgħir fis-sena. Din is-sena fl-Isptar Mater Dei tajna bidu għal servizz ġdid li huwa minimally invasive aortic valve replacement.
Leg 12 PQ #26975 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Dental – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward każ ta’ dental peress li tinsab muġugħa u l-operazzjoni li trid tagħmel il-privat ma jagħmiliex?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-każ ġie segwit.
Leg 12 PQ #27172 Sitting 425 2016-10-11 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Wied il-Għajn — berġa

Question

B’referenza għar-risposta għad-domanda parlamentari 26601, jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’xogħlijiet komplew saru fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn u x’servizz huwa pjanat li tagħti?

Response (FEARNE, CHRIS)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-Berġa tas-Saħħa ta’ Wied il-Għajn sar xoghol ta’ waterproof membrane. Is-servizzi li jingħataw huma dawk ta’ infermiera u tabib tal-familja u mit-30 ta’ Awwissu 2016 il-berga bdiet tinfetaħ tliet ijiem fil-ġimgħa sabiex b’hekk żdied aktar dan is-servizz.