Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm rapporti ta' ferimenti, fl-inħawi li jiffurmaw parti mill-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, matul l-ewwel 4 xhur ta' din is-sena? Jista' jgħid kemm minn dawn kienu f'postijiet pubbliċi u kemm fil-privat, xahar xahar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn Jannar u April ta’ din is-sena, il-Pulizija kellha 42 rapport ta’ feriment fuq il-persuna li seħħew f’San Pawl l-Baħar.
Dawn kollha ġraw f’postijiet pubblici għajr 18-il każ ta’ vjolenza domestika li seħħew fi propjeta privata.
Jannar
Frar
Marzu
Apirl
7
15
12
8
B’referenza għall-message report GHQ/HR//267/2013 tal-24 ta’ April 2013, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn twaqqaf it-taħriġ fl-Akkademja tal-Pulizija għall-membri kollha tal-Korp mill-1 ta’ Mejju 2013?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li kif diġà ġie spjegat fi tweġiba għal-mistoqsija parlamentari numru 2212/13, it-taħriġ magħruf bħala in-service training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, ġie sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa.
L-erserċizzju ta’ ristrutturar fl-Akkedmja tal-Pulizija għadu għaddej u anke’ ser jinħatar Direttur ta’ l-Istudji kif jipprovdi l-Att dwar il-Pulizija, li ser ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u kurrikula tal-Akkademja.
Akkademja tal-Pulizija — Rapid Intervention Unit – taħriġ
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala huma biss membri tar-Rapid Intervention Unit tal-Pulizija li qed jagħmlu taħriġ (u taħriġ fiżiku biss u mhux class training) fl-Akkademja tal-Pulizija kontra dak li kien isir qabel Marzu 2013 meta kull membru tal-Korp kellu taħriġ fl-Akkademja medja ta’ darbtejn fix-xahar, sew fiżiku u sew fil-klassi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-Rapid Intervention Unit tal-Puilizia qed jagħmlu it-taħriġ imsemmi speċifikament għal skopijiet tal-xogħol li huma responsabbli għalih fit-taqsima tagħhom u dan mhux taħrig relatat mal-Akkademja. Kif ġa kelli l-okkazzjoni nispjega fi tweġibiet preċedenti, l-in service training lill-membri tal-Korp tal-Pulizija fl-Akkademja tal-Pulizija, huwa sospiż minħabba li t-taħriġ f’din l-akkademja ma kienx qed jagħti riżultati mixtieqa. Nerġa nfakkar lil-Onorevoli Interpellant illi l’eżerċizzju ta’ ristrutturar fl-Akkedmja tal-Pulizija, għadu għaddej u li ser jinħatar Direttur ta’ l-Istudji li ser ikun responsabbli għat-twaqqif tal-korsijiet u kurrikula tal-Akkademja.
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jerġa’ jkun hemm lanċa tal-Forzi Armati ta’ Malta stazzjonata fil-port tal-Imġarr f’Għawdex u dan peress li issa fl-aħħar xhur wara aktar minn sena l-AFM m’għadx għandha lanċa f’Għawdex biex tissorvelja l-kosta ta’ Għawdex u tat-Tramuntana ta’ Malta? Jaf il-Ministru li din il-lanċa meta kienet stazzjonata Għawdex kienet involuta f’diversi għajnuniet li ngħataw lil min kien f’diffikultà fl-ibħra madwar Għawdex, Kemmuna u fit-Tramuntana ta’ Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa hemm żewġ lanec tal-Forzi Armati ta’ Malta (FAM) stazzjonati b’mod permanenti l-Imgarr, Għawdex. Dawn huma il-lanċa ta’ sorveljanza kostali P06, u il-lanca ta’ tiftix u salvatagg Melita 2. Sas-17 ta’ Marzu 2014 dawn il-laneċ parteċipaw f’erba’ missjonijiet ta’ assistenza, erba’ missjonijiet ta’ enfurzar tal-ligi fuq il-baħar kif ukoll bosta operazzjonijiet oħra tal-Forzi Armati ta’ Malta. Dawn il-missjonijiet seħħew mhux biss madwar il-gzira Għawdxija iżda ukoll f’żoni tal-kosta ta’ madwar Kemmuna u t-Tramuntana ta’ Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid x'inhi l-esiġenza tas-servizz li wasslet biex il-pulizija li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament ġew trasferiti mill-ALE lejn l-Għassa tal-Belt?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma għandi xejn xi nżid ħlief li l-eżiġenzi tas-servizz jiddettaw li kollox isir fl-aħjar interess tal-Korp tal-Pulizija li wara ħafna snin ta’ demoralizazzjoni qed jerġa’ jieħu r-ruħ.
Ċentri ta’ detenzjoni – persuni min-Niġerja u mill-Ghana
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm hawn persuni min-Niġerja u mill-Ghana fiċ-ċentri miftuħa,fiċ-ċentri ta’ detenzjoni u fil-komunità, preżentement?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa fiċ-ċentri ta detenzjoni hemm 34 Niġerjani u ma hemm l-ebda persuna mill-Ghana, filwaqt li fiċ-ċentri miftuħa hemm 51 Niġerjani u 6 mill-Ghana. Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma jkollniex statistika ta’ kemm hemm persuni fil-komunità.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – servizz ta’ -medjazzjoni
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra x’passi ttieħdu sabiex is-servizz ta’medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi jibda jiġi offrut?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent hemm persuna li ġiet nominata mill-Kumitat għall-Medjazzjoni bejn il-Vittma u min wettaq ir-reat sabiex jiġi offrut servizz ta’ medjazzjoni taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Ripartriċi. Din il-persuna nominata hija kwalifikata sabiex taħdem bħala medjatur f’dan il-qasam.
Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi – talbiet għall-parole
Question
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm saru talbiet għall-parole taħt l-Att dwar il-Ġustizzja Riparatriċi u kemm ġew milqugħa talbiet s’issa mill-Parole Board?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mit-12 ta’ Marzu 2013 sal-21 ta’ April 2014 saru mija u tlieta u għoxrin talba għal-parole, minnhom tnejn u erbgħin talba ġew irtirati. B’kollox ngħataw 6 liċenzji tal-parole, fejn persuna waħda rrifjutat il-liċenzja. Dan ifisser li b’kollox ngħataw 5 liċenzji tal-parole.
Jista’ l-Ministru jgħid min hu l-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija fil-preżent?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kmandant tal-Akkademja tal-Pulizija fil-preżent huwa l-ex Deputat Kummissarju Joseph Cachia, li ilu f’din il-kariga sa min Jannar 2014.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lil individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi attwalment il-pożizzjoni għal dawk il-persuni li jbiddlu s-sess tagħhom minn maskil għall-femminil jew viċe versa għal dak li għandu x’jaqsam mal- bdil ta’ isem għal wieħed tas-sess oppost fuq il-karta tal-identità tagħhom? Il-bdil fis-sess jew gender japplika biss jekk il-parti intima tinbidel għal dak tas-sess oppost jew dan mhux neċessarju? Din il-mistoqsija qed issir fid-dawl tat-tibdiliet kostituzzjonali li saru riċentament u li jħarsu kontra d-diskriminazzjoni fuq bażi ta’ orjentazzjoni sesswali jew gender?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-każ ta' dettalji personali li jitniżżlu fuq il-karta tal-identità dawn iridu jirriflettu l-informazzjoni li hemm reġistrata fir-Registru Pubbliku. Fil-każ ta' persuni li jbiddlu s-sess tagħhom minn maskil għall-femminil jew viċi versa jistgħu ibiddlu l-isem fir-Reġistru Pubbliku skont l-Artikolu 257A tal-Kodici Ċivili (Kap16) wara azzjoni ġudizzjarja fejn persuna tipprova li tkun, filfatt, għaddiet minn bidla irriversibbli ta' sess. Sussegwentement il-karta tal-identità ta’din il-persuna tinħareġ skont kif tkun reġistrata fir-Reġistru Pubbliku.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-indirizz tal-bord tal-Pulizija u kemm-il darba ltaqa' minn Awwissu 2013 sal-lum?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn Awwissu 2013 sal-lum il-Bord tal-Pulizija ltaqa 15-il darba. L-indirizz huwa 194/2, Triq il-Merkanti, il-Belt Valletta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet ta' persuni li ġew arrestati minħabba storbju f'postijiet pubbliċi, f'San Pawl il-Baħar (lokalità kollha), in-Naxxar u l-Mellieħa, matul l-ewwel tliet xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul il-perjodu ta’ bejn Jannar u Marzu ta’ din is sena ma kienx hemm każijiet ta' persuni li ġew arrestati minħabba storbju f'postijiet pubbliċi, f'San Pawl il-Baħar, in-Naxxar u l-Mellieħa. Ninsab infurmat illi l-pulizija jagħmlu ronda u spezzjonijiet frekwenti fil-postijiet pubblici li jinsabu fid-distretti rispettivi tagħhom sabiex ixejnu kull tip ta’ ‘Ksur ta’ Ordni Pubblika’.
Barra minn hekk dawn ikollhom assistenza mill-membri tal-RIU sabiex l-interventi tagħhom ikunu fil-pront u effettivi. Meta jkun hemm ksur tal-ligi, jittieħdu il-proċeduri relatati skond il-każ.
Ministru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Konsulenza
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Ministeru tiegħu jew dipartimenti li jaqgħu fi ħdanu għamlux użu mis-servizzi ta' konsulenzi tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament minn Marzu 2013 'l hawn?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna li d-dettalji dwarha intbagħtu separatament kienet ingaġġata konsulent dwar l-Immigrazzjoni Illegal u l-Għażil (Illegal Immigration and Asylum) fit-2 ta’ Mejju, 2005 fil-Ministeru għall-Ġustizzja u l-Intern fuq bażi part-time. L-aħħar li dan il-kuntratt ġie mġedded kien fl-10 ta’ Jannar, 2013. Tali kuntratt ġie tterminat fit-22 t’ Awwissu, 2013.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — xogħlijiet lill-individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’xogħlijiet ingħataw lill-individwu li d-dettalji tiegħu qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tiegħu bejn l-1998 u Marzu 2013, sena b’sena (inkluż ħatriet f’bordijiet)? Jista’ jgħid fiex kien jikkonsisti x-xogħol u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Jista’ jgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li lill-individwu li d-dettalji tiegħu ingħataw separatament qatt m’għamel xogħol għall-Awtorità tax-Xandir. Madankollu mill- 1 ta’ Jannar 2011 huwa sar membru tal-Awtorità tax-Xandir. Dan it-terminu reġa ġie mġedded mill-1 ta’ Jannar 2014.
Forzi Armati ta’ Malta – Declaration of interest għal Logutenent Kurunell
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għala fil-policy li hu għamel wara Marzu 2013 neħħa d-declaration of interest mill-policy tal-2011 li kienet tirregola l-promozzjoni minn Maġġur għal-Logutenent Kurunell fil-Forzi Armati ta’ Malta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li waħda mir-raġunijiet għala id-Declaration of Interest ma baqgħetx annessa bħala formola huwa minħabba li l-Ministeru ma jaqbilx ma’ ċertu kontenut li kien fiha dik maħruġa fl-2011. Dan għaliex il-Ministeru ma’ jaqbilx li Uffiċjal għandu japplika speċifikament għal ċertu postijiet vakanti u jkun marbut magħhom, imma la darba jkun hemm ċertu vakanzi, għandha tiġi applikata l-flessibilita’ u uffiċjal jiġi mpjegat skont l-esiġenzi tas-servizz. Minkejja dan, baqgħet xorta waħda tiġi pprovduta CV li tiġi ċċekjata u kkonfermata minn dawk eliġibbli, u jekk Uffiċjal eliġibbli ma jkollux interess jiġi kkunsidrat, sempliċiment jinforma bil-miktub li mhux se jattendi għall-proċess.
Forzi Armati ta’ Malta – rakkomandazzjonijiet fuq promozzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kull rakkomandazzjoni li għamel lill-Ministru tal-Forzi Armati ta’ Malta skont kif trid il-liġi kull Brigadier tal-Forzi Armati ta’ Malta sabiex Maġġur jieħu promozzjoni għal-Logutenent Kurunell u sabiex Logutenent Kurunell issir Kurunell fl-aħħar seba’ snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu jkun jaf li għall-promozzjonijiet imsemmija il-ligi ma titlobx rakkommandazzjoni mill-Kmandant, lill-Ministru.
Forzi Armati ta’ Malta – riżultati tal-Bord tal-Għażla għal logutenent Kurunelli u Kurunelli
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-riżultati tal-Bord tal-Għażla li huwa waqqaf wara Mejju 2013 sabiex dan jiddeċiedi min mill-Forzi Armati ta’ Malta kellu jsir Logutenent Kurunell u Kurunell? Jista’ juri l-marki li kull persuna fuq dan il-Bord tat lil kull applikant?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-riżultati ta' selezzjonijiet ta’ għażla għandhom ikunu protetti milli jiġu mxandra ma’ kulħadd peress li huma ta’ natura kunfidenzjali. Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-principju intuża ukoll fl-aħħar selezzjonijiet ta’ għazla taħt amministrazzjoni preċedenti.
Forzi Armati ta’ Malta – Kurunelli – aċċess għall-classified information tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jispjega kif ma jara xejn ħażin li pajjiżna ħa jkollu erba’ uffiċjali tal-Forzi Armati ta’ Malta li fl-aħħar ħmistax saru Kurunelli minn Maġġuri li se jkollhom aċċess għall-classified information tal-Unjoni Ewropea mingħajr ma huma ġew security cleared la f’livell secret u lanqas top secret?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nilob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel referenza għall-mistoqsija parlamentari 4826.
Forzi Armati ta’ Malta – kariga ta’ Logutenent Kurunell
Question
Jista’ l-Ministru jispjega għala wara Marzu 2013, biddel minn sentejn għal sena biss iż-żmien li persuna tkun ilha fir-rank ta’ Maġġur fil-Forzi Armati ta’ Malta sabiex tkun eleġibbli għal kariga ta’ Logutenent Kurunell?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant sabiex jirreferi għal mistoqsija parlamentari 4276.