Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imrieħel by-pass — Bini ta' footbridge

Question

B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 13896, jista' il-Ministru jitlob lill-awtorita' dwar it-trasport tikkonsidra bħala talba speċjali, jekk mhux normali, il-bini ta' footbridge fi Triq is-Sebħ (bypass ta' l-Imrieħel) sabiex ir-residenti ta' l-area Tal-Blat 2 jaqsmu għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi? Ma jaħsibx li din il-kunsiderazzjoni għandha tingħata abbażi tal-fatt li l-bini oriġinali tal-bypass mid-dipartiment tat-toroq, illum parti mill-istess ADT, qata' lil din l-area u allura r-residenti miċ-ċentru ta' Ħal Qormi u allura mill-aċċess għas-servizzi essenzjali tagħhom, bħal skola, mużew, knisja, xiri eċċ.?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita’ dwar it-Trasport, qed tevalwa l-possibilita’ li jiġi pprovdut pedestrian overpass fil-lokalita msemmija mill-Onorevoli Interpellant.

Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit — Siġar

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14005 u jgħid meta se jerġgħu jitħawlu s-siġar tal-palm li kien hemm fi Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit li kienu tneħħew waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina? Jista' jgħid meta se jiġi rranġat il-finishing f'din il-parti tat-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' dwar it-Trasport ivverifikat illi ma nqalawx siġar tal-palm minn Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit waqt ix-xogħlijiet li saru fi Triq l-Imdina. Matul ir-rotta kollha li ġiet kostruwita fil-proġett tal-Protokoll Taljan fadal xi xogħlijiet żgħar x'jitlestew u dawn ser ikunu kompluti fil-ġranet li ġejjin.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 14387 u jara li l-culvert li hemm quddiem l-International sales direct fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi jiġi rranġat ħalli ma jibqax jagħmel ħsejjes u jikkawża inkonvenjent lir-residenti ta' din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li l-culvert imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ser tiġi rrapurtata lill-Works Division biex din tkun tista' tiġi kkunsidrata biex isiru x-xogħlijiet neċċessarji.

Distrett Nru. 4 — Asfaltar ta' toroq

Question

Jista' il-Ministru jindika l-ismijiet tat-toroq fir-Raba' Distrett li huwa ppjanat li jigu asfaltati din is-sena jew is-sena d-dieħla?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Sistema tal-park and ride

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġejja l-ispiża totali biex tibda titħaddem il-park and ride system fil-Belt Valletta? Jista' jgħid kif qed ikun iffinanzjat dan il-proġett?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li x-xogħol fuq il-park & ride hu maqsum fit-tlett partijiet. Hemm ix-xogħol fuq il-tlett junctions li ħa jiswa madwar Lm250,000, xogħol fuq is-sit biex jiġi rranġat, li ħa jiswa madwar Lm270,000 u x-xogħol finali li jrid jiffinanzja l-Operatur biex is-sistema tibda taħdem. Bħalissa għaddej il-proċess ta' aġġudikazzjoni tat-tender għall-operat ta' dan is-servizz u għalhekk mhux possibli li jingħad kemm ħa tiġi tiswa' din il-parti finali. Ix-xogħlijiet li ser jiffinanzja l-Gvern jiġifieri x-xogħlijiet tal-junctions u x-xogħol fuq is-sit qed jiġu ffinanzjati minn fondi tal-Commuted Parking Payment Scheme tal-Awtorita' dwar l-Ambjent u l-Ippjanar (Lm270,000) u l-bqija minn fondi tal-Awtorita' dwar it-Trasport.

Ħal Qormi — Triq in-Nassab

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex waqaf ix-xogħol ta' kostruzzjoni ta' Triq in-Nassab f'Ħal Qormi? Jista' jgħid meta se jitkompla u jitlesta dan ix-xogħol minħabba t-trabijiet u l-inkonvenjent li qed ibatu minnu r-residenti?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Ħal Qormi — Triq l-Imdina

Question

Jista' il-Ministru jara li l-culvert li hemm quddiem l-International sales direct fi Triq l-Imdina f'Ħal Qormi jiġi rranġat ħalli ma jibqax jagħmel ħsejjes u jikkawża inkonvenjent lir-residenti ta' din it-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Licensing & Testing Dept. — Door A

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-post quddiem Bieb A fejn jitħallsu l-liċenzji tal-karozzi u li issa qed jintuża bħala garage, jistax isir użu aħjar minnu biex il-pubbliku jinqeda aħjar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

ADT — Talba għal reserved parking

Question

Jista' il-Ministru jara li l-ADT tirrevedi l-kas nru. 724 li hija talba għal reserved parking, billi l-affarijiet marru għall-agħar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

B’riferenza għal każ numru 724, applikazzjoni għal reserved parking għal persuni b’diżabilità, it-tabib imqabbad mill-Awtorita' dwar it-Trasport kien irraporta li l-applikant ma kellux problemi severi ta’ mobilita, kif muri fiċ-ċertifikat provdut minnu. Għaldaqstant it-talba għal reserved parking ma ġietx milqugħha mill-Bord għal reserved parking għal persuni b’diżabilità. Iżda, kif iddikjarat mill-Onorevoli Interpellant, li l-kundizzjoni medika ta’ l-applikant hawn riferut qalbet għall-agħar, huwa rakkomandat li l-istess applikant jissottometti ċ-ċertifikati meħtieġa lill-ADT sabiex il-każ ikun rivedut skond il-proċeduri u l-kriterji stabbiliti.

Attard — Triq iż-Żahar

Question

Peress li Triq iż-Żahar, Attard, B2N12, ilha għal dawn l-aħħar 14-il sena bla asfalt, jista' il-Ministru jirrimedja bix-xogħlijiet immedjatament u qabel tibda x-xitwa? Jekk fl-affermattiv, meta?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi Triq iż-Żahar, Attard tifforma parti mill-lista ta’ toroq residenzjali li l-Awtorita' dwar it-Trasport bi ħsieba tagħmel xogħol ta’ asfaltar fihom. Xogħol fuq din it-triq eventwalment isir skond il-prijoritajiet li se jiġu stabbiliti .

Xwieki — Għargħur - Triq Santa Katerina

Question

Jista' il-Ministru jara li tiġi riveduta d-deċiżjoni li titwaħħal tabella fi Triq Santa Katerina fix-Xwieki, limiti tal-Għargħur, li minħabba fiha r-residenti tal-lokal mhux qed ikunu jistgħu jinqdew minn ċerti servizzi bażiċi billi din in-"No go" sign tgħodd ukoll għal dawk li jipprovdu servizzi essenzjali lilhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li minn ricerka li saret fir-records tad-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiiku irriżulta li tali Direttorat kien mgħoti struzzjonijiet, b’ittra datata 26 ta’ April 2001, illi jitwaħħlu tabelli “no entry” b’eċċezzjoni tar-residenti u individwi li jaħdmu l-għelieqi u fil-kmamar tan-nar fi Triq Santa Katerina fix-Xwieki. Skond l-ittra, tali struzzjonijiet kienu b’approvazzjoni li nħarġet mill-Kabinett tal-Ministri. Skond ittra li ntbagħtet lid-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku bid-data 12 ta’ Ġunju, 2002 il-każ ta’ dawn ir-restrizzjonijiet fi Triq Santa Katerina kien ukoll mressaq għand l-Ombudsman li kkonferma d-deċiżjoni tal-Kabinett.
Leg 10 PQ #13893 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħal Qormi — Tindif ta' culverts

Question

Jista' il-Ministru jassigura li l-culverts li hemm fit-toroq ta' Ħal Qormi, inkluż Triq Mdina, Triq San Bartolomew, Triq Spiteri Fremond u Triq il-Kbira, jitnaddfu qabel ma jagħmel xi għargħar? Meta tnaddfu l-aħħar dawn?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Mrieħel bypass — Bini ta' footbridge

Question

Jista' il-Ministru jitlob lill-awtorita' dwar it-trasport sabiex tikkonsidra l-bini ta' footbridge jew ta' underpass fi Triq is-Sebħ (il-bypass ta' l-Imrieħel) sabiex ir-residenti ta' l-area magħrufa bħala Tal-Blat 2, f'Ħal Qormi ma jibqgħux jaqsmu għaċ-ċentru ta' Ħal Qormi b'periklu għal ħajjithom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li m’huwiex normali li l-Awtorita’ dwar it-Trasport tipprovdi faċilitajiet ta’ underpass, f’toroq Arterjali u Distributorji li mhumiex f’żoni Residenzjali, jew fejn m’hemmx użu obligatorju relatat ma aċċess għas-servizz tat-trasport pubbliku. (bus stops) Din l-arterja prinċipali tiffaċilita’ il-passaġġ pedonali bejn Ħal Qormi u Sta Venera mill-inħawi ta’ Triq il-Mitħna fejn l-ammont ta’ traffiku u veloċita huma aktar limitati.

Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit — Siġar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jerġgħu jitħawlu s-siġar tal-palm li kien hemm fi Ġnien l-Avukat Ġorġ Zammit li kienu tneħħew waqt ix-xogħlijiet fi Triq l-Imdina? Jista' jgħid meta se jiġi rranġat il-finishing f'din il-parti tat-triq?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 10 PQ #14379 Sitting 296 2005-09-27 Oral · Interim From: GAVIN GULIA To: Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq

Ħaż-Żebbuġ — Mdina Road - Traffic lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid huwiex possibbli li jitwaħħlu traffic lights u/jew pedestrian crossings f'dik il-parti ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ 'l isfel mill-iskola tal-Garendon u l-istabiliment kummerċjali tal-SMW Cortis?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-tweġiba għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.

Vjal il-Ħaddiem, Rabat — Zebra crossing

Question

Jista' il-Ministru jinformana għaliex f'sena u nofs iż-zebra crossing fil-parti t'isfel fi Vjal il-Ħaddiem, fir-Rabat u cioe' li tinsab fil-housing estate, baqgħet ma nxtelgħitx? Jista' jara li tiġi rimedjata din il-problema għar-residenti, issa li t-tfal jinsabu bil-vaganzi tas-sajf?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi se jittieħdu l-passi neċessarji sabiex din l-issue tiġi rimedjata mill-aktar fis possibli.

Marsa — Triq ta' ħdejn il-korsa

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se tissewwa t-triq ta' ħdejn il-korsa tal-Marsa, li tiġi fuq wara tal-Maltapost, peress li hi perikoluża għaż-żwiemel tat-tiġrija u għal kull min jgħaddi minn hemmhekk?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

It-triq msemmija mill-Onorevoli Interpellant se tiġi spezzjonata u b'hekk tiġi kkunsidrata biex tiġi nkluża fil-program tat-toroq li jridu jsiru. Id-Direttorat qed ihejji program għall-bini ta' toroq ġodda u dawn se jsiru skond il-prijoritajiet li jirriżulta.

Birkirkara — Triq il-Vaguni

Question

Jista' il-Ministru jikkonsidra li ssir Triq il-Vaguni, f'Birkirkara issa li l-bini f'din it-triq huwa lest?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex din it-triq tkun tista' tiġi kkunsidrata biex tiġi inkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru.

Ħad-Dingli — Misrah Suffara

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament bena u ħa parti konsiderevoli mit-triq fil-kontrada ta' Misraħ Suffara, f'Ħad-Dingli, kif jirriżulta wkoll mir-ritratt li wkoll qed jintbagħtu separatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li dan is-sit jinsab barra ż-żona ta' l-iżvilupp u allura nitolbok tissottometti pjanta li tindika s-sit konċernat (site plan) ħalli b'hekk ikunu jistgħu jsiru l-verifiki kollha neċessarji.

Birkirkara

Question

Jista' il-Ministru jindaga tistax issir il-biċċa triq wara Sant'Antnin - Knisja San Franġisk - f'Birkirkara li tgħaqqad Triq L Casolani ma' Triq l-Ibgħal?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li ser isiru site inspections fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant sabiex din it-triq tkun tista' tiġi kkunsidrata biex tiġi nkluża fil-lista tat-toroq li jridu jsiru.