Għawdex — Hotels, Farmhouses jew apartments – bed nights
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20761 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ bed nights li ġew użati minn Maltin f’Għawdex kemm f’hotels, farmhouses jew apartments fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-kamra.
Malta — Hotels, Farmhouses jew apartments – bed nights
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 20762 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Turiżmu u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid kemm kien in-numru ta’ bed nights li ġew użati minn Maltin f’Malta kemm f’hotels, farmhouses jew apartments fis-snin 2010, 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?
Jista’ l-Ministru jgħid min kien l-assistent parlamentari li kien jassisti lill-Ministru bejn l-2008 sa l-2013 ? X kien il-pakkett finanzjarju tal-assistent parlamentari? Jista’ jiġi ppreżentat rapport dettaljat dwar il-ħidma li kien għamel l-assistent parlamentari?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi s-Sur Robert Arrigo kien maħtur bħala Segretarju Parlamentari mill-10 ta' Marzu, 2010 sas-7 ta' Jannar, 2013. Kien jitħallas mill-kamra tar Rapreżentanti. Il-paga tiegħu kienet ta' 15% ta' skala 1. L-Uffiċċju ta' Assistent Parlamentari kienet ħatra ghall-uffiċċju politiku. Il-persuna indikata kienet tassisti lill Ministru fil-ħidma tiegħu.
Peress li fid-diskors tal-baġit intqal li ‘Se ninkoraġġixxu aktar persuni biex jagħżlu muturi żgħar minflok karozzi. Għal dan il-għan, għas-sena li ġejja, se nnaqqsu drastikament il-liċenzja għal muturi żgħar ta' 125cc għal flat rate nominali ta' €10 fis-sena’, jista’ l-Ministru jiċċara jekk it-tnaqqis li rrefera għalih il-Ministru hux se jkun għall-2016 biss jew jekk din hijiex miżura permanenti?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li din il-miżura ser tkun kif għidt fid diskors tal-baġit "......għas-sena li ġejja, se nnaqqsu drastikament il-liċenzja tal-muturi żgħar ta' 125cc għal flat rate nominali ta' €10 fis-sena ".
Good Causes Fund — għaqdiet Għawdxin li bbenefikaw
Question
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 19794 u jgħid matul l-2014 u l-2015 sal-lum kemm-il għaqda jew entità Għawdxija bbenefikat mill-Good Causes Fund? Jista' jgħid liema kienu l-ghaqdiet jew entitajiet li bbenefikaw u kemm kien l-ammont li ħadet kull għaqda u f'kull każ, x' kien il-proġett li ġie megħjun?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul is-snin 2014 u 2015 kienu għaxra 1-għaqdiet, ibbażati ġewwa 1-gżira Għawdxija, Ii bbeneffikaw mill-fond għall kawżi ġusti, skont it-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra:
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati kumpaniji ġodda bejn Marzu 2013 'l hawn xahar b'xahar?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi n-numru ta’ kumpaniji registrati ġodda bejn Marzu 2013 u Lulju 2015 kienu kif jidhru fit-tabella li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kif il-kumpaniji li allegatament huma nvoluti fil-każ tal-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament qed jiġu trattati fil-preżent mill-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji u jekk humiex qed jiġu kkalkulati għall-finijiet ta' statistika?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi kif ġie intimat fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari numru 19016, ir-Reġistratur ma jistax minn rajħ jikkanċella kumpaniji għax jidhirlu li huma montatura jew finta. Il-kumpaniji in kwestjoni għandhom statut reġistrat, għandhom azzjonisti u diretturi u nħarġilhom ċertifikat tar-reġistrazzjoni wara li tħallset il-mi¿ata tar-reġistrazzjoni skont il-liġi. Għalhekk fil-fehma tar-Reġistratur dawn il-kumpaniji għandhom eżistenza legali u għalhekk huma nklużi fl-istatistika, sakemm il-Qorti ma tordnax mod ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid x'checks and balances għandha l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji biex tivverifika u tikkonkludi jekk kumpaniji reġsitrati magħha jeżistux u joperawx jekk inkella humiex montatura għal finijiet ta' abbużi kif ġie żvelat fil-każ riċenti li allegatament hu nvolut fih l-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament? X'miżuri ġodda ħadet l-MFSA f'dan ir-rigward wara li kienu żvelati l-każijiet li kien allegatament involut fihom l-individwu msemmi?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-ewwelnett wieħed għandu jiddistingwi ċar bejn ir-rwoli tal-MFSA u r-rwol speċifiku tar-Reġistratur tal-Kumpanniji. L-MFSA għandha funzjoni ta’ regolatur tas-settur tas-servizzi finanzjarji u s-setgħa tagħha tkopri biss dawk il-kumpaniji u persuni li jkunu awtorizzati jew liċenzjati minnha sabiex joperaw fis-servizzi finanzjari skont il-leġislazzjoni applikabbli. Ir-rwol tal-MFSA għalhekk ma jinkludix is-superviżjoni ta’ kumpaniji li jagħmlu attivitajiet oħra. Dawn ta’ l-aħħar huma sempliċiment reġistrati mir-Reġistratur tal-Kumpaniji skont il-Companies Act.
Ir-Reġistratur għandu dmir li jamministra l-ligi dwar il-Kumpaniji u jista’ jeżerċita biss id-dmirijiet u l-poteri li tagħtih din il-liġi. Il-Ligi dwar il-Kumpaniji tippermetti li kumpanija tista’ tiġi rreġistrata għal kwlunque raġuni jew attivita’ sakemm mhix kontra l-liġi (for any lawful purpose). Kumpanija tista’ anki tiġi stabbilita bl-għan uniku li żżomm xi proprjetà jew assi. Barra minn hekk ir-Reġitratur qatt ma jista’ jkun jaf bil-quddiem x’se tagħmel fil-fatt kumpanija li qed tiġi reġistrata. Ir-reġistrazzjoni hu l-mument meta kumpanija tingħata ħajja ġuridika. Lanqas ma jista’ r-Reġistratur jaqbad u jikkanċella jew jimmulta kumpanija għal fatt biss li din mhux qed tagħmel xi negozju. Ovvjament xi obbligi tal-liġi jkunu jridu jibqgħu jiġu osservati min tali kumpaniji, bħal is-sottomissjoni tal-accounts u annual returns.
Ir-Reġistratur ser ikompli jwettaq il-funzjoni u juża l-poteri skont il-liġi, iżda ma jistax imur oltre dan. Ir-Reġistratur ikkonferma li għandu lista tal-kumpaniji li l-accountant imsemmi kien involut fihom. Ir-Reġistratur, kull meta jirċievi xi dokumentazzjoni li tindika li xi waħda minn dawn il-kumpaniji qed tmur għand professjonist ieħor biex tingħata servizzi professjonali relatata mal-Liġi dwar il-Kumpaniji, ser jitlob konferma li sar due diligence mill-ġdid. Dawn il- kumpaniji ser jibqgħu jkunu immoniterjati anki sabiex l-accounts awditjati tagħhom jintbagħtu fil-ħin u b’hekk ikun jista’ jiġi kkonfermat il-kapital tagħhom.
Mill-analiżi li għamlet l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji wara li ġie żvelat il-każ li allegatament huwa nvolut fih l-accountant li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista' l-Ministru jgħid jekk l-MFSA tistax tinkonkludi li hemm kumpaniji reġistrati magħha li huma finta? Jekk iva, kemm kien hemm bejn Jannar 2014 u Lulju 2015? Jekk le, l-MFSA bdiet xi forma ta' skrutinju biex tanalizza tali kumpaniji u tieħu azzjoni fil-konfront tagħhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi r-Reġistru tal-Kumpaniji ġabar lista tal-kumpaniji li l-accountant imsemmi għamel rapport fuq il-kapital inizjali tagħhom (l-expert’s report skont l-artikolu 73 tal-Companies Act). Huma madwar 510 il-kumpaniji li ġew reġistrati minn Jannar 2014 sa Lulju 2015 permezz ta’ tali rapport maħruġ mill-accountant imsemmi dwar il-kapital azzjonarju mħallas in specie. Jekk dawn il-kumpaniji, jew uħud minnhom, humiex finta ma jistax jiddeċidiha ir-Reġistratur. Hija biss il-Qorti li tista’ tiddikjarhom hekk.
Jista' l-Ministru jgħid jekk l-Awtorità ta' Malta għas-Servizzi Finanzjarji fil-preżent għandhiex proċess li jwassal għal de-listing tal-kumpaniji? Jekk iva, kemm ġew de-listed kumpaniji minn Marzu 2013 'l hawn u x'kienu r-raġunijiet ewlenin li l-aktar wasslu għal de-listing ta' kumpaniji?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant illi l-Liġi dwar il-Kumpaniji ma tipprovdix għal xi tip ta’ de-listing sommarju ta’ kumpaniji, la fuq diskrezzjoni tar-Reġistratur u lanqas ta’ xi Awtorità jew persuna oħra (de-listing japplika biss fir-rigward ta’ kumpaniji li huma kwotati fuq xi stock exchange). L-iżjed proċess viċin ta’ dan huwa l-proċess ta’ defunct skont l-artikolu 325 tal-Companies Act li jista’ jinbeda mir-reġistratur fir-rigward ta’ kumpaniji li jidhru abbandunati jew li m’hemm ħadd interessat fihom. Dan il-proċess iżda jitlob li r-reġistratur jikteb lill-kumpanija kkonċernata u wara anke jagħmel pubblikazzjoni fuq il-website tar-reġistru tal-kumpaniji kif ukoll f’gazzetta lokali ta’ kuljum, u l-isem tal-kumpanija jitħassar biss jekk fiż-żmien stipulat ħadd ma juri interess li din tinżamm fuq ir-reġistru.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna ġdida (li qabel it-8 ta' Marzu 2013 ma kinux impjegati mal-entitajiet/dipartimenti/awtoritajiet konċernat) ġiet impjegata mal-Ministeru tiegħu inkluż ma’ kwalunkwè entità, korporazzjoni, jew dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mit-8 ta’ Marzu 2013 sat-30 ta’ Settembru 2015, kemm jekk l-impjieg tagħha hu wieħed dirett, kemm jekk l-impjieg tagħha hu tramite l-kuntrattur, kemm jekk huwa on secondment, kif ukoll jekk fuq bażi ta’ self-employed?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tgħid x’tifhem eżattament bil-frażi ‘persuna ġdida’.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-proċess tal-Household Budgetary Survey? Liema elementi rriżultaw li għandhom bżonn jinbidlu biex jiġi aġġornat l-indiċi tal-prezzijiet? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk b’riżultat ta' dan il-proċess inbidlux xi elementi importanti meħtieġa għall-indiċi tal-prezzijiet? Jekk kien hemm, liema kienu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninsab infurmat illi l-proċess qiegħed fil-fazi tal-ġbir tal-informazzjoni mingħand il-households, u r-rizultati preliminari huma mistennija li jiġu provduti lejn l-aħħar tas-sena 2016. Qabel ma l-informazzjoni ta’ sena sħiħa ma tkunx miġbura kollha, l-NSO mhix se tkun f’pozizzjoni li tagħti ħjiel fuq jekk l-istruttura tal-indiċi tal-prezzijiet bl-imnut hix ser tinbidel meta komparata ma’ dik precenti.
Ministeru għall-Finanzi – impjegati mill-1998 sa 2013
Question
Jista’ l-Ministru jgħid bejn Settembru 1998 u Marzu 2013 kemm kien hemm persuni li f’xi żmien qabel ma ġew ingaġġati fis-Segretarjat Privat tal-Ministru ta’ dak iż-żmien, fl-uffiċini tas-Segretarji Parlamentari li kienu jaqgħu taħt l-istess Ministeru jew f’kull dipartiment, entità, fondazzjoni, awtorità, korporazzjoni, aġenzija, kummissjoni, kumpanija, istitut li jaqa’ taħt il-Ministeru, kienu jaħdmu ma’ xi waħda mill-entitajiet li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament? Jista’ jagħti lista ta’ min kienu dawn il-persuni kif ukoll il-pakkett finanzjarju sħiħ ta’ kull wieħed u waħda minnhom?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi n-natura ta l-informazzjoni li qed jitlob ma tistax tinġabar.
Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid jekk il-membri, inklużi ċ-Chairperson u s-Segretarju ta' dawn il-bordijiet jieħdux xi remunerazzjoni? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid kemm hi r-remunerazzjoni, li kull sena jirċievi ċ-Chairperson, is-segretarju u kull membru, separatament, ta' kull bord?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf l-Onor. Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm intefqu flus f’reklamar fl-entita’ li d-dettalji tagħha qed jingħataw separatament minn 2008 sal-lum sena b’sena u skont il-mezz tax-xandir innifsu?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-pagi tas-servizz pubbliku fl-2013 spiċċat kważi €14 il-miljun aktar milli kien stmaha l-Gvern?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali (‘attwali’ għall-2013 u l-2014, iżda ‘prevista’ fil-każ tal-2015) meta mqabbla mal-estimi approvati tirrifletti ir-reklutaġġ li kien meħtieġ li jsir matul is-sena, l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa, skont il-bżonnijiet sabiex jiġu pprovduti is-servizzi relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-pagi tas-servizz pubbliku fl-2014 spiċċat €41 miljun aktar milli stmaha l-Gvern?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali (‘attwali’ għall-2013 u l-2014, iżda ‘prevista’ fil-każ tal-2015) meta mqabbla mal-estimi approvati tirrifletti ir-reklutaġġ li kien meħtieġ li jsir matul is-sena, l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa, skont il-bżonnijiet sabiex jiġu pprovduti is-servizzi relatati.
Jista’ l-Ministru jgħid x'wassal biex l-ispiża tal-pagi tas-servizz pubbliku din is-sena ġiet riveduta minn €710 miljun għal €741 miljun?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-ispiża attwali (‘attwali’ għall-2013 u l-2014, iżda ‘prevista’ fil-każ tal-2015) meta mqabbla mal-estimi approvati tirrifletti ir-reklutaġġ li kien meħtieġ li jsir matul is-sena, l-aktar fl-oqsma tal-edukazzjoni u tas-saħħa, skont il-bżonnijiet sabiex jiġu pprovduti is-servizzi relatati.
Miżura tal-Baġit – ħlas għall-kontribuzzjoni għall-fond ta’ maternità
Question
B’referenza għall-miżura mħabbra fil-baġit li ġie ppreżentat fis-sena 2014 fejn employers fis-settur privat qed jiġu obbligati jħallsu kontribuzzjoni għall-fond ta’ maternità, jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma ġewx esklużi ċertu intrapriżi, speċjalment dawk żgħar li fihom diffiċli jekk mhux impossibli li jkunu jaħdmu nisa bħal xogħol ta’ bennejja, panel beaters, ħaddieda u xogħol ieħor simili li ma ssibx nisa jaħdmu fih? Jaħsibx li b’din il-miżura qed jgħabbi intrapriżi inkluż dawk żgħar bi spejjeż żejda meta dawn ma jimpjegawx nisa mhux b’għażla imma għax ix-xogħol tagħhom huwa xogħol li minħabba n-natura tiegħu jsir mill-irġiel?
Response (SCICLUNA, EDWARD)
Nitlob lill=Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat