Legislature:
Category:
Reset
Active:

Problema ta' intercomp ta' flats — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara li jsir kuntatt mal-individwu lid-dettalji dwarha qed jingħataw separatament u li tiġi solvuta problema rigward intercomp tal-flats?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-individwu li d-dettalji dwaru ngħataw separatament ġie kkuntattjat mis-Sezzjoni tal-Customer Care tal-Awtorita’ tad-Djar. Irriżulta li l-intercomp ġie nstallat permezz ta’ Skema 2 - Manutenzjoni tal-komun fil-binjiet tal-Gvern – bil-parteċipazzjoni tal-Kunsilli Lokali. Hija r-responsabbilta tar-residenti tal-istess blokka li jagħmlu t-tiswijiet u l-manutenzjoni neċessarja tas-sistema nstallata.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali – persuni ingaġġati f’position of trust

Question

Jista’ l-Ministru jipprovdi lista tal-persuni li ġew ingaġġati f'position of trust mid-dipartimenti, entitajiet u awtoritajiet li jiffurmaw parti mill-Ministeru li hu jmexxi bejn id-9 ta' Marzu 2013 sal-31 ta' Jannar 2015?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u għaldaqstant ir-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Benefiċċju għall-korriment fuq ix-xogħol

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm talbiet għall-benefiċċju għall-korriment fuq ix-xogħol fis-snin 2012, 2013 u 2014 separatament minn xulxin? Jista’ jgħid kemm jgħaddi żmien bejn wieħed u ieħor minn meta ssir l-applikazzjoni sakemm l-individwu jibda jingħata l-benefiċċju?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-informazzjoni mitluba rigward talbiet għall-Benefiċċju tal-Korriment fuq ix-Xogħol huwa kif ġej: · 2012 – 3,053 talba; · 2013 – 3,056 talba; u · 2014 – 3,193 talba. Iż-żmien tal-ħlas minn meta ssir it-talba sal-pagament jiddependi minn jekk l-applikant jirritornax għax-xogħol fi żmien 10 t’ijiem mid-data tal-korriment jew le. Jekk l-applikant jirritorna għax-xogħol qabel 10 t’ijiem mid-data tal-korriment, u javża b’dan lis-sezzjoni kkonċernata, il-pagament dovut jinħareġ bejn 10 u 15–il jum mid-data tal-applikazzjoni. Jekk l-applikant javża lid-dipartiment li ma daħalx lura għax-xogħol minħabba l-korriment, u dan permezz ta’ tweġiba puntwali għall-Avviż NI-134, ikun jeħtieġ li jidher quddiem bord mediku tad-Dipartiment tas-Siġurta Soċjali biex dan jagħti parir jekk l-istess applikant ikunx tajjeb għax-xogħol jew le. F’każi bħal dawn, jekk il-bord mediku isib li l-applikant ikun għadu mhux tajjeb għax-xogħol; bejn in-notifika: 1. tal-avviż NI-134; 2. l-appuntament għall-bord mediku; 3. d-deċiżjoni tal-istess bord; u 4. l –avviż tal-ħlas dovut; Sal-pagament dovut; jgħaddu minn erba’ sa sitt ġimgħat dejjem jekk ma jkunx hemm intoppi ta’ notifika u attendenza mill-applikant għall-eżami tal-bord mediku.

Pensjoni tal-Wens u Għajnuna Soċjali għall-carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna qiegħda attwalment tieħu l-pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers? Jista’ jgħid kemm minnhom huma ġuvintur, xebbiet, romol u separati?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ persuni li jirċievu pensjoni tal-wens huwa ta’ 113 filwaqt li 283 persuna jirċievu social assistance carers. Ir-risposta għall-aħħar parti tal-mistoqsija hija kif jidher hawn taħt : Ghajnuna Socjali - Carers (SAF) Females Males Total SINGLE 164 105 269 LEGALLY SEPARATED 6 4 10 DIVORCED 0 0 0 DE FACTO SEPARATED 4 0 4 Total 174 109 283 Pensjoni tal-Wens Females Males Total SINGLE 51 52 103 LEGALLY SEPARATED 2 6 8 DIVORCED 0 2 2 Total 53 60 113

Pensjoni tal-Wens u Għajnuna Soċjali għall-Carers

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk mara miżżewġa li tgħix fid-dar matrimonjali ma’ żewġha, iżda ddur b’ommha jew missierha li tgħix jew jgħix mal-konjugi, hijiex intitolata għall-pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li persuni miżżewwġa mhumiex intitolati għal pensjoni tal-wens jew għajnuna soċjali għall-carers (SAC). Sabiex tkun intitolata għal dawn il-benefiċċji, persuna trid tkun xebba jew guvni, armla jew persuna separata li mhux qed irabbu tfal u jkunu qed jieħdu ħsieb persuna li tiġi minnu kif stabbilit fil-liġi tas- Sigurta` Soċjali. Dawn il-benefiċċji huma means tested .

Għotja tal-ħalib għat-trabi — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il persuna bħalissa qed tingħata l-għotja tal-ħalib (MG) għat-trabi? Jista’ jgħid jekk hemmx applikazzjonijiet pendenti u kemm huma dawn l-applikazzjonijiet pendenti? Jista’ jgħid jekk hemmx appelli pendenti u kemm huma dawn l-appelli?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi persuni li qed jitħallsu l-għotja tal-ħalib (Milk Grant) bħalissa jammonta għal 32. Applikazzjonijiet pendenti hemm 18. Dan il-benefiċċju mhux appellabbli.

Awtorità tad-Djar – l-Iskema Kiri

Question

B’referenza għall-Iskema Kiri, jista’ l-Ministru jgħid għaliex din l-iskema għadha magħluqa meta l-Ministru ta’ qablu f’Ġunju 2013 kienet qalet li din l-iskema hija sospiża sakemm il-Bord tad-Diretturi tal-Awtorità tad-Djar jfassal l-istrateġija ġdida fuq il-qasam tal-housing? Jista’ l-Ministru jgħid jekk din l-istrateġija ġietx imfassla u lesta u jgħid ukoll jekk ġiex deċiż meta ser terġa’ tinfetaħ din l-iskema?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-Iskema Kiri kienet magħluqa fl-2012 u l-Ministru ta’ qabel issosspenda l-iffirmar tal-kuntratti mas-sidien li kienu applikaw taħt din l-iskema. Fil-fatt, wara Ġunju 2013, l-Awtorità tad-Djar kompliet b’din l-iskema billi ġew iffirmati l-kumplament ta’ dawn il-kuntratti.

Skema Sir Sid Darek — applikazzjonijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikazzjonijiet saru fis-sena 2014 għall-iskema Sir Sid Darek? Jista’ jgħid kemm minnhom ġew aċċettati u pproċessati u kemm minnhom għadhom pendenti?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul is-sena 2014, l-Awtorità tad-Djar irċeviet 542 applikazzjoni taħt l-iskema Sir Sid Darek, u kull applikazzjoni bdiet tiġi pproċessata. Minn dawn l-applikazzjonijiet jirriżulta li: - 89 ma ġewx aċċettati; - 35 kienu rtirati mill-applikanti; - 108 jinsabu fil-proċess sabiex l-Awtorità tingħata l-permess li tipproċedi bil-bejghħ mid-Dipartiment tal-Propjeta’ tal-Gvern - 220 jinsabu fil-proċess ta’ kejl tal-post u valutazzjoni - 90 jinsabu fil-proċess ta’ konvenju jew kuntratt. Minbarra dawn l-applikazzjonijiet, fis-sena 2014 l-Awtorità tad-Djar ipproċessat u iffinalizzat ukoll 169 applikazzjoni oħra li kien hemm minnhom li kienu ilhom pendenti saħansitra mis-sena 2011.

Anzjani — Ċentri ta’ Matul il-Jum– tibdil fit-tmexxija

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 10669, jista’ l-Ministru jgħid x’kienet l-esiġenza tas-servizz li għaliha ġiet trasferita l-office in charge li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Għaliex din l-officer in charge ma ngħatatx l-inkarigu li tuża l-esperjenza biex tmexxi ċentru ieħor meta infetħu ċentri ġodda u meta hemm ċentri li jaqsmu officer in charge?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-preżent l-esiġenzi tas-Servizz Pubbliku f’ San Vincenz de Paule huma prijorità.

Awtorità tad-Djar – sejħiet interni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13805, jista’ l-Ministru jelenka wieħed wieħed x’inhuma t-23 sejħa interna li ħarġet l-Awtorità tad-Djar? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tad-Direttiva 7 maħruġa mill-PPS f’Jannar 2014 li qed jirreferi għaliha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi r-risposta ser tingħata f'seduta oħra.

Awtorità tad-Djar – sejħiet interni

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13805, fejn il-Ministru qal li għad-Deputy CEO u support service assistants hemm bżonn li jinġiebu l-permessi kollha meħtieġa mis-sezzjoni tar-Riżorsi Umani tal-Ministeru u tal-PAHRO, filwaqt li fir-risposta għall-mistoqsija parlamentari 13806, il-Ministru qal li hija prerogattiva tal-Awtorità tad-Djar, jista’ l-Ministru jgħid liema hija l-verżjoni t-tajba u jikkonferma jekk il-permessi kollha, inkluż tal-PAHRO, inħarġux?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li għas-sejħiet ta’ Deputy CEO u Support Services Assistants, l-Awtorità tad-Djar talbet u ġabet il-permessi kollha meħtieġa sabiex dawn is-sejħiet interni jkunu jistgħu jinħarġu. Madanakollu, nixtieq nerġa intenni li hija l-prerogattiva tal-Awtorità tad-Djar x’rekwiżiti u xi kwalifiki titlob sabiex jimtlew is-sejħiet maħruġa minnha.

Applikazzjoni għal akkomodazzjoni soċjali – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid f’liema stadju waslet l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali bin-numru li qiegħed jingħata separatament? Jista’ jara li din l-applikazzjoni tingħata l-attenzjoni li jixirqilha u dan peress illi l-applikazzjoni ilha li saret u l-familja qiegħda tbati fiċ-ċirkostanzi li qiegħda fiha?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni tal-persuna kkonċernata qed tingħata l-attenzjoni meħtieġa u qed tiġi kkunsidrata flimkien ma’ oħrajn bħalha.

Social Assistance Carer — każ ta' individwu

Question

Jista' l-Ministru jara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament rigward każ ta' social assistance carer?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-każ imsemmi kien għadu għaddej ix-xogħol fuqu peress li kien hemm investigazzjoni dwar kapital li issa ġiet konkluża wara li pprovda d-dokumenti meħtieġa. It-talba għal Social Assistance Carer issa għaddiet sabiex tiġi deċiża minn Panel Mediku.

Dar tal-Anzjani tal-Mosta — direttiva/ordni lir-residenti

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le jekk fid-Dar tal-Anzjani tal-Mosta kienx hemm xi direttiva jew ordni lir-residenti sad-9 ta' filgħaxija iridu jkunu inġabbru fil-kmamar rispettivi tagħhom minkejja x-xewqa ta' uħud minnhom li jibqgħu fil-common/tv room tal-istess dar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħataw ebda struzzjonijiet b’mod ġenerali kif qed jingħad. Madankollu kien hemm residenta li ngħatat dawn l-istruzzjonijiet fuq raġunijiet personali.

Persuni li tnaqqsilhom il-benefiċċju soċjali

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma li hemm każijiet ta’ persuni li kienu fuq il-benefiċċju soċjali u wara li ġew aċċettai għall-kors fl-Università u kwalifikaw għal stipendju mill-Student Maintanance Grant Board għaliex propju qegħdin fuq benefiċċji soċjali, issa qed jitnaqqsulhom l-benefiċċji soċjali għaliex qed jieħdu l-istipendju? Kemm hemm minn dawn il-persuni? Jista’ jgħid x’inhi l-politika tal-Gvern fir-rigward ta’ każijiet simili?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-proċedura kienet u għadha li ġuvni jew xebba li jkunu qed jieħdu l-Għajnuna Soċjali u bdew kors full time f’istituzzjoni edukattiva jkollhom l-istipendju mnaqqas mill-benefiċċju. Mill-banda l-oħra, single parent bit-tfal taħt it-23 sena, li tidħol għal kors full time ma jkollhiex l-istipendju mnaqqas mill-benefiċċju. Mhux possibbli li jingħata n-numru eżatt ta’ persuni li qed jattendu kors full time u jirċievu l-benefiċċju għaliex fid-database ma humiex distinti mill-benefiċjarji l-oħra. Bħalissa d-Dipartiment tas-Sigurta` Soċjali għaddej b’diskussjoni mal-Ministeru tal-Edukazzjoni dwar it-twettiq ta’ wegħda oħra fil-programm elettorali tal-Gvern tal-ġurnata li tgħid “Nagħtu l-possibilita` li min jieqaf mix-xogħol jew jispiċċa bla xogħol biex jerġa’ lura għall-istudju post sekondarju u terzjarju, billi nagħtu l-istipendju u jkompli jingħata l-benefiċċju tal-qgħad sħiħ”.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jara li jiġi vverifikat każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward sussidju tal-kera min-naħa tal-Awtorità tad-Djar?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-applikazzjoni għas-sussidju tal-kera tal-persuna li għaliha qegħda ssir referenza ġiet proċessata u approvata. Din il-persuna ffirmat ftehim mal-Awtorita’ tad-Djar fejn hija ser tingħata sussidju ta’ €1,000 fis-sena. Fl-4 ta’ Frar ta’ din is-sena din l-applikanta ntalbet tibgħat l-irċevuti tal-kera sabiex ikun jista’ jinħareġ l-ewwel pagament tas-sussidju. Hekk kif dawn id-dokumenti jaslu l-Awtorita’ tad-Djar, jinħareġ is-sussidju.

Awtorità tad-Djar – Kap Eżekuttiv – position of trust

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13811, jista’ l-Ministru jgħid kif jispjega l-fatt li l-pożizzjoni ta’ Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar hija fuq position of trust meta l-best practice hi li dan il-post joħroġ permezz ta’ call for applications bħalma kien l-aħħar Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar fl-aħħar leġiżlatura?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hija prerogattiva tal-Gvern jekk jaħtarx Kap Eżekuttiv fuq bażi ta’ position of trust jew permezz ta’ call for applications.

Awtorità tad-Djar – sistema ġdida ta’ IT

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13800, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan il-proġett tal-IT fl-Awtorità tad-Djar? Jista’ jgħid x’inhuma t-time frames għall-implimentazzjoni ta’ din is-sistema? Jista’ jgħid x’kienet in-nefqa ta’ flus s’issa relatata ma’ din is-sistema ġdida u kemm hu pproġettat li jiġi jiswa dan il-proġett?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant, illi l-proġett tal-IT fl-Awtorita’ tad-Djar jikkonsisti billi ser tinxtara sistema sabiex timmaniġġja l-propjetajiet u s-servizzi li jingħataw mill-Awtorita’. F’Marzu ta’ din is-sena ser jinbeda x-xogħol biex jinħareġ it-tender li bih tinxtara din is-sistema. Huwa ppjanat li fi ¿mien sena dan il-proċess ikun tlesta biex tibda l-implimentazzjoni. S’issa n-nefqa relatata ma’ din is-sistema kienet ta’ €25,178.41 (VAT inklu¿), u kienet tikkonsisti fi studju dwar il-b¿onnijiet tal-IT fl-Awtorita’ li sar mill-MITA. Huwa stmat li s-sistema tal-Informatika (li jkollha l-moduli ba¿iċi meħtieġa biex l-Awtorita’ tkun tista timmaniġja l-propjetajiet u s-servizzi li jingħataw) tiġi tiswa madwar €300,000.

Awtorità tad-Djar – Coordinator of Social Housing – Revoka

Question

B’referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 13801, jista’ l-Ministru jgħid għalfejn il-post tal-Coordinator of Social Housing ġiet revokata? Jista’ jgħid għalfejn is-servizzi tagħha ma kinux aktar meħtieġa meta din kienet il-coordinator?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-management ħass li ma kienx hemm aktar il-ħtieġa ta’ dan il-post ta’ Coordinator fis-Social Housing.

Awtorità tad-Djar – Executive Heads

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 13812, jista’ l-Ministru jgħid min huma l-erba’ executive heads tal-Awtorità tad-Djar u jgħid ukoll min huma dawk li qegħdin taħt probation, jekk huwa l-każ?

Response (FARRUGIA, MICHAEL)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-erba’ (4) Executive Heads tal-Awtorità tad-Djar huma is-segwenti: 1. Executive Head Schemes & Policies 2. Executive Head Technical Services & Operations 3. Executive Head Social Housing 4. Executive Head Estate Management Executive Head Social Housing u Executive Head Estate Management qegħdin taħt probation.