Legislature:
Category:
Reset
Active:

Kura barra minn Malta

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 8219 u jgħid kemm-il pazjent intbagħat għall-kura barra minn Malta, bejn l-2000 u l-2010? Mingħajr ma jagħti l-ismijiet tal-pazjenti, jista' jindika l-kundizzjoni li għalihom intbagħtu għall-kura?

Response (MIZZI, KONRAD)

In-numru ta’ pazjenti sena b’sena kien. 2000 252 2001 245 2002 230 2003 240 2004 235 2005 255 2006 265 2007 258 2008 279 2009 296 2010 306
Leg 12 PQ #12488 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — bidla fis-sistema tad-drenaġġ

Question

B'referenza għal tweġiba riċenti fejn ingħad li f'San Pawl il-Baħar hu mistenni li jkun hemm ħtieġa ta' bidliet kbar fis-sistema tad-drenaġġ, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar xi preparamenti saru s'issa mill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma u meta hu mistenni li jsiru dawn ix-xogħlijiet?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fl-ebda istant ma ntqal li hemm ħtieġa ta’ bidliet kbar fis-sistema tad-drenaġġ. Li ntqal kien li s-sistema hija antika u qed jiġu kkunsidrati l-alterazzjonijiet meħtieġa sabiex titjieb is-sistema. Fil-preżent il-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma qed tistudja sistemi eżistenti biex tkun tista’ tiddetermina partijiet li għandhom bżonn bdil.
Leg 12 PQ #12489 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq is-Simar - xogħlijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema xogħlijiet huma mistennija jsiru fi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar, għal dak li jikkonċerna s-servizzi ta' ilma u drenaġġ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi l-formazzjoni ta’ Triq is-Simar għadha mhux ifinaliżżata, iżda fil-jiem li ġejjin il-Korporazzjoni għandha tlesti estensjoni ta’ drenaġġ sabiex jiġu eliminati żewġ fosos.
Leg 12 PQ #12512 Sitting 203 2014-11-24 Oral · Final From: CHRIS SAID To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

Mental Health Community Services – lista ta’ stennija

Question

B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12193 u ċjoè li hemm 92 persuna fil-lista ta' stennija biex jirċievu intervent psikoloġiku fil-Mental Health Community Services u 196 tfal fil-lista ta' stennija biex jirċievu intervent psikoloġiku fil-Child Guidance Clinic, jista' l-Ministru jispjega kif il-Gvern ma impjegax persuni ggradwati fil-masters in Clinical Psychology (pre-warrant) li qed jistennew li jinfetħu vakanzi ta' mpjieg, wara li t-taħriġ ta’ dawn l-istess persuni sewa lill-Gvern 'il fuq minn €9,000 kull persuna?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is servizz tal-psikoloġi huwa rikonnexut bħala validissimu u bżonjuż biex tiġi ndirizzata d-domanda għal dan is-servizz f’diversi oqsma. Il-bżonn preżenti fil-Ministeru huwa ta’ Psikologi bil-warrant u mhux ta’ ‘Psychology Assistants’. Infatti l-Ministeru ħa l-passi neċessarji biex sakemm jiġu ngaġġatti aktar psikologi mal-Gvern, tinħareġ sejħa ta’ nteress għas-servizz tal-psikologi li ma jaħdmux mal-gvern, biex dawn joffru numru ta’ sigħat tas-servizz li s-servizzi tas-Saħħa Mentali inkluż iċ-Child Guidance Clinic. Din is-sejħa ħarġet fil-ġimgħat li għaddew u qed tiġi evalwata bl-għan li jkunu jistgħu jiżdiedu s-sigħat tas-servizz.

Gudja – Mobile Kiosk – Compliance Certificate

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-compliance certificate tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar li ġie mogħti lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex l-Enemalta tforni l-elettriku lill-mobile kiosk li hemm fit-triq prinċipali fil-Gudja, biswit il-Kappella ta' Bir Miftuħ?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi f’każ ta’ mobile kiosks dawn ikunu fornuti b’servizz temporanju, f’liema każ, skont l-ARMS Ltd, ma jkollhomx bżonn il-compliance certificate.

Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa – mobile phones mħallsa mill-Gvern

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-informazzjoni għadha qed tinġabar.

Vaċċin tal-HPV

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm idum effettiv il-vaċċin tal-HPV li jingħata lit-tfajliet Maltin?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l- Onor. Interpellant, li studji juru li t-trattament kif qed jinghata lit-tfajliet Malti jibqgha effettiv. Madanakollhu ser nibqghu nistudjaw biex bhal dejjem nimxu mal-evidenza medika.

Vaċċin tal-HPV – follow up

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kull kemm-il sena jrid jerġa’ jittieħed il-vaċċin tal-HPV (wara li jingħata l-ewwel darba) u jekk il-Gvern hux qed jagħmel il-follow-up neċessarju biex il-vaċċin jerġa’ jingħata fil-ħin propizju?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onor. Interpellant li t-tilqima kontra l-HPV bħalissa qed tingħata fi tliet darbiet. It-tieni doża tingħata xahar wara l-ewwel waħda. U t-tielet doża ħames xhur wara t-tieni waħda. Is-Servizz Nazzjonali tat-Tilwim għandu reġistru elettroniku fejn it-tilqim kollu jiġi reġistrat.

Sptar Mater Dei – Hospital Activity Report

Question

B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 11661, minħabba li dan ir-rapport qabel kien jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll minħabba li ma fih l-ebda kontenunt kummerċjali, jista’ l-Ministru jpoġġih fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

R-rapport mitlub fih kontenut ta’ natura kummerċjali.

Sptar Mater Dei – Pazjenti Barranin li jħallsu għal servizzi tas-saħħa

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk in-nazzjonalitajiet li ċ-ċittadini tagħhom huma mitluba jħallsu għal servizzi tas-saħħa meta dawn jiġu rikoverati fl-Isptar Mater Dei?

Response (MIZZI, KONRAD)

Is-servizzi huma offruti b xejn lil: · Ċitadini Maltin; · Ċittadini Ingliżi li jaqaw taħt l-arranġamenti bejn il-Gvern Malti u il-Gvern Ingliż; · Ċittadini Ewropew li jaqaw taħt ir-regolament tal-Unioni Ewropej 883/04; · Ċitadini Awstraljani fl ewwel sitt xhur taż-żjara tagħhom f’Malta; Pazjenti oħra jistgħu ma jintalbux iħallsu minħabba raġunijiet umanitari

Pazjenti barranin — ħlasijiet

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm daħħal ħlasijiet minn pazjenti ta’ nazzjonalità barranija matul is-snin 2012,2013 u fl-ewwel 6 xhur tal-2014? Jista’ jaqsam l-informazzjoni skond il-pajjiżi rispettivi?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob lil Onor. Interpellant jispeċifika liema entità qed jirreferi għaliha.

Pazjenti barranin – Servizzi bi ħlas

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ servizzi li jridu jħallsu għalihom pazjenti ta’ nazzjonalità barranija?

Response (MIZZI, KONRAD)

Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika liem entità qed jirreferi għaliha.

Enemalta – Mobile Police Station – compliance certificate

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk il-Korporazzjoni Enemalta ġietx fornuta bil-compliance certificate tal-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar biex tkun tista' tagħti l-provvista tal-elettriku għall-Mobile Police Station li għadu kemm tpoġġa f'Wied il-Għajn? Jekk iva, jista’ jqiegħdu fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-post imsemmi għandu servizz temporanju u l-ARMS imxiet skont il-peoċeduri biex jingħata servizz temporanju.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm se jiġu ingaġġati infermiera barranin fit-12-il xahar li ġejjin? Jista’ jagħti n-nazzjonalitajiet tal-infermiera li qed jiġu ppjanati li jiġu ingaġġati?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-Ingagg ta’ infermiera godda ser isir wara diskussjonijiet mal-istakeholders kollha, skond l-esigenzi tas-servizz.

Ingaġġ ta’ infermiera barranin — għażla

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kif qed jintgħażlu l-infermiera barranin u jagħti d-dettalji ta’ kif qed jiġu ingaġġati?

Response (MIZZI, KONRAD)

L-infermiera qed jintazlu skond il-proċess stipulat mill-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, fejn bord ta’ għazla, approvat mill-Kummissjoni, għamel intervisti fuq kriterji approvati mill-istess Kummisjoni.

Servizz tal-IVF

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji xjentifiċi li fuqhom hija bbażata l-kundizzjoni li mara li hija taħt il-25 sena jew li għalqet it-43 sena ma tistax tagħmel użu mis-servizzi tal-IVF, anke fil-privat?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li meta saru dawn il-kriterji ghall-eligibilta ghas-servizzi tal-IVF, dawn kienu bbazati fuq il-linji gwida ta National Institute for Health and Care Excellence (NICE - Nru 156 tas-sena 2003) tal-Ingilterra b’differenza li fis-settur publiku f’Malta nisa li qabzu l-erbghin sena inghataw c-cans ta’ zewg cicli minflokk wiehed bhal fl-Ingilterra. Wara konsulktazjoni mal-esperti klinici fil-qasam koncernat, gie deciz li l-eta minima gie stabilita bhalha 25 sena minflok 23 sena.

IVF — diskriminazzjoni

Question

Jista l-Ministru jgħid jekk iqisx li hija diskriminazzjoni li mara li tista' toħroġ tqila f’età ta’ aktar minn 43 sena, ma tingħatax permess għal użu tas-servizz tal-IVF, anke jekk l-ormoni tagħha juru li hi għandha ċans raġonevoli li toħroġ tqila?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li skont esperti klinici f’dan il-qasam, is-success ta’ dan is - servizz f’nisa l-fuq minn 43 sena huwa baxx, possibilment anqas minn hamsa fil-mija. Ir –rati ta’ kumplikazzjonijiet jizdiedu ukoll. Dan hu rrispettivament mil-profil tal – ormoni tal-mara.

Servizz tal-IVF — kriterji

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux jikkunsidra li l-kriterji għas-servizz tal-IVF għandhom ikunu bbażati fuq l-istat ormonali tal-mara flok fuq l-età?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma l-Onorevoli Interpellant li ser inkunu qed nimxu, bhal dejjem mal-evidenza medika.

Proċess tal-IVF — permess

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x'inhu x-xogħol involut mill-Awtoritá biex jingħata permess lil koppja għal proċess tal-IVF jew vitrifikazzjoni li jiġġustifika t-talba tal-miżata ta’ €90 kull darba li jsir il-proċess?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lil Onorevoli Interpellant li l-Mizata ta' Euro90- imhallsa mis-Service Provider lil Awtorita ghal Protezzjoni tal-Embrijun ma ghandiex x'taqsam mal-permess li jinghata lil Koppja ghal process tal-IVF. Kif stipulat fil-Protokoll impoggi fuq il-mejda ta' din il-Kamra f'Ottubru li ghadda, din il-mizata hija ghal process ta' regolamentazzjoni u spezzjoni. Nikkwota: “The EPA does not charge individual patients for fertility treatment. Service Providers of Centres both public and private, pay a fee to the EPA towards the costs of being regulated and inspected.”
Leg 12 PQ #12233 Sitting 201 2014-11-18 Oral · Final From: ĊENSU GALEA To: Ministeru għall-Enerġija u s-Saħħa

San Pawl il-Baħar — Triq San Pawl il-Baħar - drenaġġ

Question

Jista' l-Ministru, permezz tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma, jinvestiga x'inhi r-raġuni li għaliha d-drenaġġ qed joħroġ fuq il-wiċċ tat-triq, fi Triq San Pawl, kantuniera ma' Triq San Pawl il-Baħar (St. Paul's By the Sea street), San Pawl il-Baħar? Jista' jieħu l-passi neċessarji biex dan il-fawran ma jibqax isir?

Response (MIZZI, KONRAD)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn investigazzjonijiet li saru fuq il-post irriżulta li dan kien leak mill-mejn tal-ilma qrib il-kaptell tad-drenaġġ u mhux fawran ta’ drenaġġ. It-tiswijiet meħtieġa saru minnufih.