Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7054 Sitting 106 1999-05-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' l-arranġamenti għall-aħħar esportazzjoni ta' 600 tunnellata patata Sante? Jekk mhuwiex f'pożizzjoni li jpoġġi dan l-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra, jista' jinformani bl-arranġament konfidenzjalment?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numri 1114, 344 u 2501. Ma dana kollu, qed inpoġġi kopja tal-arranġament fuq il-Mejda tal-Kamra. Infakkar lill-Onor. Interpellant li fi żmienu hu ma kienx jagħti din il-faċilita.
Leg 9 PQ #7029 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta ntużaw għall-ewwel darba l-jumbo bags u l-palettes għall-esportazzjoni tal-patata fil-packing station f'Ta' Qali?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposti għall-mistoqsijiet parlamentari numru 672 u 5925.
Leg 9 PQ #7030 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Patata — Esportazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinformani meta beda/nfetaħ u għalaq l-istaġun tal-proċess tal-grading għall-esportazzjoni tal-patata għas-snin 99, 98, 97, 96 u 95? Jista' wkoll jagħti breakdown ġurnata b'ġurnata kemm ġiet graded patata? Jista' wkoll jagħti informazzjoni dwar kemm kienet ir-rata tal-kambju fis-snin imsemmija dejjem eskluża din is-sena?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #6999 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Birkirkara — Triq is-Santwarju - Siġar

Question

Jista' l-Ministru jara li s-siġar fi Triq is-Santwarju, f'Birkirkara jiġu miżbura għaliex qed joħolqu inkonvenjent lir-residenti?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onorevoli nterpellant li r-responsabbilita tas-siġar li hemm fi Triq is-Santwarju f'Birkirkara hija tal-Kunsill Lokali.
Leg 9 PQ #7016 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Gonna pubbliċi

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6852?

Response (ZAMMIT, NINU)

B'referenza għall-mistoqsija dwar xogħolijiet ġodda li qed isiru mill-Urban & Rural Landscaping fl-inħawi tar-Rabat saru żewġ komunikazzjonijiet bejn l-Urban & Rural Landscaping u l-Kunsill ix-xahar ta' Marzu, biss s'issa għad ma ngħatat l-ebda konferma mill-Kunsill biex ikun jista' jsir dan ix-xogħol.

Ministeru tal-Biedja u Sajd — Karozzi mpressed

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iddaħħlu karozzi impressed fid-dikasteru tiegħu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum? Kemm karozzi mpressed ġew trasferiti għad-dekasteru tiegħu minn dipartimenti oħra?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta tingħata f'xi seduta oħra.

Agrikoltura u Sajd — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (ZAMMIT, NINU)

Mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda mad-dipartimenti w entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi.
Leg 9 PQ #6963 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Tiġieġ — Importazzjoni

Question

B'riferenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari numru 6638, fejn il-Ministru wieġeb li jiena meta kont ministru eżentajt 10.75 tunellati ta' tiġieġ importati, jista' l-Ministru jinformani jekk huwiex qed jirreferi għall-arranġamenti li ntlaħqu mal-KFC u proċessur lokali? Jekk le, jista jinformani x'kienet in-natura ta' dan l-arranġament u ċioe' jekk ir-rakkomandazzjoni kenitx konformi mal-liġijiet u regolamenti/avviżi legali ta' pajjiżna li jirrigwardaw l-eżenzjoni ta' levy?

Response (ZAMMIT, NINU)

'Iva'
Leg 9 PQ #6973 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Pjanti — Tqassim ta' pjanti

Question

Peress li kienet bdiet inizjattiva sabiex fil-mużewijiet nazzjonali jintbagħtu pjanti dekorattivi miċ-ċentru tal-micropropagation, jista' l-Ministru jinformani jekk din il-prattika għadhiex fis-sehh? Jekk iva, kemm tqassmu pjanti fil-mużewijiet? X'tip u meta? Jekk le għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-inizjattiva kienet minn naħa tad-Dipartiment tal-Mużewijiet li talbu numru ta' pjanti. Kienu ngħataw 105 begonias, 45 ferns u 50 philodendron fl-4 ta' Frar 1998. Minn dak in-nhar ma kienx hemm talbiet oħra biex jingħataw aktar pjanti.
Leg 9 PQ #6976 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tat-tiġieġ — Regolamenti

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, jista' l-Ministru jinformani fuq liema kriterji huwa qed ikompli fuq l-istess prattika li sab għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji qabel il-5 ta' Settembru 1999?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li skond informazzjoni li għandi il-gaġġeġ kollha tat-tiġieġ f' Malta u Għawdex ġew kollha mpurtati mill-Ingilterra jew l-Olanda jew mill-Ġermanja. Dawn huma kollha pajjiżi fl-Unjoni Ewropeja u jaddottaw kriterji u direttivi ta'l-istess Unjoni. Malta la kellha u lanqas għandha kriteriji tagħha speċifiċi għar-rigward tad-daqs tal-gaġġeġ/batteriji tat-tiġieġ.
Leg 9 PQ #6977 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Industrija tat-Tiġieġ — Regolamenti

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6646, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bir-regolamenti attwali ta' l-UE għal din l-industrija u ċioe' jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tagħhom?

Response (ZAMMIT, NINU)

L-informazzjoni mitluba tingħata aktar tard wara li tinġabar mid-dokumenti ta'l-UE.
Leg 9 PQ #6931 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Sussidju fuq sigurta' soċjali — Reġistrazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm kien in-numru ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li rreġistraw għas-sussidju fuq is-sigurta' soċjali skond is-sejħa riċenti tad-dipartimenti konċernati?

Response (ZAMMIT, NINU)

Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li l-perjodu ta' reġistrazzjoni ġie estiż sal-14 ta' Mejju 1999, għaldaqstant mhux possibli nkunu nafu kemm kien in-numru totali ta' bdiewa, raħħala u sajjieda li rreġistraw għas-sussidju qabel ma jinġabru l-applikazzjonijiet kollha.
Leg 9 PQ #6959 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Rapport

Question

B'referenza għar-rapport li qed jintbagħat separatament ma' din il-mistoqsija parlamentari, jista' l-Ministru jinformani jekk id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura għamilx kuntatt sabiex jiġbor l-informazzjoni li forsi tista' tkun utli ħafna?

Response (ZAMMIT, NINU)

Il-prodott imsemmi 'Feiligao' huwa wieħed mill-ħafna fertilizers, pestiċidi etċ., ġodda li jidhru fis-suq internazzjonali minn żmien għal żmien li jagħtuk x'tifhem li jagħmlu l-'mirakli'. Id-Dipartiment ta' l-Agrikoltura ser jipprova jakwista 'sample' sabiex jiġi pprovat flimkien ma prodotti oħra.
Leg 9 PQ #6960 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Wied Inċita — Ħażna ta' ħamrija

Question

Peress li kienet tnadfet area f'Wied Inċita ħalli d-Dipartiment ikun jista' jaħżen il-ħamrija sabiex wara jqassamha lill-bdiewa, jista' l-Ministru jinformani jekk baqgħetx tiġi prattikata din is-sistema? Jekk iva, min huma l-uffiċjali responsabbli? Jekk le, għaliex?

Response (ZAMMIT, NINU)

Is-sistema ta' tqassim ta' ħamrija minn Wied Inċita baqgħet tiġi pprattikata mill-uffiċċjal il-ġdid inkarigat b'responsabbilta ta' Wied Inċita u kif ukoll tat-tqassim tal-ħamrija. Dan l-uffiċjal huwa s-Senior Agricultural Foreman, is-sur Emmanuel Micallef. Mindu ġie nkarrigat minn din ir-responsabbilta f'Diċembru li għadda tqassmu 3,423 metri kubi ta' ħamrija lill-bdiewa f'diversi lokalitajiet.
Leg 9 PQ #6922 Sitting 101 1999-05-18 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Rabat — Malta - Gnien Rikreattiv

Question

B'riferenza għas-somma li kien ivvota l-Kunsill Lokali tar-Rabat sabiex is-sezzjoni Urban and Rural Landscaping tagħmel ix-xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv fl-inħawi tan-Nigret, ir-Rabat, Malta, jista' l-Ministru jinformani jekk il-Kunsill tar-Rabat għadux jiggarrantixxi l-istess somma lid-dipartiment illum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ma saru l-ebda talbiet mill-Kunsill Lokali tar-Rabat lill-Urban & Rural Landscaping biex isiru xogħolijiet inkonnessjoni ma ġonna rikreattivi fl-inħawi tan-Nigret. Għaldaqstant m'aħniex f'posizzjoni li nagħtu nformazzjoni dwar x'bi ħsiebu jagħmel bil-fondi il-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Leg 9 PQ #6868 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Dipartiment ta' l-Agrikoltura — Għajnuna mill-gvern Indjan

Question

Jista' l-Ministru jinformani x'ġara mill-għajnuna li l-gvern Indjan kien ta lid-Dipartiment ta' l-Agrikoltura sabiex jagħmel landscaping b'karatteristika Indjana? Fejn se jitħawlu dawn il-pjanti? F'liema triq/bypass, eċċ?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6869 Sitting 99 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Urban Rural Landscaping

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hu n-numru ta' talbiet li l-Urban Rural Landscaping resqet quddiem l-Awtorita' ta' l-Ippjanar sabiex jiġu rranġati roundabouts u jsiru xogħlijiet oħra ta' landscaping f'diversi nħawi ta' Malta u Għawdex matul il-perijodu mill-5 ta' Settembru, 1998 sal-lum?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #6688 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

UE — Gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ

Question

Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-proposti li qed jiġu diskussi fil-mument fl-UE sabiex ir-regolamenti u l-kondizzjonijiet tad-daqs tal-gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ jinbidlu fis-sena 2000?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħalissa mhumiex jiġu diskussi kundizzjonijiet ta' daqs ta' gaġeġ/batteriji tat-tiġieġ ma l-UE. Biss ninforma lill-Onor. Interpellant li Malta bħala membru tal-Council of Europe u bħala firmatorja tal-Konvenzjoni tat-trobbija ta' l-Annimali trid 'il quddiem tirregola ruħha ma din il-Konvenzjoni. Nirriferi lill-Onor. Interpellant għall-risposta ta' PQ 6616.
Leg 9 PQ #6796 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Laħam tal-majjal

Question

Jista' l-Ministru jkompli jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 6126?

Response (ZAMMIT, NINU)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li ġie investigat l-ilment tiegħu mat-terzi persuni li taw l-informazzjoni lid-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju u dawn issa kkonfermaw li l-informazzjoni għall-1995 għanda taqra hekk: Sena Valur Prezz Medju 1995 Lm6.9M 81c5
Leg 9 PQ #6852 Sitting 98 1999-05-17 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għall-Agrikoltura u Sajd

Ġonna Pubbliċi

Question

Peress li kienu bdew isiru numru ta' ġonna kordinati bejn il-ħaddiema ta' l-Urban and Rural Landscaping tad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u l-kunsilli lokali bħal fil-każ tar-Rabat Malta, fejn saru xogħlijiet fl-Imtarfa, il-Baħrija u r-Rabat u kienu fil-fatt bdew diskussjonijiet sabiex kif jitlestew dawn ix-xogħlijiet jibdew ix-xogħlijiet fuq il-ġnien rikreattiv f'Għajn Qajjed u l-Kunsill tar-Rabat kien alloka s-somma ta' flus sostanzjali għal dan il-proġett, jista'l-Ministru jinformani mill-5 ta' Settembru 'l hawn kemm saru laqgħat u preparamenti sabiex dan ix-xogħol jitkompla għall-benefiċċju tar-residenti tan-Nigret u Għajn Qajjed?

Response (ZAMMIT, NINU)

Risposta għal din il-mistoqsija tingħata f'seduta oħra.