Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12632 u jgħid kemm qed tħallas il-MITTS f'kera għall-bini li tokkupa għall-ħidmiet tagħha kull sena? Liema huwa dan il-bini u x'kobor jinvolvi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li n-nefqa fuq kera tal-uffiċini li tokkupa l-MITTS Ltd. għall-ħidmiet tagħha huwa ta' Lm148,662.54 VAT eskluż, fis-sena. Dan huwa għall-parti kbira mill-bini ta' Gattard House, fi Triq Nazzjonali, Blata l-Bajda. Dan ikopri medda ta' 4,471 metri kwadri.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12631 u jikkonferma li l-MITTS se tiċċaqlaq mill-bini preżenti u se tmur f'Villa Portelli, il-Kalkara?
Jista' il-Ministru jgħid kemm ivvjaġġaw persuni bis-servizz tal-helicopter bejn Malta u Għawdex f'April 2004 u April 2005? Jista' jagħti l-istatistika bi breakdown għal dawk li jivvjaġġaw bir-rata speċjali għall-Għawdxin u r-rata normali?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12526 u jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, baqa' jiġi għoli ħafna wara li l-istess familja biddlet il-meter tad-dawl u ħadet il-passi neċessarji meħtieġa?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li minn investigazzjoni li saret mill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma fl-24 ta' Mejju 2005, irriżulta li l-konsumatur kellu leakage fil-flushing.
Għalkemm il-konsumatur hu responsabbli għal din il-ħela ta' l-ilma, l-każ tiegħu se jiġi mgħoddi lil Advisory Board intern tal-Korporazzjoni biex jikkonsidra jsirx roħs biex il-konsumatur ma jsofrix tbatija żejda.
Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra r-rapport tas-sotto kumitat tad-dixxiplina u l-korporazzjoni Enemalta dwar il-każ ta' l-akkużi kontra t-tliet inġinera tal-korporazzjoni ta' l-Enemalta li kienu involuti fil-każ riċenti taċ-ċilindri tal-gass li ntqal li kienu difettużi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tinghata f'xi seduta ohra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12765 u jara kif il-persuna li dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, għadha qiegħda tirċievi l-kont tad-dawl u l-ilma bl-indirizz l-antik tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li l-kontijiet baqgħu jinħarġu f'isem il-persuna indikata minħabba li l-Korporazzjoni qatt ma ġiet infurmata li dan l-individwu kien biegħ il-propjeta lil terzi persuni. Il-propjeta' bidlet l-idejn tlett darbiet mill-1997 l'hawn. Fl-24 ta' Ġunju 2003, it-tlett partijiet, imlew bejnithom il-formola li tirreġistra l-bidla fl-isem tal-konsumatur. Kien hawnhekk illi l-Korporazzjoni saret taf u ħadet ħsieb taqsam il-kontijiet kif kien meħtieġ, jiġifieri mid-data tal-kuntratt li kienet is-26 ta' Marzu 1997.
Il-persuna ndikata mhux ser tibqa' tirċievi aktar il-kont ta' dan il-post, peress illi dan ġie rreġistrat fuq ix-xerrej.
Investiment, Industrija u Teknoloġija ta' l-Informazzjoni — Diretturi
Question
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 12695, niċċara li qed nirriferi għal diretturi fis-servizz pubbliku, għal ri-appointments li saru din is-sena u għal dawk li ma ġewx riappuntati din is-sena. Għaldaqstant, jista' issa l-Ministru jirrispondi din id-domanda?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li matul l-aħħar sena ma ġie riappuntat l-ebda Direttur.
Fl-istess żmien ma ġiex riappuntat id-Direttur tas-Servizzi Korporattivi.
Kontijiet tad-dawl u l-ilma — Skejjel governattivi
Question
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu l-iskop li l-kontijiet tad-dawl u l-ilma bdew jintbagħtu fl-iskejjel governattivi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li ma ntbagħtu ebda kontijiet fi skejjel governattivi iżda bi żvista ntbagħtu rċevuti. Dawn is-soltu jintbagħtu lid-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 11966, jista' il-Ministru jinnota li l-inħawi msemmija ma jaqgħux taħt il-kunsill lokali? X'passi se tieħu l-Enemalta biex tipprovdi d-dawl meħtieġ?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm qiegħed jamministra fondi mill-Unjoni Ewropea l-Ministeru tiegħu, sija pre-accession u accession funds?
Kemm entitajiet, awtoritajiet, aġenziji jew nies taħt id-dekasteru tiegħu qed jibbenefikaw minn dawn il-fondi? Għal liema proġetti jew inizjattivi qed jintużaw dawn il-fondi?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħid fin-negozjati li qed isiru mal-Grimaldi jekk din is-soċjeta' hix ser ikollha taderixxi mal-PSO (public service obligation) li s-soċjeta' Sea Malta għandha mal-Gvern? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti dettalji?
Response (GATT, AUSTIN)
Minħabba l-"confidentiality agreement" ma tistax tingħata l-informazzjoni mitluba. L-informazzjoni kollha tkun tista' tingħata darba jispiċċaw id-diskussjonijiet.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar in-negozjati li qed isiru mas-soċjeta' Grimaldi, x'ser ikun hemm provdut dwar il-ħaddiema tas-soċjeta' Sea Malta, anke dwar il-cadets li hemm assenjati mas-Sea Malta?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12885.
Jista' il-Ministru jagħti dettalji dwar in-negozjati u dwar x'qed toffri s-soċjeta' Grimaldi, ngħidu aħna jekk hemmx xi provvedimenti dwar bunkering jew xi xogħol relatat mal-Malta drydocks?
Response (GATT, AUSTIN)
Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 12885.
Jista' il-Ministru jgħid kemm għandha dejn is-soċjeta' Sea Malta, liema dejn huwa rikonoxxut mill-istess soċjeta'?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li skond l-aħħar Audited Financial Statement, u cioe' għas-sena li għalqet fil-31 ta' Marzu 2003, in-"net current liability " tas-Sea Malta dak iż-żmien kien Lm3,003,415. Peress illi fis-sentejn ta' wara l-kumpanija reġistrat telf hu mistenni li l-pożizzjoni llum hi agħar minn hekk.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12621, u jgħid għaliex fl-utilities topic paper maħruġa mill-MEPA madwar sentejn ilu kien hemm indikat li l-istorage eżistenti f'Ħas-Saptan kien biżżejjed biex issir ir-relocation tat-31st March depot u issa saret applikazzjoni ta' estensjoni għall-ħażna akbar ta' fuel f'dan il-post? Jista' jagħti r-raġunijiet għaliex l-Enemalta dan l-aħħar biddlet il-pjani tagħha?
Response (GATT, AUSTIN)
Waqt li nitlob lill-Onor. Interpellant jistaqsi lill-MEPA għaliex għamlet id-dikjarazzjoni ċitata minnu, ninfurmah illi l-Enemalta ma biddlet ebda pjan iżda trid issib alternattiva għall-impjant eżistenti f'Birżebbuġia.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12576, u jgħid jekk sarux laqgħat mal-MEPA dwar il-proposta biex jiġi rilokat it-31st March depot? Jekk iva, jista' jgħid x'kien l-eżitu ta' dawn il-laqgħat? Kien hemm xi siti proposti li l-MEPA qablet fuqhom?
Response (GATT, AUSTIN)
Jiena nfurmat li ma saru l-ebda laqgħat bejn l-Enemalta u l-MEPA dwar il-proposta biex jiġi rilokat it-31st March depot.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12574, u jgħid jekk fil-proċess ta' l-għeluq tat-31st March depot l-Enemalta ikkunsidratx is-siti alternattivi li kienu ġew proposti fil-Marsaxlokk bay local plan, jiġifieri fil-Freeport jew f'Fort Benghajsa?
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12575, u jgħid jekk sarx xi studju mill-Enemalta dwar siti alternattivi għat-31st March depot? Jekk iva, jista' jippreżenta kopja fuq il-mejda tal-Kamra?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 12527 u ġentilment jinvestiga għaliex il-kont tad-dawl u l-ilma ta' familja ta' tnejn min-nies li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament, ġie għoli ħafna madwar Lm160?
Response (GATT, AUSTIN)
Ninsab infurmat li wara investigazzjoni li saret mill-ħaddiema tal-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma, irriżulta li l-konsumatur kien qiegħed jilmenta fuq il-kont ta' l-ilma.
F'Settembru tal-2004, kien irriżulta li kien hemm leak fil-kantina tal-konsumatur u sabiex tkun evitata tbatija żejda l-Advisory Board intern tal-Korporazzjoni naqqas Lm634.79 mill-kont tal-konsum ta' bejn Mejju 2004 u Settembru 2004. L-Onor Interpellant japprezza li l-Korporazzjoni ma kellha ebda obbligu legali li tagħti dan ir-roħs.
Barra minn dan se jittieħdu passi biex il-meter ta' l-ilma jinbidel.
Ta' min jinnota li l-konsumatur għandu diversi arretrati u għandu ftehim mal-Korporazzjoni biex iħallas pagamenti akkont kull xahar.