Jistgħu jittieħdu passi biex it-toilets tal-Qorti jinżammu ndaf bi standard ta' iġene ferm aħjar milli huma fil-preżent?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-toilets pubbliċi fil-Qrati jitnaddfu assidwament mill-inqas tlett darbiet kuljum.
Irid jingħad ukoll li huma ħafna n-nies li jippattroċinjaw dan il-lok li sfortunatament mhux dejjem jirrispettaw ir-regoli ta' l-iġene.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid liema huma s-suġġetti mgħallma fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin qed jingħata tagħlim fuq suġġetti varji bħal Malti, Ingliż, Taljan, Spanjol, Matematika, Computer, Filosofija u Lifeskills kif ukoll Logħob tac-Chess. Jingħata ukoll taħriġ fis-sengħa ta' electrician u xogħol tal-fuħħar.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm għalliema fil-Faċilita’ Korrettiva ta' Kordin?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent, fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin hemm tmien għalliema part-time u ieħor volontarju, kif ukoll ko-ordinatur għal din is-sezzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jara li jittieħdu passi dwar il-prostituti li jkunu qed jitlajjaw f'Garden Street, Gżira b'inkonvenjent għar-residenti tal-lokal?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Pulizija regolarment tagħmel u ser tkompli tagħmel spezzjonjiet, fost l-oħrajn fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, minn fejn tressqu diversi persuni fuq tlajjar għal skop ta' prostituzzjoni.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hemmx xi pjani li jiżdied in-numru ta' pulizija f'Għawdex? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid meta?
Response (BORG, TONIO)
Kif diġa' kelli okkażżjoni li ngħid fit-Tweġibiet għall-Mistoqsijiet preċedenti dwar ċaqliq ta' membri tal-Korp tal-Pulizija, tali ċaqliq isir meta u kif ikun il-bżonn, fl-aħjar interess ta' l-istess Korp u tal-pubbliku in ġenerali.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għal liema raġuni kienet ġiet itterminata l-kirja mill-Uffiċċju Konġunt li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-kirja tal-fond in kwistjoni qatt ma ġiet terminata.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-inċidenti fatali stradali f'dawn l-aħħar għaxar snin, sena b'sena separatament minn dawk li kienu pedestrians?
Kemm kienu l-inċidenti fatali ta' pedestrians fl-istess perijodu, sena b'sena?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa disponibbli mill-1998 u huwa kif ġej:
SenaSewwieqPassiġġierPedestrianInċidenti
1998311014
199953614
200084312
200182919
200283615
200393517
200492312
2005*3169
*sat-30 ta’ Settembru.
Għar-rigward tal-ġbir li jsir mis-sezzjoni rigwardanti d-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk jinżamx rendikont ta' l-affarijiet li jinġabru u mingħand min? L-affarijiet li nġabru għall-urugan fl-Istati Uniti telqu lejn l-Amerika, u jekk fl-affermattiv meta?
Response (BORG, TONIO)
Fir-rigward ta' ġbir li jsir taħt is-sistema ta' Humanitarian Aid, ninsab infurmat illi dan isir permezz ta' flus li jitpoġġew direttament fil-Bank lokali, kif ukoll f'materjal li jingħata mill-pubbliku.
Filwaqt li l-flus li jinġabru direttament mill-Banek, ovvjament ikunu kollha rrekordjati, ma jkunx fiżikament possibli illi jinżamm rendikont ta' x'jinġabar f'materjal u minn għand min. Wara li jinġabar il-materjal, dan jingħażel f'dak li jkun tajjeb biex jintbagħat minn dak li lanqas biss kellu jingħata minn individwi għal dan il-għan.
Mill-ġabra li saret għall-vittmi tal-urugan Katrina, ingħatat is-somma ta' tnax-il elf dollaru Amerikan lill-Ambaxxatriċi tal-Istati Uniti f'Malta. Il-materjal ieħor li nġabar kellu jintbagħat permezz ta' transport pprovdut mill-Amerikani, pero' minħabba li inqalgħu xi diffikultajiet tekniċi, dan ma seħħx. Għaldaqstant, sar ftehim mal-Ambaxxata Amerikana sabiex dan il-materjal issa jintbagħat lejn il-Pakistan fllimkien ma' oġġetti oħra li nġabru għal dan l-iskop.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid bħalissa x’inhu n-numru ta’ membri tal-Korp tal-Pulizija li qegħdin jittieħdu passi kriminali kontrihom minħabba xi ksur tal-liġi? Jista’ jgħid f’liema stadju waslu? X’inhuma l-akkużi? Meta tressqet il-persuna l-Qorti l-ewwel darba?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-preżent hemm 23 membru tal-Korp tal-Pulizija li kontra tagħhom hemm proċeduri kriminali pendenti quddiem il-Qorti fuq dawn l-akkużi:
ImputazzjoniNru.ImputazzjoniNru.
attentat omiċidju1offiża fuq il-persuna4
regolamenti tat-traffiku2korruzzjoni1
droga1offiża fuq il-persuna/serq1
inġurja2ħsara volontarja3
frodi3falsifikazzjoni1
abbuż ta’ poter2ksur paċi pubbliku2
Dawn il-proċeduri bdew bejn il-11ta’ Jannar 1995 u s-17 ta’ Ġunju 2005.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk tinżammx statistika dwar x’persentaġġ ta’delitti, bħal qtil, serq, ġlied u delitti oħra ġew kommessi minħabba xi konnessjoni mad-droga? Kemm minn dawk li nqabdu u ġew akkużati b’xi delitt matul din is-sena kellhom il-problema tad-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif mitlub mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli.
Jista’ il-Vici Prim Ministru jgħid kemm matul din is-sena saru testijiet tal-breathalyser fuq is-sewwieqa ? Jista’ jgħid ukoll kemm ġew misjuba li kellhom aktar alkoħol milli tippermetti l-liġi? F’kull każ ittieħdu passi bil-Qorti? Jeżisti studju fejn wieħed jara x’persentaġġ ta’ inċidenti tat-traffiku, żgħar u kbar, saru għaliex xi sewwieq kien xorob alkoħol aktar milli suppost?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena kien hemm 61 sewwieq/a li l-Pulizija għamlitilhom it-test tan-nifs wara li r-riżultat fl-ewwel test fit-triq kien pożittiv u 29 minnhom kienu involuti f'inċidenti tat-traffiku. Minn dawn kollha, 23 kellhom riżultat pożittiv, filwaqt li 38 irrifjutaw jew it-test ma kienx komplut. F'kull każ qed jittieħdu proċeduri kriminali quddiem il-Qorti skond il-liġi.
Dwar l-aħħar parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat illi dettalji ta' kull inċident tat-traffiku fejn tissejjaħ il-Pulizija jingħataw lill-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta sabiex tagħmel l-użu li tħoss neċessarju.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid: a) fil-preżent kemm hemm assistenti ġudizzjarji; b) kull wieħed/waħda ma' min hu assenjat; c) kemm applikaw għall-aħħar sejħa għall-applikazzjoni għall-Assistent Ġudizzjarju; d) kemm-il Assistent Ġudizzjarju se jiġu reklutati l-qorti; e) meta se jibdew jaħdmu l-Assistenti Ġudizzjarji l-ġodda?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat kif ġej:-
a) Fil-preżent hemm Tnax (12) -il Assistent Ġudizzjarju Full-Time fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta), Wieħed (1) Full-Time fil-Qorti ta' Għawdex u hemm Disa' (9) Assistenti Ġudizzjarji Part-Time fil-Qrati tal-Ġustizzja (Malta). Dawn iġiebu t-total ta' Tnejn u Għoxrin (22) Assistent Ġudizzjarju Full-Time u Part-Time fil-Qrati ta' Malta u Għawdex.
b) Peress illi t-tqassim tax-xogħol ta' l-Assistenti Ġudizzjarji jsir mill-Unur Tiegħu il-Prim Imħallef u dan it-tqassim jista' jinbidel skond l-eżiġenzi tax-xogħol, mhux possibli li tingħata din l-informazzjoni.
c) Ħamsa (5) applikaw għas-sejħa għall-applikazzjoni (Full-Time) għall-Assistent Ġudizzjarju.
d) Tlett (3) Assistenti Ġudizzjarji Full-Time se jiġu reklutati, Tnejn (2) għall-Qrati tal-Ġustizzja (Malta) u Wieħed (1) għall-Qorti ta' Għawdex.
e) L-intervisti in konnessjoni ma' (d) għadhom se jsiru nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Ottubru, 2005 minn Bord magħżul mill-Prim Imħallef u ffurmat minn Ġudikanti.
Qorti tal-Familja — Talbiet għal separazzjoni personali
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew irtirati talbiet għal separazzjoni personali fil-Qorti tal-Familja din is-sena u s-sena l-oħra,
sad-data li tiġi mwieġba din l-interpellanza?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi mis-16 ta' Diċembru 2003 (id-data tal-ftuħ tal-Qorti tal-Familja) sal-31 ta' Diċembru 2004, kien hemm ħamsa u erbgħin (54) każ fi stadju ta' medjazzjoni li ġew irtirati jew li rrikonċiljaw.
Informazzjoni simili ta' statisika għas-sena 2005 qegħda tiġi miġbura u tingħata aktar il-quddiem.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm hemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġi mħallas kreditu naxxenti minn kambjali u
dikjarat bħala titolu eżekuttiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul is-sena 2004, fil-Qorti tal-Maġistrati ġew ippreżentati 352-il ittra uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġu mħallsa krediti naxxenti minn kambjali, filwaqt li kien hemm 30 ittra ppreżentati fir-Reġistru tal-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Mill-1 ta' Jannar 2005 sal-31 ta' Awissu 2005 kienu ġew ippreżentati 376 fil-Qorti tal-Maġistrati u 60 fil-Prim Awla tal-Qorti Ċivili.
Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat illi minn meta daħlet l-emenda sal-lum, kien hemm erba' ittri uffiċjali bil-proċeduri l-ġodda sabiex jiġi mħallas kreditu naxxenti minn kambjali u dikjarat bħala titolu eżekuttiv [artikoli 66A u 253(b) u (c) tal-Kap. 12].
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fiex tikkonsisti l-ħidma sabiex jiġu attirati każi lejn iċ-Ċentru ta' Medjazzjoni? Sakemm mhux kmieni wisq, jista’
jintqal kemm daħlu kawżi s'issa f'dan ic-ċentru?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru ilu maħtur mis-7 ta' Lulju u bħalissa l-Bord qed jikkonċentra fuq Kodiċi ta' Kondotta għall-Medjaturi, tariffi tad-drittijiet u biex issir lista ta' Medjaturi għad-diversi kategoriji. Dan qed isir sabiex ikun f'pożizzjoni li jilqa' każijiet għandu.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ittellgħu l-qorti kaċċaturi u nassaba din is-sena u għaliex?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi bejn Jannar u Settembru ta' din is-sena ittellgħu 190 persuna l-Qorti bi ksur tar-Regolamenti ta' l-1993 dwar il-Ħarsien ta' l-Għasafar u tal-Fenek Selvaġġ; Regolamenti ta' l-1993 dwar l-Għasafar u l-Fenek Selvaġġ Dikjarazzjoni ta' Speċi Protetti u Riservi Naturali; u l-Ordinanza dwar l-Armi [Kap. 66]).
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jghid matul din is-sena, mill-1 ta’ Jannar 2005 sa llum, kemm-il darba kien hemm sejba tad-droga fil-Faċilita` Korrettiva ta’ Kordin? Jista’ jagħti d-dettalji ta’ kemm instabet droga f’kull okkażjoni u d-data ta’ kull sejba? Kienu priġunieri jew staff jew persuni oħra li nstabet għandhom id-droga?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li matul din is-sena kien hemm 32 okkażżjoni meta nstab xi materjal suspettuż ġewwa l-Ħabs. Il-każi kollha jiġu mistħarrġa mill-Pulizija u f'kull każ issir inkjesta Maġisterjali. Dawn l-inkjesti għadhom ma humiex magħluqa u għaldaqstant id-dipartiment ma għandux informazzjoni dwar jekk il-materjal misjub huwiex droga jew le u l-ammont ta' droga misjuba.
Dawn is-sejbiet seħħew f'dawn id-dati:-
12 ta' Jannar 22 ta' Frar 1 ta' Marzu 7 ta' Marzu
17 ta' Marzu 23 ta' Marzu 20 ta' April 24 ta' April
3 ta' Mejju 12 ta' Mejju 14 ta' Mejju (2) 30 ta' Mejju
12 ta' Ġunju 17 ta' Ġunju 30 ta' Ġunju 3 ta' Lulju
11 ta' Lulju 19 ta' Lulju 22 ta' Lulju 26 ta' Lulju
2 ta' Awissu 22 ta' Awissu (2) 29 ta' Awissu 31 ta' Awissu
12 ta' Settembru 20 ta' Settembru 27 ta' Settembru (2) 30 ta' Settembru
7 ta' Ottubru
Fil-maġġoranza tal-każi il-materjal suspettuż instab għand il-priġunieri, iżda kien hemm każi li nstab għand viżitaturi li jiġu biex jagħmlu visti mal-priġunieri. Kien hemm ukoll każ wieħed li nstab għand uffiċjal tal-ħabs.
Jista’ il-Viċi PM jgħid kemm ġew preżentati:
(1) rikorsi/ittri fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Ċivili) għal separazzjoni din
is-sena u s-sena l-oħra?
(2) rikorsi rigward kwestjonijiet tal-familja jew kura u kustodja, pero` mhux
separazzjonijiet, matul din is-sena u s-sena l-oħra;
(3) rikorsi oħra quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) din is-sena ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ittri għal separazzjoni personali li ġew ippreżentati fil-Qorti Ċivili (Sezzjoni Familja) matul l-2004 kienu ta' 673 waqt li sal-15 ta' Settembru 2005, kienu ġew ippreżentati 444.
Noti għal separazzjoni bonarja ġew ippreżentati 439 matul is-sena 2004 u 296 sal-15 ta' Settembru 2005.
Ma tinżammx statistika dwar it-tieni tal-parti tal-Mistoqsija Parlamentari.
Rikorsi oħra li ġew ippreżentati quddiem il-Qorti Ċivili (Sezzjoni tal-Familja) din is-sena huma kif indikat hawn isfel:
Rikorsi Ġenerali 118 (sal-15 ta' Settembru 2005)
Rikorsi f'Medjazzjoni 351 (sal-15 ta' Settembru 2005)
Rikorsi f'ċitazzjonijiet quddiem 839 (sal-31 t'Awissu 2005)
l-Imħallef Ray Pace
Ma tinżammx statistika ta' rikorsi f'ċitazzjonijiet li qegħdin quddiem l-Imħallef Joseph Azzopardi.
Għal dak li jirrigwardja l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) ninsab infurmat kif ġej:-
Sena 2004
Mill-1 ta' Jannar sas-
7 ta' Settembru 2005
Rikorsi u ittri għal separazzjoni personali
61
47
Rikorsi rigward kura u kustodja
22
11
Rikorsi oħra
13
8