Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #14185 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Viżti minn tobba

Question

Wara li ġiet riveduta l-iskema ta' viżti mit-tobba għall-impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux, jista'l-Ministru jinformana kemm u min huma t-tobba li ġew ingaġġati għal dan l-inkarigu fid-dekasteru li jaqa' taħtu? Jista' jgħid kemm qed jitħallsu t-tobba konċernati għal kull żjara? Jekk hemm xi forma ta' kuntratt bejn il-ministeru u t-tobba, jista' jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista' jgħid kemm-il viżti/żjara għamlu għand il-ħaddiema sa l-aħħar ta' Jannar, 2000?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ftehmet ma' żewġ kumpanniji tat-tobba, jiġifieri l-Pegasus Medical Services Group u l-Health Maintenance Organisation, li tħallas Lm3 għal kull viżta li jagħmlu t-tobba tagħhom għand impjegati fis-servizz pubbliku li jkunu ma jifilħux. M'hemm l-ebda forma ta' kuntratt. In-numru ta' viżti li għamlu minn mindu bdiet l-iskema, jiġifieri mill-11 t'Ottubru 1999 sa l-aħħar ta' Jannar 2000 huwa ta' 462.
Leg 9 PQ #14312 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Kliniċi — Tipjip

Question

Matul l-1999, kemm kienu dawk il-persuni li użaw il-kliniċi biex jieqfu mit-tipjip għall-ewwel darba? Kemm minnhom fil-fatt komplew il-kors sa l-aħħar? Meta fil-fatt infetħu dawn il-kliniċi? Kemm hu stmat li marru nies biex jippruvaw jieqfu mit-tipjip minn dak iż-żmien? Kemm fil-fatt waqfu għal kollox?

Response (DEGUARA, LOUIS)

1. Fl-1999 kien hemm 114 persuna li applikaw biex jattendu għall-kliniċi li joffru servizz għal min jixtieq jieqaf ipejjep. 2. Iċ-ċifra ta' kemm fil-fatt komplew il-kors sa l-aħħar fiċ-Ċentri tas-saħħa, ma tinżammx. Hemm min żamm kuntatt bit-telefon mal-facilitator kif ukoll ġew id-Dipartiment għall-Promozzjoni tas-Saħħa għal għajnuna ndividwali. 3. Il-kliniċi fl-1999 inżammu hekk:- April Fiċ-Ċentru tas-Saħħa Paola Mejju Fiċ-Ċentru tas-Saħħa Paola Lulju Fiċ-Ċentru tas-Saħħa Paola Ġunju Fiċ-Ċentru tas-Saħħa Floriana Ottubru Fiċ-Ċentru tas-Saħħa Gżira 4. Il-Kliniċi bdew oriġinarjament fl-1991. M'hemmx statistika miġbura kemm hu stmat li attendew niex minn 1991 sa 1998 jew kemm fil-fatt waqfu mit-tipjip.
Leg 9 PQ #14335 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — MRI

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13550, jista' l-Ministru jgħid meta deher għall-ewwel darba fuq il-gazzetta tal-gvern l-avviż dwar it-tender tal-leasing ta' l-MRI?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-avviż dwar it-tender tal-leasing ta` l-MRI deher għall-ewwel darba fl-10 ta` Lulju 1998.
Leg 9 PQ #14343 Sitting 251 2000-02-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru tas-Saħħa

Mediċini

Question

Jista' l-Minsitru jgħid kemm kien il-valur ta' mediċini li qassam il-gvern bejn l-1995 u l-1999? Kemm kien hemm minnhom li jaqgħu taħt il-kartuna roża u safra rispettivament? Kemm minnhom tqassmu rispettivament fl-Isptar San Luqa, f'dak ta' Sir Paul Boffa, f'Mount Carmel kif ukoll f'St.Vincent de Paule u fid-djar oħra ta' l-anzjani tal-gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata f`xi seduta oħra.
Leg 9 PQ #12581 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Sanita' — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Sanita'? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 saru 8 trasferimenti lill-ħaddiema tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika. Minnhom 4 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #14099 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Medical and Kindred Profession Act

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li grupp ta'avukati qiegħed jevalwa l-medical and kindred profession act? Jista' jgħid x'qed ikun l-input min-naħa tal-professjoni medika? Jista' jagħti l-ispejjeż involuti f'dan l-eżerċizzju?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jien infurmat li wara sejħa għall-offerti ġiet ingaġġata kumpanija ta` avukati biex tagħmel l-analiżi neċessarji fl-MKPO. Ninsab infurmat li d-Diviżjoni diġa kellha laqgħat mal-Bordijiet Kostitwiti u ġie stabbilit il-proċess ta` konsultazzjoni li għandu jsir. Huwa ppjanat li fil-futur qrib id-Diviżjoni ser tagħmel laqgħat mal-Assoċjazzjonijiet Professjonali kollha dwar dan l-eżerċizzju. Minn barra dan, il-grupp ta` avukati qed jagħtu parir fuq oqsma oħra u n-nefqa totali hija kalkulata li tkun madwar Lm12,000.
Leg 9 PQ #14101 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: ANTON REFALO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Ġenerali — Mediċini

Question

Jaf il-Ministru li qraba ta' pazjenti fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex ġieli jiġu mitluba jieħdu fl-isptar mediċini għal nieshom pazjenti fl-istess sptar? X'inhi r-raġuni li saħansitra jiġu mitluba jieħdu mediċini li jkunu disponibbli mill-istess spiżerija ta' l-isptar u ordnati mill-istess speċjalisti fl-isptar, bħalma huma n-Nu-Seals 75 u Tobradex eye-drops/ointment?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Onor. Ministru għal Għawdex.
Leg 9 PQ #14110 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet

Question

Peress li jien informat li l-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament ilu s-snin jistenna li jiġi operat, jista' l-Ministru jara li dan jiġi nfurmat meta se ssirlu l-operazzjoni meħtieġa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Peress li l-informazzjoni mitluba mill-Onor. Interpellant hija ta` natura personali, għandha tiġi segwita l-proċedura kif indikata fit-tweġiba għall mistoqsija numru 13567 f`seduta 235.
Leg 9 PQ #14143 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 13209 dwar id-dewmien biex isiru l-appuntamenti fid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija ġewwa l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-domanda ngħatat f'seduta 230.
Leg 9 PQ #14167 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: GEORGE VELLA To: Ministeru tas-Saħħa

NPAA — Free Movement of Persons

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir attwalment biex tintlaħaq waħda mix-short terms priorities msemmija fid-draft NPAA taħt Free Movement of Persons li f'paġna 39 ta' dan ir-rapport taħt B(f) jgħid: "Set up necessary structure for accretitation of specialist training needs and establish a register of specialists in the medical field according to the criteria set out in EU directive". Dan il-proċess huwa deskritt f'dan ir-rapport bħala ongoing?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurumat li qiegħda ssir riċerka dwar l-aħjar mod kif għandha titwaqqaf l-istruttura ``for accreditation of specialist training''. Id-Diviżjoni tas-Saħħa diġa' kellha konsultazzjoni mal-Bordijiet Kostitwiti dwar dan u fil-futur qarib ser jibdew konsultazzjonijiet mal-assoċjazzjonijiet professjonali.
Leg 9 PQ #14175 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Manic Depression

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 14026 li oriġinarjament kienet saret lill-Viċi Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe: tista' tikkonsidra jekk il-marda manic depression tiżdiedx mal-mardiet ta' l-SKA?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari numru 13969 f`seduta 246. Is-suġġerimenti ta` L-Onor. Interpellant huwa wieħed mill-ħafna li jridu jiġu kkonsiderati mit-Task Force.
Leg 9 PQ #14254 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: FRANCIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Security officers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-ħsebijiet tal-gvern rigward is-security officers preżenti fuq il-grad tagħhom u l-funzjoni tagħhom fl-isptarijiet sew preżenti u anke fl-isptar il-ġdid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-preżent ma hemm l-ebda ħsieb li jinbidlu l-funzjonijiet tas-security guards fid-Diviżjoni tas-Saħħa.
Leg 9 PQ #14257 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Enrolled nurse

Question

Jista' l-Ministru jara jekk il-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, hijiex reġistrata bħala enrolled nurse billi damet numru ta' snin taħdem San Vincenz de Paule bħala enrolled nurse?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li d-dettalji tal-persuna msemmija ma jindikawx li hija reġistrata fir-reġistru ta' l-enrolled nurses li jinżamm mill-Bord ta' l-Infermiera u l-Qwiebel.
Leg 9 PQ #14276 Sitting 250 2000-02-28 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ambulanzi

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux minnu li fit-taqsima tal-garaxx ta'l-Isptar San Luqa bħalissa hemm tlett ambulanzi tat-tip Ford proprju mixtrijin dan l-aħħar, li mhux qed jiġu wżati? Jekk fl-affermattiv, jikkonferma l-Ministru li r-raġuni ewlenija li dawn l-ambulanza mhux qed jintużaw hi għaliex ix-chassis numbers ma jaqblux ma' l-engine numbers? Fil-każ li r-risposta hija fin-negattiv, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma n-numru tax-chassis u engine numbers rispettivi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li hemm tlett ambulanzi tat-tip Ford mixtrija dan l-aħħar li mhux qed jiġu użati. Ir-raġuni ewlenija hija li l-Engine numbers ma jaqblux ma l-export certificate uffiċjali maħruġ mid-dwana Ingliża u għalhekk għad ma ngħatalhomx number plate mill-pulizija lokali. L-importatur intalab biex jieħu passi ħalli dawn jiġu irranġati.
Leg 9 PQ #12571 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tas-Saħħa mis-6 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati 29 ħaddiema ġodda fid-Diviżjoni tas-Saħħa. Minnhom 1 Dental Surgeon, 1 Midwife, 1 Principal Medical Officer u 1 Senior House Officer ġew impjegati fuq bażi permanenti wara li kienet ħarġet sejħa għall-applikazzjonijiet mid-Diviżjoni tas-Saħħa. 4 Housemen ġew impjegati għal perjodu ta' sentejn skond ma tipprovdi l-liġi u l-bqija, li huma msemmija hawn taħt ġew impjegati fuq bażi każwali sakemm is-sejħa għall-applikazzjonijiet għal mili ta' postijiet fuq bażi permanenti, tiġi pproċessata mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku. Fil-fatt is-sejħiet għall-applikazzjonijiet ħarġu mid-Diviżjoni tas-Saħħa fil-Gazzetta tal-Gvern indikat hawn taħt: Gazzetta tal-Gvern ____________________ 7 Enrolled Nurses għall-Sptar San Luqa, u 1 Enrolled Nurse għaċ-Ċentri tas-Saħħa 28.09.99 1 Medical Laboratory Technologist 23.07.99 4 Speech Therapists għaċ-Ċentri tas-Saħħa, u 1 Speech Therapist għall-Sptar Mount Carmel 23.07.99 7 Staff Nurses għall-Sptar San Luqa 23.07.99
Leg 9 PQ #12573 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Zammit Clapp — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Isptar Zammit Clapp mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji ntużaw buex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fl-Isptar Zammit Clapp mis-16 ta' Settembru 1999 sal-4 ta' Jannar 2000 ġew impjegati ħames impjegati ġodda skond kif jidher hawn taħt - 3 Domestics/Cleaners ETC 14078/99 08.99 2 Nursing Aides Internal Call 04/99
Leg 9 PQ #13156 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Overdose/xorb eċċessiv

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li ddaħħlu fl-Isptar San Luqa b'overdose u kawża ta' xorb eċċessiv matul l-1999?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ġejt infurmat li matul l-1999 daħlu fl-Isptar San Luqa 307 persuna b'kawża ta' `overdose' u 53 kawża ta' xorb eċċessiv.
Leg 9 PQ #13209 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija - Appuntamenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex appuntamenti fid-Dipartiment ta' l-Oftalmoloġija, fl-Isptar San Luqa qed idumu ix-xhur kbar biex isiru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-waiting list għal appuntamenti ta' każi ġodda hi madwar 5 - 6 ġimgħat. Jekk pazjent ikun irid appuntament urġenti dan jista' jiġi l-Ophthalmic Casualty Service u jiġi eżaminat dakinhar stess. Jekk l-Onor. Membru għandha xi każ partikulari tista' tgħaddili l-informazzjoni skond kif indikajt fir-risposta għad-Domanda Nru. 13567 f'seduta 235.
Leg 9 PQ #13550 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — MRI

Question

Issa li l-Gvern iddeċieda li jixtri MRI għall-Isptar San Luqa, jista' l-Ministru ġentilment jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ispecifications tal-makna? X'funzjonijiet se jkollha l-MRI u kif se jtejjeb is-servizzi tas-saħħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-sejħa għall-offerti kienet għall-kiri għal tliet snin (jew kif inhu magħruf internazzjonalment ``leasing'') bil-fakulta' li l-Gvern jixtri l-magna bi prezz li hu diġa' miftiehem meta jgħaddu t-tliet snin tal-kirja. Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja ta' l-ispeċifikazzjonijiet tat-tender kif ukoll informazzjoni fil-qosor dwar l-MRI li ser jinkera mingħand il-kumpanija General Electric Medical Systems. Magnetic Resonance Imaging hija metodoloġija li permezz tagħha t-tobba jistgħu jeżaminaw il-partijiet interni ta' l-organi tal-ġisem mingħajr l-użu ta' X-Rays. Din it-teknoloġija tikkombina ``radio waves'' normali ma' ``magnetic field'' li għalkemm qawwija ħafna ma tagħmel ebda ħsara lill-bniedem. Bħala riżultat, ikollna ritratti ċari u dettaljati ta' l-intern tal-organi bħal ma huma l-moħħ, is-sinsla tad-dahar, il-ġogi, u l-organi l-oħra tal-ġisem. Permezz tal-MRI, mard jew ħsara f'xi organi tal-ġisem jistgħu jinqabdu aktar kmieni. Fl-istess ħin jista' jiġi determinat b'aktar preċiżjoni l-benefiċċju li jista' jkun hemm minn operazzjoni. Meta dan is-servizz ġdid jibda' jiffunzjona, fil-futur qrib Ser ikun possibbli li s-servizz ta' MRI jiġi estiż għad-Dipartimenti kliniċi kollha u għalhekk ma jibqgħux jiġu referuti biss pazjenti mid-Dipartimenti tan-Newroloġija u Newrokirurġija. Sal-lum l-użu ta' l-MRI għal pazjenti oħra kien ristrett ħafna. Ser jonqos bil-kbir l-inkonvenjent għall-pazjenti li kellhom bżonn MRI. Dawn sa issa kellhom jiġu trasportati (sa Londra ftit snin ilu u sa klinika privata minn sentejn 'l hawn) barra mill-isptar biex isirilhom it-test meħtieġ u dan b'inkonvenjent sostanzjali barra milli b'riskju għal saħħithom. Il-waiting list għall-MRI li bħalissa tlaħħaq madwar 200 pazjent ma tibqax teżisti. Ser jiżdied sostanzjalment in-numru ta' testijiet u allura ser jibbenifikaw numru akbar ta' pazjenti. L-ispiża globali u l-ispiża għal kull test ser tonqos b'benefiċċju għat-taxpayer li bi spiża inqas ser jiġi provdut b'servizz aħjar u aktar komprensiv.
Leg 9 PQ #13579 Sitting 248 2000-02-23 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Disneyland

Question

Jista' l-Ministru jgħid matul dawn l-aħħar 15-il ġurnata kemm kien hemm tfal rikoverati f'Disneyland? Kemm hemm konsultenti, nurses (SRNs u SENs) paramediċi u cleaners jaħdmu f'din is-sala? Dawn it-tfal minn liema mard kienu qed isofru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Matul dawn l-aħħar ħmistax-il ġurnata ta' bejn is-sittax ta' Jannar u t-tlieta ta' Frar, kien hemm total ta' mija u tlieta (103) tifel u tifla, bejn ġimgħatejn u l-erbatax-il sena, li ddaħlu fis-sala ta' Disneyland. Dawn it-tfal daħlu fuq bażi akuta jew kronika. Ma' dawn kien hemm ukoll seba' u sebgħin (77) tifel u tifla li daħlu għal ġurnata waħda biss, (i.e. day cases), u li ma nżammux fis-sala matul il-lejl. Matul dawn l-aħħar ġimgħatejn, id-djanjożi/każijiet li kien hemm ġewwa s-sala Disneyland kienu jinkludu:- ażma bronchiolitis pulmonite gastroenterite dijabete meningococcal disease kanċer immune thrombocytopenic purpura congenital nephrotic syndrome cerebral palsy Pierre Robin Syndrome renal artery stenosis diżabilita' mentali aċċessjonijiet snien imħassra juvenile chronic arthritis phenylketonuria chronic TPN feeding Hemm erba' konsulenti li jaraw il-pazjenti fis-Sala Disneyland. Hemm ukoll Nursing Offier, Deputy Nursing Officer, Day Nurse u ħames staff nurses, għaxar Enrolled Nurses, ħames Nursing Aides u Ward Clerk. Dan il-Ward għandu servizz ta' żewġ cleaners kull filgħodu u wieħed wara nofsinhar.