Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #2055 Sitting 20 1998-12-03 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tal-Finanzi

NGO's

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex se jagħti l-Lm75,000 li qal li se jagħti lill-NGO's?

Response (DALLI, JOHN)

Kif jidher fl-Estimi 1999, taħt il-Vot tal-Ministeru tal-Politika Soċjali hemm allokazzjoni ġenerali ta` Lm400,000 li titqassam mill-Fond Konsolidat lil bosta N.G.O.`s skond programmi specifiċi li huma jagħmlu fis-sena li ġejja.
Leg 9 PQ #1181 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Provisional capital gains tax

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inġabret provisional capital gains tax, sena b'sena, minn meta ġiet introdotta din il-forma ta' tassazzjoni minn Gvern Nazzjonalista 'il hawn? Kemm minn dawn it-totali nġabru in konnessjoni ma' trasferimenti: a) ta' proprjeta' immobbli inter vivos; b) ta' proprjeta' immobbli causa mortis; u c) ta' ishma/stocks jew assi simili?

Response (DALLI, JOHN)

Minn meta ġiet introdotta t-taxxa fuq qligħ kapitali fil-25 ta` Novembru 1992, taxxa proviżorja miġbura minn din il-forma ta` tassazzjoni kienet din: Sena Bażi Ammont Lm 1992 7,029 (25\12\92 - 31\12\92 1993 2,716,687 1994 5,616,568 1995 8,061,020 1996 6,033,446 1997 5,729,045 1998 4,449,271 (1\1\98 - 31\10\98) L-informazzjoni mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija mhuz possibbli li tingħata għaliex il-pagamenti dwar ħlas proviżorju tat-taxxa kapitali ma jiġux rekordjati skond it-tip ta` trasferimenti iżda taħt taxxa minn qligħ kapitali (CGT).
Leg 9 PQ #1183 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Ħlas ta' taxxi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każijiet pendenti quddiem il-Qrati ta' Malta u Għawdex kif ukoll quddiem tribunali dwar kwestjonijiet marbutin mal-ħlas/ġbir/refunds ta' taxxi? X'tip ta' taxxa hija nvoluta f'kull każ, per eżempju, suċċessjoni/income tax/CET/levies, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` każijiet pendenti quddiem il-Qrati u Tribunali huwa kif ġej: Qrati Tribunali Dwar Taxxa fuq id-Dħul 97 56 Dwar Taxxa fuq Dokumenti u Trasferimenti 3 45 Dwar Taxxa tal-Mewt u tad-Donazzjoni 1 11 Dwar Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa (CET) 1 189 Dwar Taxa fuq Valur miżjud (VAT) 23 1,100 Dwar Expenditure Levy 6 5 Dwar evażjoni\pagament ta` dazju dovut 263 --
Leg 9 PQ #1185 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Rifużjoni ta' taxxa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm individwi u ditti separatmaent li għandhom jirċievu refunds ta' taxxa mħallsa żejda, sena b'sena, mill-1990 'il hawn? Kemm huma l-ammonti dovuti għal kull sena msemmija?

Response (DALLI, JOHN)

L-informazzjoni mitluba qed tiġi murija fit-tabelli A u B. Tabella A Refunds dovuti fuqħlas żejjed ta` taxxa fuq id-dħul mill-1990 `l hawn: Sena ta` Individwi Kumpanniji Total Stima Numru Ammont Numru Ammont Numru Ammont 90 228 93,537 36 104,840 264 198,377 91 143 85,944 24 85,251 167 171,195 92 237 108,635 20 41,026 257 149,661 93 464 328,180 34 208,324 498 536,504 94 1,053 446,474 46 177,250 1,099 623,724 95 2,994 1,747,260 123 1,082,716 3,117 2,829,976 96 5,689 2,639,615 196 1,274,826 5,885 3,914,441 97 23,924 5,650,665 456 2,071,672 24,380 7,722,337 98 223 128,816 39 160,570 262 289,386 99 68 45,395 3 1,676 71 47,071 Total 35,023 11,274,521 977 5,208,151 36,000 16,482,672 Dan juri refunds dovuti dwar kontijiet li ġew assessjati sas-16 ta` Novembru 1998. Tabella B Talbiet ta` ħlas lura ta` taxxa (refunds) fuq dokumenti u trasferimenti mill-1990 `l hawn. Sena Numru ta` Talbiet L-Ammonti Dovuti 1993 12 7,400 1994 10 6,000 1995 22 13,400 1996 25 17,500 1997 13 10,400 1998 37 24,100 Dawn it-talbiet kollha jikkonċernaw individwi ħlief talba waħda biss li tikkonċerna kumpannija li għamlet it-talba fl-1997.
Leg 9 PQ #1186 Sitting 19 1998-12-02 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tal-Finanzi

CET — Persuni reġistrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm bħalissa persuni, individwi u kumpanniji/ditti li huma reġistrati mad-Dipartiment tas-CET? Kif inhuma mqassmin dawn il-persuni/entitajiet, per eżempju, tobba, avukati, electricians, panel beaters, eċċ?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li fit-13 ta` Novembru 1998 kien hemm b`kollox 44,897 operaturi tan-negozju irreġistrati mad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u tas-Sisa. Dawn l-operaturi huma mqassmin kif jidher fil-listi li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #373 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Oġġezzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' objections tar-return ta' l-Income Tax li għandu quddiemu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni? Meta ġew reġistrati dawn l-objections sena b'sena? Liema hija l-objection li ilha l-aktar pendenti? Xi programm ħejja l-Gvern sabiex dawn iċ-ċittadini jissetiljaw dawn l-objections? Kemm huwa l-complement tal-ħaddiema tad-Dipartiment tat-Taxxi Interni li huma responsabbli minn dan ix-xogħol ta' l-objections?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` oġġezzjonijiet li għandu quddiemu d-Dipartiment tat-Taxxi Interni hu ta` 50,910 (30 ta` Settembru 1998). Dan in-numru jkopri l-oġġezzjonijiet magħmula minn individwi, kumpaniji u korpi oħra. Fil-preżent hemm 12-il uffiċjal responsabbli mill-oġġezzjonijiet iżda minn żmien għall-ieħor id-Dipartiment iqabbad uffiċjali oħra biex jagħmlu dan ix-xogħol waqt il-ħin tas-sahra. Qiegħed isir kull sforz biex in-numru ta` oġġezzjonijiet pendenti jitnaqqas għal livell iżjed realistiku. L-informazzjoni dwar il-mistoqsijiet l-oħra msemmija fl-interpellanza ma tistax tinġabar.
Leg 9 PQ #1441 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Nterni — Arretrati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont ta' flus dovut lura lit-taxpayers f'arretrati ta' l-income tax? Kemm huwa n-numru ta' persuni li għandhom jieħdu arretrati? Kemm ilhom jistennew? Kemm tħallsu persuni din is-sena? Meta jitħallsu, dawn jieħdu imgħax?

Response (DALLI, JOHN)

L-ammont dovut lura lit-taxpayers (individwi, kumpanniji eċċ) f`arretrati ta` l-income tax huwa ta` Lm17,173,648. In-numru ta` persuni (individwi) li għandhom jieħdu arretrati huwa ta` 34,545. It-tabella ta` hawn taħt turi kemm ilhom jistennew dawn l-individwi: Anqas minn sena 28,396 Aktar minn sena 3,841 Aktar minn sentejn 2,041 Aktar minn tliet snin 143 Aktar minn erba` snin 80 Aktar minn ħames snin 44 L-ammonti ta` individwi li rċevew refund din is-sena huwa ta` 17,299. Hemm numru ieħor ta` refunds li ser joħorġu sa l-aħħar tas-sena. Ir-rifużjoni titħallas meta joħroġ l-assessment u għaldaqstant m`hemmx lok ta` imgħax.
Leg 9 PQ #1442 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Taxxi Interni — Taxxi dovuti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati f'taxxa ta' l-income li għadhom ma tħallsux lill-gvern? Kemm min dawn huma dovuti mill-korporazzjonijiet li fihom il-gvern għandu shareholding? Liema huma dawn il-korporazzjonijiet jew entitajiet u kemm għandhom jagħtu flus kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

Għall-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Nru. 1212. Il-bilanċ ta` arretrati ta` taxxa fuq id-dħul dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi huwa ta` Lm657,546. Dan l-ammont jinkludi l-ammont dovut mill-Korporazzjonijiet Pubbliċi biss. L-informazzjoni mitluba fl-aħħar parti tal-mistoqsija ma tistax tingħata minħabba d-dispożizzjonijiet ta` segretezza mniżżla fl-Income Tax Acts.
Leg 9 PQ #1649 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tad-Dwana — Impjegata

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament hijiex impjegata mad-Dipartiment tad-Dwana? Jista' jgħid x'pożizzjoni tokkupa u jgħid kemm ilha mpjegata f'dan id-dipartiment u x'remunerazzjoni għandha?

Response (DALLI, JOHN)

Il-persuna li għaliha jidher li qed tirreferi l-mistoqsija ilha impjegata bħala `clerk` mad-Dipartiment tad-Dwana mis-6 ta` April 1992. Iżda mit-23 ta` April 1997 hija bdiet `Study Leave` bla ħlas biex tattendi kors full-time ta` tlett snin.
Leg 9 PQ #1689 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tal-Finanzi

Qliegħ iddikjarat ta' ċittadini

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista b'total ta' ċittadini skond il-qliegħ iddikjarat tagħhom maqsuma skond dawn il-kategoriji fuq bażi ta' sess, bejn l-1992 sa l-1997, sena b'sena ċioe' dawk li jaqilgħu: taħt il-minimum wage; minimum wage earners; 'il fuq minn minimum wage sa Lm6,000; 'il fuq minn Lm6,000 sa Lm10,000; 'il fuq minn Lm10,000 sa Lm20,000; u 'il fuq minn Lm20,000?

Response (DALLI, JOHN)

Qed inpoġġi t-tagħrif mitlub fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #1887 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Burdnara

Question

Jista' l-Ministru jagħti lista sħiħa ta' dawk il-burdnara li għandhom liċenzja biex jagħmlu dan ix-xogħol? Dawn il-liċenzji jkunu fuq persuna jew anke fuq kumpanniji? Jekk hemm żewġ kategoriji, jista' jpoġġihom it-tnejn fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien man-numru uffiċjali allokat?

Response (DALLI, JOHN)

Qiegħed inqiegħed ma` din it-tweġiba lista ta` burdnara li għandhom liċenzji biex jagħmlu dan ix-xogħol skond il-`Cargo Clearance u Transport Act` (Cap. 203). Il-parti l-kbira tal-liċenzji joħorġu fuq individwi iżda hemm uħud li joħorġu fuq partnership `en nom collectif` u ftit ħafna fuq `limited liability Companies`. Dawn iż-żewġ kategoriji ta` l-aħħar huma mmarkati fil-lista.
Leg 9 PQ #1889 Sitting 18 1998-12-01 Oral · Final From: MICHAEL BONNICI To: Ministeru tal-Finanzi

Burdnara — Liċenzja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ħarġu liċenzji ta' burdnara f'dawn l-aħħar tliet snin? Lil min ħarġu u x'inhu n-numru uffiċjali allokat għal kull persuna jew kumpannija? Kemm-il liċenzja ħarġet bħala burdnara għal prodotti mportati bil-baħar u kemm bl-ajru?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` liċenzji ta` burdnara li nħarġu f`dawn l-aħħar tliet snin kien hekk: 1996 - 113 1997 - 110 1998 - 113 Wieħed jista` jgħid illi l-liċenzji tal-burdnara jiġġeddu minn sena għal oħra lill-istess detenturi tal-liċenzja. Matul is-snin li għadew kien hemm talbiet minn individwi liċenzjati biex il-liċenzja tagħhom iddur fuq l-isem tal-partnership` `en nom collectif` li jkun ġie mwaqqaf skond il-`guidelines` Ministerjali li ilhom jiġu segwiti mill-1985. Tajjeb li wieħed igħid li ma jinħarġux liċenzji fuq `limited liability companies` u dak in-numru żgħir ħafna f`din il-kategorija li għandhom il-liċenzja ilha tinħarġilhom minn qabel ma kienu ħarġu l-ewwel `guidelines` Ministerjali fl-1978. Mill-1995 `l hawn, il-liċenzja ta` burdnar saret ma tiddistingwix bejn xogħol fil-port jew fl-ajruport.
Leg 9 PQ #346 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Muturi off road

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-muturi off road tat-tip motorcross u trials li jintużaw biss għall-isport tal-muturi off road u mhux biex jinstaqu fit-toroq, jiġu eżentati kompletament mid-dazju mpost fuq is-sewwieqa tal-muturi sportivi sal-lum? Jekk iva, minn meta se jibda japplika dan l-arranġament u xi proċeduri jridu jiġu segwiti? Jekk le, għaliex meta nġenji oħra li ma jintużawx fit-toroq huma diġa' eżentati mid-dazju f'pajjiżna?

Response (DALLI, JOHN)

Il-muturi tat-tip off-road huma suġġetti għad-dazju ta` importazzjoni daqskemm huma suġġetti l-vetturi l-oħra li huma impurtati biex jintużaw fit-toroq pubbliċi. Ma hemm l-ebda arranġament speċjali biex xi tip ta` vettura li ma tintużax fit-toroq tkun eżentata mid-dazju ta` l-importazzjoni. Ta` min jgħid li l-vetturi u muturi ta` kull tip li huma ta` oriġini tal-E.U. ma jitħallas ebda dazju ta` l-importazzjoni fuqhom.
Leg 9 PQ #1435 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Safar — Nefqa pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa pubblika għal safar minn Ministri u uffiċjali li akkompanjawhom fuq xogħol uffiċjali minn Settembru ta' din is-sena sal-lum? Kemm kienet in-nefqa f'kull każ?

Response (DALLI, JOHN)

In-nefqa pubblika fuq safar minn Ministri fil-perjodu msemmi huwa kif ġej: Ministru tal-Finanzi Safra waħda L-ispiża tas-safra għadha ma ġietx iffinalizzata Ministru għall-Ambjent Safra waħda Lm1,603.70 L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru tat-Turiżmu Żewġ safriet a. Lm1,913 b. Lm1,737 Ministru għas-Servizzi Lm3,391 Ekonomiċi L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru tas-Saħħa Safra waħda Lm4,711 L-iskont mill-Air Malta għadu ma ngħatax Ministru ta` l-Intern Safra waħda Lm1,423.86 Ministru ta` l-Edukazzjoni Safra waħda Lm474.02 Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni Safra waħda Lm1,272 Ministru ta` l-Affarijiet Barranin Ħames safriet a. Lm2,357.00 b. Lm5,960.78 c. Lm1,400.00 d. Lm1,000.00* 4. Lm1,000.00* * Ammont mogħti bil-quddiem Prim Ministru Tlett safriet a. Lm 316.06 b. Lm2,677.15 c. Lm1,813.48
Leg 9 PQ #1632 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tal-Finanzi

Dipartiment tat-Taxxi Interni

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jiddikjaraw li jdaħħlu: (a) iżjed minn Lm10,000; (b) iżjed minn Lm8,000 - Lm10,000; (c) iżjed minn Lm6,000 - Lm8,000; (d) iżjed minn Lm4,000 - Lm6,000, fid-dikjarazzjoni tagħhom tat-taxxa f'Malta u Għawdex?

Response (DALLI, JOHN)

In-numru ta` taxpayers (individwi, kumpanniji, eċċ) li jiddikjaraw dħul skond l-income brackets mitluba mill-Onor. Interpellant huma dawn: Income Bracket Numru ta` Taxpayers a. iżjed minn Lm10,000 3,674 b. iżjed minn Lm8,000 - Lm10,000 3,488 c. iżjed minn Lm6,000 - Lm8,000 8,360 d. iżjed minn Lm4,000 - Lm6,000 22,493 Total 38,105 Din l-informazzjoni hija meħuda minn madwar 128,000 kontijiet maħruġa għas-sena bażi 1995 sat-23 ta` Novembru 1998.
Leg 9 PQ #1851 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru tal-Finanzi

VAT — Customs & Excise Tax

Question

B'riferenza għall-comparative return of expenditure għall-perijodu 1/1/98 - 31/10/98, jista' l-Ministru, jekk jogħġbu: a) jispjega l-qabża fl-ispiża tal-linja (rikorrenti) "Customs & Excise Tax (VAT))" bejn Settembru għal Ottubru, 1998, minn Lm2,257,336 f'Settembru għal Lm6,946,232 f'Ottubru? Jista' l-Ministru jispjega: b) kif ġara li taħt il-linja ta' spiża rikorrenti "Water", f'Settembru, 1998 l-ispiża attwali mqabbla mad-disgħa xhur tas-sena ta' qabel kienet ta' Lm5,499,500 (1998) vs. Lm7,978,481 (1997), waqt li f'Ottubru, 1998 l-ispiża attwali mqabbla ma' l-għaxar xhur tas-sena ta' qabel kienet ta' Lm15,032,500 (1998) vs. Lm10,650,039 (1997)?

Response (DALLI, JOHN)

Rigward l-ewwel parti tal-mistoqsija, sa Settembru 1998, aktar minn Lm4.5 miljuni refunds dovuti taħt is-sistema tal-liġi tal-VAT ta` l-1995, kienu qed jiġu kkuntjati fit-Treasury Clearance Fund. Kif spjegajt fid-Diskors tal-Budget għall-1999, aħna rridu li l-figuri jirrappreżentaw s-sitwazzjoni rejali. Għalhekk, billi s-sistema tal-VAT kienet twaqqfet, u ma kenitx se tġġenera dħul biex jagħmel tajjeb għal dawn ir-refunds, ħadna passi immedjati biex dan l-ammont jiġi kkuntjat fil-Fond Konsolidat. L-istess jista` jingħad għat-tieni parti tal-mistoqsija: Sa Settembru 1998, Lm3.5 miljuni f`għajnuna li l-Water Services Corporation irċeviet mingħand il-Gvern is-sena l-oħra, kienu għadhom ikkuntjati fit-Treasury Clearance Fund. Hu fatt magħruf li din il-Korporazzjoni mhix f`qagħda li tħallas lura dawn il-flejjes. Għalhekk, proprju f`Ottubru, dan l-ikkuntjar ġie trasferit għall-Fond Konsolidat. Aktar minnhekk, `l fuq minn Lm5 miljuni, li jirrappreżentaw imgħaxijiet dovuti skond il-liġi mill-Water Services Corporation fuq debentures, li wkoll kienu intenzjonati li jispiċċaw jiġu kkuntjati fit-Treasury Clearance Fund, f`Ottubru li għadda ġew ikkuntjati fil-Fond Konsolidat.
Leg 9 PQ #1907 Sitting 17 1998-11-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru tal-Finanzi

VAT

Question

Peress li mill-estimi ta' dħul mill-VAT għall-1999 hu stmat Lm85 miljun, jista' l-Ministru jgħid kemm minn dan id-dħul se jkun attribwit għall-VAT fuq servizzi u kemm se tkun bħala VAT fuq prodotti importati?

Response (DALLI, JOHN)

Ngħarraf lill-Onor Interpellant li l-istimi li saru juru li l-Vat li se tinġabar fi-1999 se tkun ta` Lm80 miljun. Minn dawn madwar 62 miljun għandom jiġu mill-prodotti mportati waqt li madwar Lm9.5 miljun għandhom jiġu mis-servizzi, inkluż it-Turiżmu. Lm5 miljun oħra huma stmati li għandhom jinġabru mill-aħħar dikjarazzjonijiet tas-CET.
Leg 9 PQ #1430 Sitting 16 1998-11-25 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru tal-Finanzi

Government service — Expenditure

Question

What was the total expenditure in the Government service during 1997? How much was spent on: (a) maintenance of vehicles; (b) hire of transport; (c) hire of self-drive cars; (d) hire of impressed vehicles; and (e) fuel?

Response (DALLI, JOHN)

The total expenditure in the government service during 1997 was published in the Financial Report 1997. As to the second part of the question, expenditure was as follows: a. Maintenance of Vehicles Lm327,930.00 b. Hire of transport Lm1,471,553.00 c. Hire of self-drive cars Lm546,927.00 d. Hire ofimpressed vehicles Lm1,483,706.71 e. Fuel Lm869,013.00
Leg 9 PQ #1579 Sitting 15 1998-11-24 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru tal-Finanzi

Sptar San Luqa — Ditta responsabbli mit-tindif

Question

Jaf il-Ministru li d-ditta privata responsabbli mit-tindif fl-Isptar San Luqa: 1) ma tħallasx il-ħaddiema meta jkunu morda; 2) ma tħallasx il-ħaddiema b'rata ta' overtime meta jaħdmu aktar minn 40 siegħa fil-ġimgħa; 3) qed tiskoraġġixxi lill-ħaddiema milli jissieħbu fi trade unions; 4) qed ikollha nuqqas ta' proviżjoni ta' prodotti bħal detergents li huma tant meħtieġa fix-xogħol tagħhom? Jistgħu jitjiebu l-kondizzjonijiet tax-xogħol ta' dawn il-ħaddiema billi l-Gvern jagħmel dawn bħala kondizzjoni qabel ma jingħata kuntratt ta' tindif?

Response (DALLI, JOHN)

L-Onor Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #464 Sitting 14 1998-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tal-Finanzi

Uffiċċju tal-Budget — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-6 ta' Settembru sat-28 ta' Ottubru, 1998 fl-Uffiċċju tal-Budget? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-trasferimenti? Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex il-ħsieb li jsiru trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol hawn fuq imsemmi?

Response (DALLI, JOHN)

Ma kien hemm ebda transfer fl-Uffiċju tal-Budget fil-perjodu msemmi. Kif jaf l-Onor Interpellant trasferimenti ta` impjegati fis-servizz pubbliku huma suġġetti għall-esiġenzi tas-servizz.