Tista' il-Ministru tgħid meta l-awtorita' tad-djar se tibgħat il-ħaddiema tagħha fil-fond - dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament - biex il-persuna konċernata tibbenefika mis-servizz tal-care & repair?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar irċeviet l-ittra bid-dettalji tal-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant fis-7 ta' Marzu 2005, jiġifieri fl-istess ġurnata li saret din il-Mistoqsija.
Ninsab infurmata wkoll li, fi żmien qasir, l-Awtorita' mistennija tagħmel spezzjoni biex tivverifika jekk din il-persuna tistax tibbenefika taħt l-inizjattiva tal-Care and Repair.
Tista' il-Ministru tgħid jekk hux possibbli li persuna tkun tista' tħallas bolli nieqsa/b'lura għal skop ta' pensjoni?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jippermettix ħlas ta' kontribuzzjonijiet b'lura għal perijodu ta' aktar minn ħames snin mid-data li jkunu dovuti. Kull ħlas irid isir qabel ma persuna tilħaq l-eta' tal-pensjoni.
Peress li saru ħafna mistoqsijiet parlamentari dwar iż-żidiet taż-żewġ terzi tal-collective agreements lill-pensjonanti ta' azjendi u kumpanniji differenti, u l-Ministru qalet li dawn ser jingħataw, tista' il-Ministru tgħid dan id-dewmien għalxiex hu dovut u meta se jingħataw? Tista' tgħid ukoll jekk hux il-pensjonanti ex-ħaddiema taċ-ċivil hux kollha ħadu dawn iż-żidiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Kif kelli l-opportunita' li ngħid fi Tweġibiet li tajt għal Mistoqsijiet Parlamentari preċedenti dwar l-istess suġġett ta' din il-Mistoqsija, ix-xogħol estensiv u laborjuż biex isiru r-reviżjonijiet indikati għadu għaddej.
Inżid ngħid li ninsab infurmata li, sa l-aħħar ta' Ġunju 2005, mistennija li jsiru l-ħlasijiet fejn ġie finalizzat il-proċess tax-xogħol preparatorju msemmi.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex għadhom jistennew iż-żidiet dovuti lilhom il-pensjonanti tat-tarzna u dan meta għadhom rikonoxxuti uffiċjalment bħala li għadhom marbutin bil-ftehim kollettiv rilevanti?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 11482 f'din l-istess Seduta.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhi r-raġuni għaliex pensjoni tad-diżabilita' tas-servizzi Ingliżi, li ma tiġix intaxxata fl-Ingilterra u dan kien jiġi segwit ukoll f'Malta mid-dipartiment konċernat, issa din il-pensjoni qed tiġi ntaxxata mid-dipartiment tas-servizzi soċjali?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jgħaddili aktar dettalji dwar il-każ speċifiku, anki b'mod kunfidenzjali, biex nitlob lid-Dipartiment konċernat jinvestiga.
Tista' il-Ministru tispjega r-raġuni għaliex il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - ma tikkwalifikax għall-għajnuna għall-mard?
X'konessjoni hemm bejn il-valur kapitali tal-membri tal-familja tagħha ma' din it-talba?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Ta' Gioni Housing estate — Manutenzjoni ta' appartamenti
Question
Tista' il-Ministru tieħu l-passi kollha meħtieġa biex jiġu spezzjonati l-fili tal-faċċata ta' l-appartamenti A, B, C, D, E, F, G, H, I u J li jinsabu fil-housing estate ta' Ta' Giorni peress li wasluli diversi rapporti mir-residenti ta' dawn l-appartamenti li wħud mill-faċċati ta' l-istess appartamenti jinsabu fi stat ħażin u għandhom bżonn jiġu mkaħħla urġentement minħabba li qed issir ħsara fid-djar?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hawn single parents illum? Kemm minn dawn qed jieħdu r-relief?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ebda dipartiment jew entita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi ma jżomm l-istatistika mitluba mill-Onor. Interpellant fl-ewwel parti tal-Mistoqsija.
Ninsab infurmata li hemm 1,475 ġenituri singli mhux miżżewġa li qed jirċievu l-Għajnuna Soċjali mħallsa skond il-provedimenti tas-subartiklu 7 ta' l-artikolu 30 ta' l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali.
Tista' il-Ministru tgħid kemm hu n-numru ta' pensjonanti bħalissa? Kemm hu stmat li se jirtiraw bil-pensjoni matul din is-sena? X'inhi s-somma globali li titħallas mill-Istat għall-pensjonijiet?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Djar — Appartament tal-gvern - bdil ta' membrane tal-bejt
Question
Lill-persuna li tgħix mal-familja tagħha - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - jista' jinbidlilha l-membrane tal-bejt tagħha peress li qed jidħol l-ilma u jagħmlilha ħsarat estensivi fil-bini tagħha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid kemm kien hemm applikazzjonijiet quddiem l-awtorita' tad-djar biex jibbenefikaw minn xi skemi fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005? Kemm minn dawk li applikaw ma bbenefikawx fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003, 2004 u 2005?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Irrid nikkjarifika li waqt li t-tagħrif mogħti bi Tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8868 f'Seduta 187, dwar l-istess suġġett, kien ikopri s-sena finanzjarja ta' l-Awtorita' tad-Djar, jiġifieri mill-1 ta' Ottubru sat-30 ta' Settembru ta' kull sena ndikata, il-figuri murija fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra bħala Tweġiba għall-Mistoqsija Nru. 11158 ikopru s-sena kalendarja rispettiva.
Tista' il-Ministru ġentilment tgħid kemm irid ikollhom bolol imħallsa l-part-timers biex jibdew jieħdu l-pensjoni pro-rata?
Response (CRISTINA, DOLORES)
L-Att dwar is-Sigurta' Soċjali ma jagħmilx distinzjoni bejn impjegati full-time u part-time fir-rigward tan-numru ta' kontribuzzjonijiet meħtieġa għall-għoti ta' pensjoni kontributorja mħallsa taħt l-istess Att.
Peress li l-parametri u l-kundizzjonijiet biex persuna tikkwalifika għall-pensjoni kontributorja jvarjaw skond it-tip tal-pensjoni għall-irtirar li l-persuna jista jkollha dritt għaliha, mhux possibbli li tingħata tweġiba preċiża li tkun tapplika f'kull każ.
Għalhekk, jekk l-Onor. Interpellant għandu xi każ speċifiku li jrid ikun jaf dwaru, nitolbu jgħaddili aktar dettalji, anki b'mod kunfidenzjali, biex tkun tista' ssir stima dwar jekk il-persuna għandiex kontribuzzjonijiet imħallsa biżżejjed biex tikkwalifika għall-pensjoni u għall-liema tip.
Tista' il-Ministru tgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-persuna diżabbli - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - qatgħulha l-għajnuna soċjali li kienet tieħu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Sigurta' Soċjali — Każ dwar persuna armla u pensjonanta
Question
Jista' jiġi verifikat jekk il-persuna armla u pensjonanta - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hix intitolata għal xi għajnuna soċjali għax mhix tlaħħaq ma' l-ispejjeż tal-mediċina li trid tixtri għax dawk provduti mis-servizz ġenerali farmaċewtiku, mhumiex tajbin għaliha?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.
Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet it-talba tal-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - sabiex isirilha xi xogħol fil-fond fejn joqogħdu?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Għaddejt it-talba ta' l-Onorevoli Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - hux ser tirċievi l-pensjoni tal-wens peress li tieħu ħsieb missierha anzjan fis-sodda u issa ilu li applika minn Ottubru 2004?
Response (CRISTINA, DOLORES)
Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub mid-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali dwar il-każ tagħha.