F'każ ta' għalliema nisa li jkunu fit-tqala, jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi arranġament u/jew ftehim dwar il-load ta' xogħol tagħhom fl-iskejjel? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hemmx xi distinzjoni bejn għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliema nisa li jkunu fit-tqala jingħataw il-load normali li jieħdu l-għalliema l-oħra. Ma ssir ebda distinzjoni bejn għalliema fl-iskejjel primarji u dawk sekondarji.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew mgħejjuna għaqdiet sportivi, assoċjazzjonijiet u federazzjonijiet mill-Kunsill Malti għall-isport matul din is-sena meta dawn organizzaw xi kompetizzjoni kemm nazzjonali jew internazzjonali? Kemm u kif kienet l-għajnuna li ngħatat? Jista' jgħid ukoll xi kriterji jintużaw sabiex tingħata din l-għajnuna? Jista' jgħid ukoll kemm kienu u min dawk li talbu l-għajnuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Peress li t-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari W134 u W136 dwar in-national employment authority, jista' il-Ministru jgħid fil-konkret x'se jsir mill-NEA li għadha kif ġiet maħtura biex jiġi assigurat li l-582 każ pendenti li għandha quddiemha u li jmorru lura sa minn Jannar 2005 jiġu ttrattati fl-iqsar żmien possibbli?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Awtorita' qed tiltaqa' b'regolarita' biex tittratta l-każijiet kollha li hemm quddiemha.
Dipartiment ta' l-Edukazzjoni — Talba għall-facilitator
Question
Jista' il-Ministru jgħid f'liema stadju waslet din it-talba għall-facilitator li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-applikazzjoni daħlet għand il-Bord f'Ġunju 2005.Qabel il-Bord mar Għawdex fil-25 ta' Awissu 2005, is-segretarja ċemplet lill-familja diversi drabi biex tagħti appuntament, iżda qatt ħadd ma wieġeb.
Jista’ il-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni li fil-foundation course fl-Istitut tas-Servizzi Komunitarji ta’ l-MCAST jidher li mhux se jkollhom għalliem tal-matematika għal sena sħiħa, għalliem tax-xjenza għal madwar tliet xhur minħabba li dik li hemm bħalissa qed tistenna tarbija, u għalliem tal-Malti qed jistenna transferu allura jħoss li m’għandux għalfejn jibda l-lezzjonijiet meta dalwaqt se jiġi trasferit?
Jista’ il-Ministru jgħid jekk u meta ser jintbaghtu r-replacements ta’ l-għalliema msemmija ħalli l-istudenti ma jitilifu xejn mill-edukazzjoni tagħhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għalliem tal-Matematika ser jiġi maħtur f'qasir żmien. L-intervisti se jsiru dil-ġimgħa u l-lezzjonijiet li tilfu se jpattu għalihom meta jiġi l-għalliem il-ġdid.
Il-lezzjonijiet tax-Xjenza ser joħduhom xorta mingħand għalliema oħra f'dawk it-tlett xhur li tkun barra l-għalliema tax-Xjenza minħabba li se jkollha tarbija.
L-għalliem tal-Malti mhux qed jistenna transfer u l-lezzjonijiet qed isiru fuq bażi regolari.
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid x'xogħol sar s'issa u x'fadal isir fil-proġett ta' l-iskola primarja ta' Wied il-Għajn? Meta se jitkompla x-xogħol? Kemm hu maħsub li jiġi jiswa dan il-proġett?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern investa s-somma ta' Lm132,422 f'xogħolijiet fuq l-iskola Primarja ta' Wied il-Għajn. Ix-xogħol jikkonsisti f'estensjoni ta' l-iskola biex takkomoda numru akbar ta' tfal.
Possibbli jittieħdu passi mmedjati biex tinstab soluzzjoni għar-riħa tad-drenaġġ li kultant ikun hemm fil-canteen ta' l-Institute of Health Care, liema riħa kienet evidenti ħafna fis-27/09/05 tant li ftit bdew jissaportu fil-canteen?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li minn spezzjoni li saret fil-post ma jirriżultax li din ir-riħa li rrefera għaliha l-Onor. Membru għada hemm.
Institute of Health Care — Għażla ta' ikel tal-canteen
Question
Possibbli l-uffiċjali nkarigati fl-Universita' jaraw li l-kuntrattur li qed jieħu ħsieb il-canteen ta' l-Institute of Health Care jara li jkun hemm aktar għażla ta' ikel u fuq kollox ikun hemm ikel rakkomandat għas-saħħa (healty food) bħal frott u salads, liema għażla hija kważi ineżistenti bħalissa?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-għażla ta' l-ikel fl-Istitut għall-Kura tas-Saħħa hi simili għal dik f'canteens oħra taħt ir-responsabbilita' ta' l-Universita' ta' Malta. Il-Menu jinkludi għażla ta' salads u frott kif ukoll ikel ieħor tajjeb għas-saħħa bħalma hu il-yogurt. Isiru spezzjonijiet regolari biex jiġi żgurat li l-kuntrattur josserva l-kundizzjonijiet u l-prezzijiet imniżżla fil-kuntratt iffirmat miegħu.
Jista' il-Ministru jieħu l-passi biex is-siġar ta' l-Akaċja li hemm fl-iskola primarja ta' San Ġiljan jiġu miżbura jew oltre minn hekk, jiġu mneħħija peress li qed jaffettwaw ħażin is-saħħa ta' diversi studenti li jbatu bl-ażma?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-talba ta' l-Onor. Membru se tiġi mgħoddija għall-attenzjoni tas-Senior Foreman tal-Landscaping Gardening Unit biex jiġi deċiż x'inhi l-aħjar soluzzjoni fl-aħjar interess ġenerali.
Jista' il-Ministru jghid kemm saru job placements mill-ETC matul l-2004 u matul din is-sena sad-data li tigi mwieġba din l-interpellanza?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li matul is-sena 2004 il-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ sabet xogħol għal 3,579 persuna, filwaqt li minn Jannar sa Lulju ta’ din is-sena sabet xogħol għal 1,632 persuna.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm ħaddiema li nqabdu jaħdmu mingħajr ma ġiet informata l-ETC matul din is-sena? F'liema setturi rispettivi kienu qed jaħdmu u kemm kienu settur settur? Tista' tagħti figuri għal Malta u Għawdex separatament?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid kemm minn dawk il-ħaddiema li qed jirreġistraw għax-xogħol fuq part 1 ta' l-ETC huma kkunsidrati illitterati?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li hemm ma 1,000 persuna li qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel Parti tar-Reġistru li għandhom bżonn taħriġ fil-litteriżmu li jvarja minn bżonn akut għal wieħed ta' aġġornament fil-ħiliet ta' litteriżmu, numeriżmu u kommunikazzjoni.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm studenti, subien u bniet separatament, li mis-sena skolastika li jmiss se jibdew jattendu skejjel ta' l-Istat wara li kienu qed jattendu xi skola indipendenti jew dik tal-knisja? Kemm kien hemm li kienu fi skejjel ta' l-Istat li marru fi skejjel indipendenti jew tal-knisja?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' skejjel li huma liċenzjati biex jgħallmu l-Ingliż jew xi suġġetti oħra lill-barranin? Kemm hemm applikazzjonijiet pendenti bħalissa u f'kull każ minn min saru? Meta saret kull applikazzjoni? F'liema lokalita'? Jista' jgħid jekk fil-bord ta' l-għażla hemmx xi persuna jew persuni li huma stess għandhom skola liċenzjata, jew b'xi mod jew ieħor għandhom xi interess f'xi skola liċenzjata?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li 46 skola huma liċenzjati sabiex jgħallmu l-Ingliż lill-barranin. Ma hemm l-ebda applikazzjoni pendenti bħalissa. Skond il-liġi, fuq il-Bord ta' Sorveljanza hemm Membru ta' l-Assoċjazjoni ta' l-Iskejjel li jgħallmu l-Ingliż lill-barranin li huwa wkoll kap ta' waħda minn dawn l-iskejjel u Membru ieħor li hija persuna li ġiet eletta mill-kapijiet ta' l-iskejjel li għandhom liċenzja sabiex tirrapreżentahom fuq dan il-Bord.
Jista' il-Ministru jgħid kemm kien hemm nies qed jirreġistraw għax-xogħol fl-aħħar ta' Awissu ta' din is-sena? Kemm kienu rġiel u kemm nisa? Kemm kienu bejn id-19 u l-21 sena? Kemm kienu taħt il-21 sena? F'kull każ kemm kienu rġiel u kemm nisa?
Response (GALEA, LOUIS)
Skond l-informazzjoni li għandha l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ, in-numru ta’ persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel u fit-Tieni Parti tar-Reġistru f’Awissu 2005 kien ta’ 7,177. Minn dawn 5,571kienu irġiel u 1,606 kienu nisa.
Hawn taħt issib tabella ta’ kemm kien hemm irġiel u nisa jirreġistraw għax-xogħol fl-Ewwel u fit-Tieni Parti tar-Reġistru f’Lulju 2005 bl-etajiet skond kif indikat fil-mistoqsija:
Jirreġistraw f'Awissu 2005
Irġiel
Nisa
Total
bejn 19 - 21 sena
519
287
806
taħt il -21 sena
663
480
1,143
Kien hemm 229 persuna li sabu xogħol matul ix-xahar ta’ Awissu 2005 li kienu jirreġistraw għax-xogħol taħt l-Ewwel u it-Tieni Parti tar-Reġistru .
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 13494 u jgħid minn liema postijiet ġejjin l-istudenti li għaddew mill-eżami tal-junior lyceum ta' din is-sena u kemm kienu f'kull każ? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal dawk l-istudenti li m'għaddewx minn dan l-istess eżami?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13573, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jagħti informazzjoni dwar żviluppi li saru tad-deċiżjoni tal-gvern imħabbra fil-budget dwar liema istituzzjoni se tieħu r-responsabbilta' ta' riċerka u żvilupp? F'liema stadju waslet din id-deċiżjoni u meta se tibda tiġi attivata?
Response (GALEA, LOUIS)
L-Uffiċċju tal-Prim Ministru flimkien mal-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi ħejjew Rapport ta' Strateġija dwar il-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija.
Dan ir-Rapport ġie diskuss fuq livell Ministerjali u l-Gvern ser jagħti d-deċiżjoni tiegħu fi żmien qasir.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 13575, li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u li issa ġiet riferuta lilu, jista' il-Ministru jgħid kif ġew minfuqa l-flus allokati għar-research and technological development and innovation fl-2004?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-allokazzjoni tal-flus taħt l-iskedi RTDi ġew allokati fis-sena 2005.
Matul is-sena 2004 kien hemm diversi proġetti tar-riċerki taħt FP6.