Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #29437 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Facilitators

Question

Jista' l-Ministru jgħid b'liema rati ta' ħlas u b'liema kundizzjonijiet ta' xogħol qed jaħdmu l-madwar 100 supply kindergarten assistants li temmew kors ta' taħriġ għal xogħol ta' facilitators fis-sajf? X'sar mill-40 kinder assistant li temmew il-kors ta' facilitator fi Frar li għadda biex jiġu impjegati bħala facilitators? Meta se jiġu impjegati? Meta se jibdew jitħallsu ta' facilitators?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li madwar tmenin Supply Kindergarten Assistants li temmew il-Kors ta' Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva fis-sajf qed jitħallsu bir-rata ta' ħlas u bil-kundizzjonijiet ta' xogħol li ġew ingaġġati bih - jiġifieri ta' Supply Kindergarten Assistant. Rigward l-erbgħin Kindergarten Assistant (Special Education) li wkoll temmew il-Kors ta' Ċertifikat fl-Edukazzjoni Inklussiva fi Frar li għadda għadhom fl-istess impieg li bdew bih. Il-ħlas ta' facilitator huma intitolati għalih dawk biss li jiksbu ħatra ta' Facilitator permezz tal-proċess normali ta' promozzjoni bil-proċeduri tal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku.
Leg 9 PQ #29493 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Speċjali tal-Wardija

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex persuni b'diżabilita li kienu jattendu l-iskola speċjali tal-Wardija u għalqu l-20 sena mhux jiġu aċċettati fiċ-Ċentri oħra bħal fil-każ ta' Targa Gap jew l-Imtarfa? Kemm fil-fatt huma numra ta' persuni/studenti b'diżabilita li jattendu fl-iskola tal-Wardija?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija nissuġġerixxi lill-Onor. Membru jirreferi d-domanda lill-Ministeru għall-Politika Soċjali responsabbli miċ-Ċentri ta' Taħriġ għall-Adulti b'Diżabilita`. Informat li bħalissa hemm 53 student jattendu l-Iskola tal-Wardija.
Leg 9 PQ #29516 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Graduation

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm-il student se jiggradwa fl-edukazzjoni x-xahar id-dieħel? Kemm se jiggradwaw fiż-żmien sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' studenti li ħa jiggradwaw din is-sena fl-Edukazzjoni hu kif ġej: Irġiel Nisa Total Bachelor of Education (Hons) 68 165 233 Bachelor of Education 6 3 9 Bachelor of Psychology 8 18 26 Bachelor of Psychology (Hons) 8 21 29 Bachelor of Arts (Youth Studies) 3 10 13 Dip in Education (Admin & Mgr) 33 19 52 Dip in Info. Tech. in Education 1 9 10 Dip in School Counselling 3 8 11 Dip in Youth Studies 2 2 4 Certificate Tourism Studies in Educ. 10 2 12 Master in Education 2 2 4 Master in Psychology 2 8 10 Postgrad Cert. Inc.& Special Educ. Needs 1 5 6 PGCE 23 63 86 TOTAL 170 335 505 Informat ukoll li s-sena d-dieħla potenzjalment jistgħu jiggradwaw 531. Dan in-numru dejjem ikun anqas peress li mhux l-istudenti kollha jtemmu l-kors fiż-żmien maħsub.
Leg 9 PQ #29519 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

PE

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm barranin li għandhom il-permess biex jgħallmu l-edukazzjoni fiżika (PE) fl-iskejjel f'Malta u Għawdex? F'liema skejjel? Ta' liema nazzjonalita' huma? Taħt liema kundizzjonijiet ingħataw permess? Hemm vakanzi bħalissa fl-iskejjel ta' l-istat fil-PE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-iskejjel statali u tal-Knisja ma hemm ebda għalliem barrani ngaġġat biex jgħallem l-Edukazzjoni Fiżika. Informat ukoll li fl-iskejjel Privati jew Indipendenti hemm: a) Verdala International - 1 (Awstraljan part-time) b) St Edwards - 1 (Bulgaru) Il-kundizzjonijiet għal dawn il-liċenzji huma: a) li ma jagħmel ebda xogħol ieħor kemm idum Malta (OPM/EXP/1838/94) b) li joffri s-servizzi tiegħu b'xejn lid-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport jekk u meta jkun meħtieġa u li ma jaħdimx kemm idum Malta. (OPM/EXP/10900/1987) Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija informat li bħalissa ma hemmx vakanzi ta' għalliema ta' Edukazzjoni Fiżika (PE) fl-iskejjel ta' l-Istat.
Leg 9 PQ #29520 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-membri l-ġodda tal-kunsill nazzjonali taż-żgħażagħ u lil min qed jirrapreżentaw?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29550 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Courses

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-possibilita' li jsir course (p/time) għal min għandu diġa B. Educ li jwassal għall-PGCE?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-programm ta' studju li jwassal għall-B.Ed (Hons) jinvolvi taħriġ professjonali estensiv bħala għalliem ta' l-iskola fil-livell primarju jew sekondarju. Il-PGCE huwa programm ta' studju li jipprepara gradwati f'suġġett mgħallem fl-iskejjel tagħna sabiex ikunu jistgħu jgħallmu dan is-suġġett. Ġaladarba kemm il-B.Ed (Hons) kif ukoll il-PGCE iwasslu sabiex wieħed ikun jista' jgħallem f'pajjiżna, m'hemm ebda ħtieġa tat-taħriġ indikat mill-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #29565 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ipoġew

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm marru nies jaraw l-Ipoġew bejn Settembru 2000 u Ottubru 2001 u jistax jiġi indikat kemm marru tfal ta' l-iskola primarji u sekondarji għal dan?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29567 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Birgu/Fgura — Libreriji Pubbliki

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes fuq kotba tal-lingwa Spanjola fis-snin 2000 u sal-31 ta' Ottubru 2001 u kemm minhom ġew mibgħuta fil-librerija pubblika tal-Birgu u dik tal-Fgura?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji matul is-sena 2000 xtara 28 ktieb bl-ilsien Spanjol li swew Lm58. Minnhom intbagħtu 3 lil-librerija pubblika tal-Birgu u ma ntbagħat xejn lil-librerija pubblika tal-Fgura. Bl-istess ilsien, sa l-aħħar ta' Ottubru 2001 inxtraw 25 ktieb li swew Lm47. Minnhom 5 intbagħtu l-librerija tal-Birgu u 2 li għadhom qed ikunu pproċessati huma destinati għal-librerija tal-Fgura.
Leg 9 PQ #29568 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: CARMELO MIFSUD BONNICI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fgura — Librerija Pubblika

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm intefqu flejjes fuq il-librerija pubblika tal-Fgura u f' liema stat tinsab?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji nefaq fuq il-Librerija pubblika tal-Fgura li nfetħet f'Novembru 1982, l-ammont ta' Lm2950 f'kotba, u dan sal-lum. Din il-librerija waqfet topera f'Ottubru 2000 minħabba problemi ta' allokazzjoni. Id-Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Fgura, ħadem bi sħiħ biex isib post alternattiv. Dan instab hekk kif tidħol mill-entratura ta' l-iskola u d-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ħa ħsieb il-bini tiegħu. Bħalissa x-xogħol wasal fl-istadju li jitqiegħdu l-aperturi. Huwa kkalkulat li sa tliet xhur oħra din il-librerija tkun f'qagħda li terġa tibda topera.
Leg 9 PQ #29628 Sitting 638 2001-11-13 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bordijiet u Kummissjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid fi ħdan id-dekasteru tiegħu, kemm hemm awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet jew entitajiet governattivi? Jista' l-Ministru jgħid ukoll minn huma ċ-Chairman, Chief Executive Officers, diretturi u konsulenti legali ta' dawn l-awtoritajiet, bordijiet, kummissjonijiet u entitajiet governattivi?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba dwar entijiet li jirċievu kontribuzzjoni mill-Gvern skond l-Estimi qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29395 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

MCAST

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ġiex impjegat biex jgħallem il-Malti fl-Istitut tal-Bini u Kostruzzjoni tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, Xjenzi, Teknoloġija? Meta applika ? Meta għalqet is-sejħa għall-mili tal-post li fil-fatt intagħżel għalih? Xi kwalifiki għandu? Kemm applikaw persuni għall-istess impjieg? Xi kwalifiki għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-persuna msemmija ġiet impjegata biex tgħallem il-Malti fl-MCAST u ġiet assenjata xogħol fl-Istitut tal-Bini u Kostruzzjoni. Il-persuna applikat meta ħarġet is-sejħa għall-applikazzjonijiet f'Ġunju li għadda. Is-sejħa kienet għalqet l-Erbgħa 4 ta' Lulju imma ġiet estiża għall-Uffiċċjali Pubbliċi sat-Tnejn 9 ta' Lulju 2001. Informat ukoll li l-persuna msemmija għandu B.A. (Gen) fit-Taljan u fil-Malti u P.G.C.E. Applikaw 39 persuna għall-istess impjieg. Il-kwalifiki tagħhom ivarjaw u kull awtorita` kopmetenti tista' tarahom b'mod kunfidenzjali għand id-Direttur Amministrattiv ta' l-MCAST.
Leg 9 PQ #29428 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola San Miguel

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-problemi li nqalgħu fl-iskola San Miguel? Kemm hemm tfal milquta? Kemm hemm staff fl-iskola, kategorija b'kategorija? X'direttivi ngħataw il-ġenituri dwar jekk jistgħux jew le jieħdu lil uliedhom l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġ impjegati li kienu jgħinu fit-tqandil ta' tfal fl-iskola imsemmija ma baqgħux jagħtu dan is-servizz - wieħed irtira wara bord mediku u l-ieħor ġie trasferit għal raġunijiet mediċi. Informat li l-iskola reġgħet għandha s-servizz b'effett mill-5 ta' Novembru, 2001.
Leg 9 PQ #29443 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Hands on Fishing

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliexil-programmi tal-hands on fishing li kien jiġi organizzat bejn id-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni, tal-Agrikoltura u l-Aps Bank sabiex studenti jattendu l-iskejjel sekondarji fil-form 4 u 5 jingħataw edukazjoni fuq il-mistier tas-sajd spiċċa matul dawn l-aħħar tliet snin? Jista' l-Ministru jara li dan il-programm jiġi attwat mill-ġdid għall-ġid ta' studenti maltin u għawdxin? Jekk fl-affermattiv meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li d-Dipartiment tal-Kurrikulu għandu programm ta' 'Hands-on Farming' iżda qatt ma kien involut fi programm ta' 'Hands-on Fishing' u se jistħarreġ, jekk kien hemm dan il-programm, fiex kien jikkonsisti u min kien imexxih. Sadanittant, id-Dipartiment tal-Kurrikulu għandu ftehim mad-Dipartiment ta' l-Agrikoltura u Sajd biex isiru żjarat fiċ-Ċentru għax-Xjenza tas-Sajd f'Marsaxlokk minn studenti ta' l-iskejjel Primarji u Sekondarji.
Leg 9 PQ #29511 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni biex jiġi żgurat li l-ikel u x-xorb li qed jinbiegħ lit-tfal tal-iskola mit-tuck shops/canteens ta' l-istess skejjel huwa tal-kwalita' rakkomandata mit-tobba għas-saħħa tat-tfal? Isiru żjajjar għall-għarrieda? Kemm saru matul l-ewwel sitt (6) ġimgħat ta' din is-sena skolastika?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kull kuntrattur li jmexxi tuckshop/canteen fl-iskejjel statali huwa obbligat li jimxi mar-regoli tal-kuntratt speċjalment ma' paragrafu 6 - X'għandu u x'mgħandux jinbigħ mit-tuckshop. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni titlob lid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika sabiex isiru spezzjonijiet għall-għarrieda matul is-sena skolastika sabiex jiġi żgurat illi r-regolamenti qegħdin jiġu segwiti kif suppost. Matul l-ewwel sitt ġimgħat ta' din is-sena skolastika saret l-ewwel spezzjoni għall-għarrieda minn spetturi sanitarji tad-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika.
Leg 9 PQ #29529 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Institute of Health Care

Question

Jista' l-Ministru jindika għalfejn dawk it-teaching aids fil-Institute of Health Care ta' l-Universita' ta' Malta li kellhom kuntratt permanenti s'issa, qegħdin jingħataw kuntratt ta' erba' snin biss meta jieħdu l-promozzjoni għal-asisstant lecturer?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ħatriet kollha ta' Assistant Lecturer jingħataw dejjem għal erba' snin, li jiġu estiżi b'erba' snin oħra sabiex tagħti żmien biżżejjed lill-persuna takkwista l-grad ta' Duttur (PhD) fil-qasam tar-riċerka. Iżda dawk il-persuni li qabel il-promozzjoni ta' Assistant Lecturer kienu jokkupaw ħatra permanenti ta' Teaching Assistant, il-grad ta' Assistant Lecturer ikun meqjus permanenti.
Leg 9 PQ #29535 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk li l-istipendju ta' l-istudenti fl-iskejjel post-sekondarji u fl-Universita' hux se jknu trasferit fuq l-ismart card.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li qatt ma kien hemm ebda ħsieb li l-parti ta' l-Għotja tal-Manteniment li llum tingħata lill-istudenti kull xahar b'ċekk jew tkun trasferita direttament fil-kont bankarju tagħhom, tkun trasferita għal fuq l-iStudents' Card.
Leg 9 PQ #29543 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gradwati

Question

Jista' l-Ministru jgħid tistax issir xi ħaġa, sabiex dawk l-individwi gradwati bil-B. Educ, u ma għandhomx ċans ikomplu jistudjaw full-time, ikunu jistgħu jgħallmu?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li skond il-Liġi ta' l-Edukazzjoni ta' l-1988, gradwati bil-B.Ed (Hons) għandhom id-dritt għall-warrant ta' l-għalliema u għaldaqstant jistgħu jgħallmu fl-iskejjel f'pajjiżna. Naturalment l-iskejjel ta' l-Istat u mhumiex jingaġġaw skond il-ħtiġijiet tagħhom fid-diversi suġġetti li jgħallmu.
Leg 9 PQ #29545 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel tal-Knisja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn skejjel tal-knisja, u kemm hi l-popolazzjoni ta' l-istudenti għal kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' Skejjel tal-Knisja huwa 58. Lista bin-numru ta' studenti li jattendu fl-iskejjel tal-Knisja f'kull skola qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #29600 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jg]id jekk il-vakanza ta' student advisor (administrator officer) ma l-Universita' ta' Malta mtlietx?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-vakanza ta' student advisor (administrative officer) ma' l-Universita` ta' Malta għadha ma mtlietx, iżda qed jittieħdu l-miżuri biex il-ħatra issir ma ddumx.
Leg 9 PQ #29650 Sitting 637 2001-11-12 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb PQ 29242?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, fil-każ ta' l-impjegati part-time, każwali, supply u l-ischool Secretaries, l-ingaġġ isir wara li tkun saret Sejħa pubblika għall-applikazzjonijiet. Dwar l-impjiegi l-oħra li qegħdin b'kuntratt, l-impjieg tagħhom jiġġedded u jiġi approvat kull sena mill-Management and Personnel Office. Hemm każijiet fejn id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tagħmel użu għall-siegħat limitati ta' impjegati rtirati li jkunu offrew is-servizz tagħhom f'areas speċjalizzati.