Jista' l-Ministru jara l-Water Services Corporation tieħu l-passi kollha meħtieġa biex jissewwa leakage ta' ilma u drenaġġ li ħiereġ mill-ġibjun li hemm fi Triq Bertha K.Ilg, Ta' Ġiorni, San Ġiljan?
Peress li dan il-leakage qiegħed joħloq periklu għas-saħħa tar-residenti fil-viċinanzi minħabba li l-imsemmija ilmijiet u drenaġġ qiegħed jispiċċa fit-triq?
Jista' l-Ministru jgħid meta x-xogħol meħtieġ fuq dan il-ġibjun biex tiġi eliminata din il-problema huwa ppjanat li jsir?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma sabiex issir l-investigazzjoni meħtieġa u jekk ikun hemm bżonn tittieħed l-azzjoni neċessarja.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu impjegati ġodda mal-Gozo Channel minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li bejn l-1998 u din is-sena daħlu 73 impjegat ġdid mal-Kumpanija Gozo Channel.
Dawn il-ħaddiema ġejjin minn dawn il-lokalitajiet
Malta - H'Attard, Birkirkara, Bormla, il-Ħamrun, l-Ibraġġ, l-Iklin, il-Kalkara, l-Isla, il-Mellieħa, Raħal Ġdid, ir-Rabat, San Ġiljan, is-Swieqi, Ta' Xbiex, Ħal-Tarxien, Ħaż-Żebbuġ, iż-Żejtun u ż-Żurrieq.
Għawdex - Għajnsielem, Kerċem, Marsalforn, in-Nadur, il-Qala, San Lawrenz, Ta' Sannat, Victoria, ix-Xagħra, ix-Xewkija u iż-Żebbuġ.
Barranin - Bulgarija, ir-Russja u l-Kraina (fuq kuntratt definit)
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-WSC minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-1998 il-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma ma impjegatx ħaddiema ġodda. Is-sena ta' wara impjegat erbgħa - wieħed mill-Birgu, wieħed minn Birkirkara, wieħed minn Ħaż-Żabbar u ieħor minn Buġibba. Matul din is-sena il-Korporazzjoni impjegat tmien ħaddiema ġodda - tnejn mill-Ħamrun u wieħed minn kull wieħed minn dawn il-postijiet - Santa Luċija, San Ġwann, in-Naxxar, Saint Andrew's, Pembroke u San Ġiljan.
Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi — Impjegati Ġodda
Question
B'referenza għat-tweġiba mogħtija mill-Ministru għal mistoqsija parlamentari nru 21521, fejn qali li jrid ikun jaf għalfejn qed nagħmillu l-mistoqsija biex iweġibni, jaf l-Ministru illi l-mistoqsija identika tpoġġiet quddiem il-kabinett kollhu separatament in konnessjoni mad-dekasteri rispettivi tagħhom u sal-lum kollha wieġbu mingħajr ma sabu l-istess oġġezzjoni tal-Ministru?
Fid-dawl ta' dan it-tagħrif, jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija nru. 21521?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jingħad li fit-tweġiba li tajt għall-mistoqsija numru 21521, jiena għidt li għandha tingħata raġuni valida għaliex kienet qed tintalab informazzjoni daqshekk dettaljata. Dan għamiltu peress li n-numru ta' entitajiet li jiffurmaw parti mid-dekasteru li għalih jiena responsabbli huwa mdaqqas u allura biex tinġabar tali informazzjoni jinħela ħafna żmien u enerġija lu jistgħu jiġu utlizzati aħjar.
Madankollu jekk l-Onorevoli Membru qed jibqa' jinsisti biex jingħata dik l-informazzjoni kollha anke jekk mhux lest li jagħti raġuni valida, għaliex qed jitlobha u anke jekk konxju tal-ħela taż-żmien u riżorsi, l-istess informazzjoni tingħata meta tkun inġabret kollha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu mpjegati ġodda mal-MDC minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul l-1998 il-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed minn Birżebbugia, ieħor mill-Mellieħa u ieħor minn Ħal-Għaxaq. Fl-1999 ġew impjegati żewġ ħaddiema ġodda, wieħed minnhom kien Student-Ħaddiem. Dawn it-tnejn huma mis-Swieqi. Matul din is-sena l-Korporazzjoni impjegat tlitt ħaddiema ġodda - wieħed barrani u tnejn minn tas-Sliema.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Air Supplies minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu ndikat mill-Onorevoli Interpellant ġew impjegati tlitt ħaddiema ma' l-Air Supplies. Dan sar fl-1999. Il-ħaddiema huma minn Birkirkara, Ħal-Qormi u Ħal-Tarxien.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 21081?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għan-"National Programme for the Adoption of the Aquis" (NPAA), document pubbliku maħruġ f'Settembru ta' din is-sena mill-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin fejn hemm identifikat liema Korpi jew Units għandhom jiġu mwaqqfa sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' ċerti direttivi ta' l-Unjoni Ewropeja.
Kif wieħed jistenna hemm diversi persuni li ġejjin mis-Servizz Pubbliku kif ukoll mis-Segretarjati u mill-Korporazzjonijiet li huma nvoluti f'dan il-proċess u li jagħtu sehemhom fl-oqsma partikulari tagħhom kif ikun hemm bżonn.
F'ċerti setturi partikulari, fejn hi rikjesta ċerta esperjenza, li mhux bilfors issibha fil-Ministeru, fis-Segretarjati jew fil-Korporazzjonijiet, tintalab il-kontribuzzjoni minn konsulenti wara talba pubblika.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' direct orders li nħarġu mill-Dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-Ministeru matul din is-sena?
Kemm jiswa l-valur f'ċifra ta' flus ta' dawn id-direct orders u kemm tħallsu u kemm għad iridu jitħallsu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Persważ li l-Onorevoli Interpellant japprezza li biex tinġabar informazzjoni ta' dan it-tip jinħlew ħafna żmien u energija. Għaldaqstant jekk l-Onorevoli Membru jaghtini raġuni valida għaliex għandi niġbor tali informazzjoni, jiena lest nagħmel dan.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-MIA minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li matul dawn l-aħħar tlitt snin il-Kumpanija Malta International Airport impjegat 55 persuna mqassmin kif ġej.
Sena Numru Lokalita'
1998 2 1 minn San Ġwann u 1 minn H'Attard
1999 37 6 minn Birkirkara, 5 minn Ħal-Qormi,
3 mill-Ħamrun, 3 minn Ħal-Tarxien
2 mill-Fgura, 2 minn Valletta, 2 minn San Ġiljan
2 minn Santa Venera, 2 minn Birżebbuġia, u
1 minn kull wieħed minn dawn il-postijiet :
Ħal-Kirkop, Ħaż-Żabbar, il-Qrendi, iż-Żejtun,
is-Siġġiewi, ir-Rabat, il-Gudja, Raħal Ġdid,
Wied il-Ġħajn u l-Marsa.
2000 16 2 mir-Rabat, Għawdex, 2 miż-Żejtun,
2 minn Ħal-Qormi, 2 minn Birkirkara,
1 mill-Qrendi, 1 mill-Qala, 1 mill-Mqabba,
1 mill-Fgura, 1 mill-Mellieħa, 1 miż-Żurrieq,
1 minn Ħal-Luqa u 1 minn Ħal-Tarxien.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati persuni ġodda mal-Malta Government Investments Ltd minn Settembru 1998 sal-lum?
Minn liema lokalita' ġejjin?
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm nies ingaġġati bħalissa fl-SBU? Kemm kienu l-costs biex twaqqfet din il-unit u x'inhuma l-operational costs tagħha? Tinżamm statistika ta' kemm jirrikorru għandha?
Jista' l-Ministru jgħid għas-sena 2000 - 2001 fl-estimi ta' l-Enemalta b'liema prezz ġie stmat il-barmil żejt? B'liema livell ġie stmat il-livell tar-rata tal-kambju tal-lira Maltija mad-dollaru Amerikan?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni li qed jitlob l-Onorevoli Interpellant hija ta' natura kummerċjali u ma jkunx fl-interess tal-Korporazzjoni Enemalta li tigi ppubblikata.
Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari nru. 21734 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' l-Ministru jara li tiġi mnaddfa l-Industrial Area ta' l-Imrieħel?
Jikkonsidra li kwantita kbira ta' materjal għal għonq it-toroq ta' l-inħawi, kif wkoll il-vetturi abbandunati jistgħu jkunu ta' aktar periklu f'każ ta' xi ħruq?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta' l-Onorevoli Interpellant ġiet mgħoddija lill-Korporazzjoni għall-Iżvilupp ta' Malta sabiex jiettieħdu l-passi meħtieġa.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema programm/i ta' l-Unjoni Ewropea xi dipartiment jew entita' oħra li tinsab fid-dekasteru tiegħu qed tipparteċipa?
Liema huma dawn il-programmi u x'utilita' għandhom u kemm qed jieħdu sehem persuni?
Kemm hu l-ħlas ta' Malta u dak ta' l-Unjoni Ewropea?